Illum previous editions

illum 10 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/361049

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 10 ta' Awwissu 2014 | illum 13 Jekk tisma' xi ħaġa interessanti għidhieli. Jekk tilmaħ lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil- mowbajl. Ibgħat imejl fuq poodle@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … In-nobbli fil- Gudja Eħħ, kemm kienet tajba l-ikla ġol-Gudja! Hemmhekk rajt lil Joseph Muscat u l-martu, u l-Edward Zammit Lewis u l-mara wkoll, ġo dik il-villa villun man-nobbiltà. Hekk għandu jkun New Labour, New Ways. Insomma kemm ħadu pjaċir jieklu bil-fidda! U kemm hu sabiħ il-ġnien hux?! Pawlu, Pawlu Pawlu Bugeja m'għadux mal-MHRA issa sar tal- MTA! Tajba! Issa, il-persuna li kien imexxi l-finanzi għal Pisanijiet u tal-Corinthia issa se jmexxi l-MTA. Jogħġobni Pawlu, għax jaf xi jrid il- Gvern u x'iridu dawn l-anġli li jmexxu l-lukandi f 'Malta u dejjem ħasbu in the better good. Olè. Ir-riħa skont Karol Kemm ħadt pjaċir nara t-tweet ta' Karol Aquilina dak li kieku seta', kien ikun l-ikbar ħabib ta' Rikkardu Kakku Caruana. Xi xahar ilu qal li ġos-Siġġiewi hemm riħa tinten ta' ĦARA tal- baqar. Iva ħara, għax ma tafx int, l-elite tas-Siġġiewi ma jħobbux the smell of koko. Jien taf x'naf?! Jien domt 25 sena nxomm ir-riħa tinten tal-amministrazzjoni u ħadd ma qal xejn! I miss the witch Kemm nimmissja l-ġenn tar-reġina tar-remettar! Dik li meta tpoġġi fuq siġġu l-ġnub tal-warrani jaqbżu 'l barra. Jiena nimmissja l-fatt li l-ħdura tagħha m'għandhiex limiti u li tibqa' l-iktar persuna kattiva u ipokrita li tista' timmaġina. U tiġi tgħidli, li kieku din qiegħda l-Ingilterra tiġi mressqa bħala l-persuna li xxerred il-hate speech, u bħal Mullah tiġi eżiljata mill- pajjiż! Ormai ma nafx min ikun jixtieq jospitaha! Forsi fil-Ħaiti fejn jiddilettaw bis- sħaħar, she is welcome! Il-Vanġelu tas-Sesswalità Raġel Malti segwit f 'każ tal-Ebola "LIMĦABBA u s-sesswalità huma dimensjonijiet nobbli u sbieħ tal-bniedem għax huma l-espressjoni ta' aħna min aħna." Dan qalu l-Isqof t'Għawdex Mario Grech f 'ittra pastorali bit- tema "L-Imħabba Sabiħa" maħruġa fl-okkażjoni tal- festa ta' Marija Mtellgħa fis-Sema. L-Isqof Grech jaċċenna għal dak li jsejjaħ bħala "l-Vanġelu tas-Sesswalità", li jgħid huwa utli ħafna għall-bniedem tal-lum u li bla ma jaf, jista' jkun qed jipperikola li jkompli jitlef xi ħaġa daqshekk profonda u qaddisa bħalma hija s-sesswalità. Grech qal ukoll li l-bniedem ma jistax jgħix mingħajr imħabba u li għandu bżonn ta' lingwaġġ biex jesprimiha. Jgħid li wieħed minn dawn il- lingwaġġi huwa s-sesswalità u li r-relazzjonijiet sesswali barra minn posthom kif ukoll l-imġiba sesswali perversa huma ħżiena, propju għaliex dawn huma battala mill-imħabba vera. Hu kompla jispjega dwar l-imħabba responsabbli u saħaq li aktar ma jkun hemm imħabba awtentika bejn koppja, aktar il- lingwaġġ tas-sesswalità jkun veru. L-Isqof Grech qal li llum qed tinħass "emerġenza edukattiva fejn uliedna qed ibatu minn nuqqas ta' mudelli li jħarsu lejhom sabiex fuqhom ifasslu ħajjithom u li aħna msejħin biex nipproponulhom il-kelma ta' Kristu dwar l-imħabba u s-sesswalità umana: kelma li ma tifgax il-libertà tal-bniedem, imma tgħinu jkun aktar ħieles." F'KONFERENZA tal- aħbarijiet li saret kmieni lbieraħ filgħodu, is- Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, Chris Fearne qal li hemm raġel Malti li mar minn jeddu għand l-awtoritajiet tas-saħħa wara li kien għadu kemm irritorna minn Sierra Leone. Ir-raġel qed ikun segwit mill-awtoritajiet tas-saħħa b'obbligu u skont il-linji gwida maħruġa mill- Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Fearne qal li skont esperti lokali u internazzjonali, ir- riskju tal-Ebola f 'pajjiżna jibqa' wieħed żgħir u l-fatt li m'għandniex titjiriet diretti minn pajjiżi tal- Afrika tal-Punent ukoll inaqqas ir-riskju tagħha. Żied jgħid li l-awtoritajiet qed itejbu l-faċilitajiet biex f 'każ tal-Ebola jkunu jistgħu jitrattaw il-każ bl- aħjar mod possibbli, kemm għas-soċjetà kif ukoll għall- persuna kkonċernata. Semma li l-Ebola ma titteħidx jekk xi ħadd jagħtas jew jisgħol iżda tittieħed b'kuntatt dirett ma' fluwidi bħal demm u remettar. Lanqas mit-toilets ma tittieħed. Fearne temm jgħid li saru diversi lectures ma' ħaddiema fis-settur tas- saħħa u mad-dipartimenti tal-ajruport u l-port u l-Gvern Malti waqqaf ukoll helpline fuq in-numru 21324086. Ikla man-nobbiltà fil-Gudja Pawlu Bugeja Karol Aquilina Ir-reġina tar-remettar L-Isqof Mario Grech Chris Fearne

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 August 2014