Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/361049
Il-Ħadd 10 ta' Awwissu 2014 | illum 11 Inqas jew aktar bram din is-sena? SKONT in-numru ta' rapporti ta' bram mill- pubbliku li l-kampanja ta' 'Citizen Science' Spot the Jellyfish, immexxija mill- istudjuż tal-baħar Dr. Alan Deidun u l-kollegi tiegħu fi ħdan iċ-ċentru għall- Oċeanografija tal-Università ta' Malta, l-ammont ta' bram li deher din is-sena kien stabbli u konsistenti ma' dak tas-snin ta' qabel, bl- eċċezzjoni tal-2010, fejn kien hemm numru ta' rapporti ferm akbar. Id-differenza din is-sena tidher li hi li n-numru tal-brama l-vjola l-komuni (mauve stinger jew Pelagia noctiluca), li hija speċi li tniggeż ħafna u li ħafna nies jirrelataw magħha, dehret f 'numri ferm iżgħar mis-snin ta' qabel. Minflokha, dehru numru akbar ta' speċi ta' bram oħra, li s-soltu jkunu ferm inqas mifruxa, bħal dik li tissejjaħ cigar jellyfish (Olindias phosphorica), speċi li tniggeż, li għandha salib aħmar fuq daharha u li kważi dejjem dehret fil-bajja tal- Għadira, kif ukoll speċi bħal crystal jellyfish (Aequorea forskalea), speċi b'ħafna linji mal-ġenb tagħha u li dehret kważi dejjem il-Ġnejna jew Għajn Tuffieħa. Hekk kif noqorbu għall- istaġun tal-lampuki, li uffiċjalment jibda f 'Santa Marija (15 ta' Awwissu), resqin ukoll lejn l-istaġun tal-qassata (fried egg jellyfish – Cotylorhiza tuberculata), speċi kbira u sabiħa li ma tniggiżx u li hija popolari ma' kull min għandu kamera tar-ritratti li tista' tintuża taħt l-ilma minħabba l-kuluri sbieħ tagħha. Minn mindu bdiet il-kampanja Spot the Jellyfish, ġew irrapportati kważi tletin speċi ta' bram fl-ibħra Maltin, uħud għall-ewwel darba (f 'ċerti każi, speċi li ġejjin minn barra l-Mediterran), u ħafna minnhom speċi li mhumiex perikolużi. Din is-sena, permezz tal- parteċipazzjoni tal-istess Ċentru fi ħdan proġett Ewropew jismu Med-Jellyrisk, ġew ippubblikati kotba waterproof b'pariri mediċi ta' x'għandu jagħmel wieħed meta jitniggeż minn speċi differenti ta' bram. Dawn tqassmu lill-persuni tas- salvataġġ li jkun hemm fuq il- bajjiet Blue Flag u barra minn hekk, jistgħu jitniżżlu minn fuq l-internet minn kulħadd mis-sit ta' Spot the Jellyfish. Importanti wieħed jifhem li l-kura tat-tingiża ta' brama tiddependi ħafna mill-ispeċi, jiġifieri m'hemmx tip ta' kura waħda li tajba għall-ispeċi ta' bram kollu. Hemm ftit regoli biss li japplikaw għall-ispeċi kollha, bħal li m'għandekx taħsel it-tingiża bl-ilma ħelu u li m'għandekx tħokkha. Għalhekk huwa importanti li wieħed jitgħallem jagħraf l-ispeċi ta' bram biex japplika l-aħjar trattament. Fi ħdan dan l-istess proġett, 'il quddiem għandhom jitpoġġew numru ta' xbieki kontra l-bram f 'numru ta' bajjiet lokali. Għal min irid isir jaf aktar dwar l-ispeċi tal-bram li jinstabu fl-ibħra Maltin, Dr. Deidun iħeġġeġ lil dawk li għandhom smartphone biex iniżżlu b'xejn l-app MED- JELLY, li hija disponibbli għal iPhone kif ukoll għall-mobiles li jaħdmu bl-Android. Din tipprovdi ħafna informazzjoni fuq l-ispeċi kollha tal-bram li wieħed jista' jiltaqa' magħhom fl-ibħra tagħna, kif ukoll fuq il-bajjiet diversi Maltin. Tali informazzjoni tinstab ukoll fuq is-sit ta' Spot the Jellyfish – www.ioikids.net/ jellyfish. Dr. Deidun iħeġġeġ ukoll lill-pubbliku biex jibqa' jibgħat ir-rapporti tiegħu tal-bram, permezz ta' dan l-istess sit jew billi jibgħat imejl fuq alan.deidun@gmail. com jew ioi-moc@um.edu. mt, biex l-inizjattiva tibqa' jkollha stampa ċara ta' dak li qiegħed iseħħ fl-ibħra tagħna biex tkun tista' tinforma l-għawwiema kollha. Kjarifika fuq il-każ ta' Modestina Cefai FILĦARĠA tal-ILLUM ta' nhar il-Ħadd li għadda, din il-gazzetta kompliet issegwi l-istorja ta' Modestina Cefai bl-artiklu intitolat: 'Seta' kien każ ta' pedofelija minn qarib?' Bi żvista, it-titlu korrett kellu jkun: 'Seta' kien każ ta' pedofelija minn raġel qrib tal-familja Cefai?' Din il-gazzetta tiskuża ruħha jekk dan it-titlu seta' b'xi mod tefa' dell fuq Dr Joe Azzopardi jew il-familjari tiegħu. L-investigazzjoni għadha għaddejja u kuljum jitfaċċa dawl ġdid fuq x'seta' ġara 103 snin ilu. Kien hawn żieda tal-brama cigar jellyfish, b'salib aħmar fuq daharha DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt