Illum previous editions

illum 10 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/361049

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 10 ta' Awwissu 2014 Int ksibt popolarità f 'qasir żmien u llum kulħadd jaf min int. Imma kemm ilek li bdejt il-karriera tal- kant? Il-bidu tal-karriera tal-kant tiegħi tmur lura għal sentejn u nofs ilu, iżda l-istil ma kienx dak klassiku li ħafna jafuni bih illum il- ġurnata, għaliex qabel kont inkanta l-country. Kif skoprejt li l-linja tiegħek hija l-opera u mhux xi stil ieħor? Skoprejt il-linja vera tiegħi meta bdejt nattendi La Voix Academy. Mal-ewwel nota li kantajt fi ħdan l-akkademja, Gillian Attard, l-għalliema tal-kant tiegħi, kienet taf li l-istil tiegħi kien wieħed klassiku, ta' sopran. Bla dubju ta' xejn, Ti Lascio Una Canzone, wasslek għal suċċess li ħafna kantanti oħra Maltin joħolmu biss dwaru. Kif inbidlet ħajtek issa li kull fejn tmur kulħadd jgħarfek u kulħadd irid ikellmek? L-apprezzament tal-pubbliku huwa suċċess fih innifsu iżda fil- verità, nieħu gost naqsam it-talent tiegħi ma' ħaddieħor, speċjalment tfal ta' età żgħira li jiena nista' nispira. Fl-aħħar mill-aħħar, jiena l-istess Federica għadni u mhux beħsiebni ninbidel. Nimmaġina li l-programm kien wieħed impenjattiv ħafna għalik u għall-familja tiegħek, kif kienet ġimgħa tipika għalikom waqt is- sensiela tal-programm? Iva, konna nitilgħu Ruma, kull nhar ta' Ħamis. Appena naslu, immorru l-lukanda, inqiegħdu l-bagalji u dritt għall-istudjos tar-RAI biex nibdew il-provi, il- Ġimgħa iktar provi, u anke s-Sibt qabel jibda l-programm. Konna naslu lura Malta l-Ħadd bil-lejl u t-Tnejn, jiena lura għall-iskola u l-ġenituri tiegħi, lura għax- xogħol. Dakinhar stess filgħaxija, konna nirċievu konferma li rridu nitilgħu dik il-ġimgħa. It-Tlieta mbagħad kont nirċievi d-diski li ridt nitgħallimhom sal-Ħamis u nkomplu r-rutina fejn il-Ħamis filgħodu nerġgħu mmorru Ruma. Domna sejrin hekk għal 13-il ġimgħa. Spjega ftit x'kien jiġri wara l-kwinti qabel jibda l-programm... Ngħid il-verità, kien ikun hemm dak id-daqsxejn eċitament, imma lilna t-tfal kienu jaqsmuna fuq iż- żewġ naħat sabiex inżommu idejn xulxin u nawguraw ir-risq lil xulxin qabel nibdew. Xi ħaġa li ntlaqgħet tajjeb mat- telespettaturi kienet li l-produtturi żammewlek id-dehra adattata għall-età tiegħek fejn apparti l-ħwejjeġ, ma rajniekx liebsa żraben bi tkaken għoljin jew ħafna rtokk... Iva. L-irtokk fuq it-tfal ma jeżistix, u hekk għandu jkun. Lanqas meta kelli ponta ma riedu jgħattuhieli. Huma dejjem riedu jżommu d-dehra naturali tagħna. Kif tiddeskrivi lil Vincenzo Carni? Vincenzo huwa kantant bravissimu, u nzertaw li l-vuċijiet tagħna qablu tajjeb flimkien. Ħafna nies qalulna kemm-il darba li l-vuċijiet tagħna jemozzjonawhom u dan huwa vot ta' fiduċja fina u fit-talenti tagħna. Federica Falzon Età - 11 Raħal twelidha - Ħal Safi Diska Favorita - Un amore cosi grande u You're my everything Idolu - Joseph Calleja u Andrea Bocelli Platt favorit - Fenek "Is-suċċess qatt m'għandu Ritratt: Gianfranco Stellini Tia ta' ħdax- il sena li qed tikseb suċċess inkredibbli f'pajjiżna u barra minn xtutna titkellem dwar il- ħolm, il-passjoni u kif il-mużika saret tagħmel parti sostanzjali minn ħajjitha. Jean Pierre Cassar jpcassar@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 August 2014