Illum previous editions

illum 10 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/361049

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 10 ta' Awwissu 2014 Il-qtil ta' Carmela Borg ta' 74 Marbuta, fgata KULL qtil, ikun fuq min ikun, huwa fost l-agħar reat li jista' jsir, imma meta l-vittma tkun anzjan jew anzjana, ir-reat huwa ferm akbar għax il-vittma tkun vulnerabbli u ma tistax tiddefendi lilha nnifisha. L-omiċidju li se naraw illum seħħ aktar minn 22 sena ilu fl-Imġarr, Malta. Il-vittma, Carmela Borg, mara anzjana ta' 74 sena li min kien jafha kulħadd jgħid li ma kellhiex għedewwa tant li l-mottiv wara dan il-qtil brutali jidher li kien serqa, għalkemm il-Pulizija lanqas m'huma jeskludu li nies qrib ħafna tagħha setgħu kienu involuti. Staqsew għall-vittma f 'ħanut Nhar is-Sibt, 18 ta' Jannar 1992 il-Pulizija sabu l-kadavru ta' Carmela Borg ta' 74 sena f 'bir fuq wara tar-residenza tagħha fi Triq Sir Harry Luke fl-Imġarr, Malta. Delitt li kien ħalla lill-ulied il-vittma u lill- Pulizija ma jafux se jagħmlu jew f 'min se jissuspettaw. Dan il-qtil wasal tlett ijiem biss wara qtil ieħor, dak ta' Victor Gauci mill-Mosta biex b'hekk ir-riżorsi umani tal-Pulizija kienu kollha impenjati fuq żewġ omiċidji. Dak iż-żmien Malta kienet qrib Kampanja Elettorali u għaldaqstant il-Pulizija mhux biss kienu impenjati b'żewġ delitti, iżda wkoll bl-Elezzjoni Ġenerali wara l-bieb. Il- Pulizija ftit li xejn kienet ħarġet informazzjoni dwar dan il-qtil. Meta kont tkellimt ma' wieħed minn ulied Carmela, kien qalli li xi jiem qabel inqatlet ommu kienu marru żewġ Għarab f 'supermarket fl-Imġarr stess jistaqsu fejn kienet toqgħod Carmela. Iżda sid l-istabbiliment ma kienx ipprovda aktar informazzjoni jew deskrizzjoni tajba ta' dawn il-barranin u għaldaqstant qatt ma kienu nstabu u ma kien hemm ebda ħjiel tagħhom. Min-naħa l-oħra minn aktar stħarriġ li għamilt dan l-aħħar, irriżultali li Carmela kienet tgħin lil xi persuni ta' nazzjonalità Għarbija biex isibu xogħol u għalhekk ma kinitx xi ħaġa stramba li dawn it-tnejn marru jistaqsu għaliha. L-anzjana vittma ta' serqa Mit-taqlib li nstab fir- residenza tal-mara kien jidher li l-mottiv wara dan il-qtil kien biex twettqet serqa. Mhux magħruf bl-eżatt jekk insterqitx xi somma flus għalkemm id-deheb li kellha kien instab fil-post. L-anzjana seta' kellha xi ħaġa tal-flus u huwa fatt magħruf li meta kienet toħroġ kienet dejjem iġġorr il-flus magħha. Però l-investigaturi ma jeskludux l-anqas li t-taqlib seta' sar biex jiżvijjaw lill- Pulizija fl-investigazzjonijiet tagħhom u dan minħabba xi ħaġa li kienu sabu mal- kadavru. Dwar dan naraw aktar fil-ħarġa tal-ġimgħa d-dieħla. Carmela kienet dejjem tħallas għal dak li tixtri u qatt ma għamlet dejn u kien għalhekk li dejjem kienet iġġorr il-flus fuqha u ġieli anke f 'ammonti kbar. Għaldaqstant jista' jkun li kien hemm min seta' kien konxju ta' dan. B'hekk il-qattiela kienu jafu li l-anzjana kellha flus. Però l-investigaturi ma jeskludux l-anqas li t-taqlib seta' sar biex jiżvijjaw lill- Pulizija fl-investigazzjonijiet tagħhom u dan minħabba xi ħaġa li kienu sabu mal- kadavru. Dwar dan naraw aktar 'il quddiem. Mill-investigazzjonijiet li saru kollox kien jindika li Carmela Borg inqatlet b'mod brutali. Il-mara mietet fgata. Wara li rabtuha minn idejha b'ħabel, il-qattiela poġġewlha borża tal-plastik f 'rasha u xeħtuha fil-bir f 'fond ta' madwar tmin metri. Il-ħabel x'aktarx li kien wieħed mill-ħbula tal-inxir li l-anzjana kellha fil-ġnien. Dan jirriżulta minħabba l-fatt li l-Pulizija sabu żewġ 'rawlbolts' mal-ħajt, iżda ma kienx hemm il-ħabel tal-inxir bħalma kienu l-ħbula l-oħrajn. Mhux eskluż li l-qattiela riedu jeħilsu mill-anzjana għax x'aktarx li Carmela kienet taf lill-qattiela u ma setgħux jissograw u jħalluha ħajja. Dan ikompli jsaħħaħ it-teżi tal-investigaturi li min wettaq dan il-qtil ma kinux barranin imma persuni li kienu qrib ħafna ta' Borg. Vakanza Promoter tar-Riċerka u t-Taħriġ (ETC Permit No: 124/2014, MPO File No: MPO/253/2005/12) Bħala parti mill-proġett ESF4.220 "Developing a Culture of Rights through Capacity Building", inħolqot vakanza għall-pożizzjoni ta' Promoter tar-Riċerka u t-Taħriġ, fi ħdan il-Kummissjoni Nazzjonali għall- Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE). Din il-pożizzjoni tingħata b'kuntratt definit fuq bażi full-time (li jiskadi f'Settembru 2015) fejn il-persuna magħżula tkun responsabbli ta' għadd ta' attivitajiet relatati mal-proġett, fost oħrajn: Li jkun iffaċilitat it-twettiq tar-riċerka, it-taħriġ u l-promozzjoni ta' dan il-proġett; Li jinżamm kuntatt kontinwu ma l-imsieħba lokali u internazzjonali, u li tinġabar u tiġi strutturata informazzjoni li toħroġ mir-riċerka u l-mapping li se jsiru mal-imsieħba tal-proġett; Li jinħoloq għarfien dwar l-attivitajiet ta' taħriġ ta' dan il-proġett. Il-kandidati għandhom ikollhom: Degree bl-Unuri f'wieħed minn dawn l-oqsma: Soċjoloġija / Psikoloġija / Antropoloġija / Public Policy / Social Policy / Kummerċ / Liġi / Studji Ewropej / Komunikazzjoni / Studji Internazzjonali / Social Work. Il-kanditati għandhom ikollhom ħila li jaħdmu fi grupp, ikollhom għarfien fil-qasam tal-ugwaljanza u non-diskriminazzjoni u fil-metodoloġiji tar-riċerka, ikunu jafu jużaw sew il-kompjuter u kapaċi jużaw sew l-applikazzjonijiet kollha tal-Microsoft Office. Minbarra dan, huwa essenzjali li l-kandidati jkollhom kapaċitajiet tajba ta' komunikazzjoni, inkluż fil- kitba kemm tal-Ingliż kif ukoll bil-Malti. Fl-istess waqt, esperjenza preċedenti fil-koordinazzjoni u l- organizzazzjoni ta' sessjonijiet ta' taħriġ, fit-tfassil ta' kampanji ta' marketing jew reklamar, kif ukoll esperjenza ta' xogħol ma' imsieħba lokali u internazzjonali huma meqjusa bħala vantaġġ. Dawk kollha interessati għandhom jibagħtu l-ittra tagħhom, flimkien ma' CV dettaljat, lid-Direttur Esekuttiv tal-NCPE, sa mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn, 25 ta' Awwissu 2014. Applikazzjonijiet li jaslu wara din id-data ma jiġux ikkunsidrati. NCPE Dar Gattard, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda ĦMR 9010 Tel: 2590 3850 | Fax: 2590 3851 E-mail: equality@gov.mt W eb: www.equality.gov.mt Programm Operattiv II – Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 Insaħħu Ħilitna għall-Aktar Impjiegi u Kwalità ta' Ħajja Aħjar Avviż parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Soċjali Ewropew (FSE) Rata ta' Ko-finanzjament: 85% Fondi UE; 15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-futur tiegħek B'uġigħ fil-parti tiegħu u jferi infermier Iġegħelha tiekol mgħarfa melħ Mill-Qorti RAĠEL ta' 32 sena li daħal l-Isptar Mater Dei jilmenta minn uġigħ qawwi fil-parti ġenitali tiegħu, tpoġġa taħt ordni ta' probazzjoni għall- perjodu ta' sentejn wara li ammetta li kkaġuna feriti fuq infermier u uffiċjal tas-sigurtà. Il-każ ġara fit-8 ta' Mejju 2013, meta r-raġel, Johan Sultana ta' 32 sena minn Santa Venera mar l-isptar ibati minn infjammazzjoni fil-parti ġenitali tiegħu. Wara xi ħin, għal xi raġuni, huwa beda jargumenta mal-infermier Andrew Grech li spiċċa sofra ftit grif. Intant, l-uffiċjal tas-sigurtà Richard Seguna intervjena wara li sema' l-għajjat. Minkejja li Seguna prova jikkalma s-sitwazzjoni, l-akkużat ħebb għalih u qabdu minn għonqu u mbuttah. Fil-Qorti ppreseduta mill- Maġistrat Josette Demicoli, l-akkużat ammetta li hedded, ħebb, u li weġġa' lill-infermier u l-uffiċjal tas-sigurtà. L-akkużat ammetta wkoll li kiser il-kwiet u l-paċi pubblika b'għajjat u ġlied u li qal kliem oxxen fil-pubbliku li jikkonsisti f 'dagħa. Fir-rapport tiegħu, l-uffiċjal tal-probazzjoni Gordon Grech qal lill-Qorti li l-akkużat m'għadux ibati mill-vizzju tad-droga, u li kienet taqbiżlu malajr. Fis-sentenza tagħha l-Maġistrat Josette Demicoli qieset il-fatt li l-imputat qed jimxi fit-triq it-tajba u li kemm l-infermier u kif ukoll l-uffiċjal tas-sigurtà ħafru lil Sultana. CARER ta' nazzjonalità Indoneżjana kienet imġiegħla tiekol mgħarfa melħ għaliex l-ikel li sajret lil min kien impjegaha, kien mielaħ ħafna. Dan xehditu l-Ispettur Sylvana Briffa waqt il- kumpilazzjoni ta' evidenza kontra Harish Daswani, raġel ta' dixxendenza Indjana li jgħix San Ġiljan. Daswani qed iwieġeb mhux ħati li traffika xi persuni, li kiser il-liġijiet tax-xogħol, u li hedded u fera lil Oriance Kelin, li tiġi l-carer ta' missier l-akkużat. Fix-xhieda tagħha, l-Ispettur Briffa qalet lill-Qorti li l-mara allegat li ġiet abbużata verbalment u anke fiżikament minnu u anke minn martu, tant hu hekk li darba, martu, sabtitilha rasha mal-ħajt. L-Ispettur Briffa qalet li darba minnhom l-akkużat ġiegħel lil Kelin tiekol mgħarfa melħ għax l-ikel li kienet sajret hi kien wisq mielaħ għal missier l-imputat. F'okkażjoni oħra Oriance Kelin kienet allegatament imsawta mill- mara tal-imputat wara li tat il-mediċina ħażina lill-missier. Il-mara qed tallega wkoll li ma kinitx titħallas tax-xogħol tagħha u li l-akkużat u martu ħadulha l-passaport. Kelin qalet ukoll li l-imgħallem heddidha li jekk tirrappurtah lill-Pulizija, huwa kien jakkużaha li serqet id-deheb mingħandu. Il-Qorti semgħet ukoll li minkejja li Kelin kienet imwiegħda paga ta' €770 fix-xahar, hija qatt ma kienet irċeviet flus ta' ħidmietha ħlief €6 fil-ġimgħa. Intant, fix-xhieda tagħha Anita Kobacs, membru tax-xhieda tal-Jehovah, qalet lill-Qorti li kull meta kienet tara lill-vittma, din tal-aħħar dejjem kienet imwerwra u mbeżża' mill-akkużat u martu. John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt DANIEL MIZZI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 August 2014