Illum previous editions

illum 10 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/361049

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 10 ta' Awwissu 2014 | illum 21 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Imejl: illum@mediatoday.com.mt I l-kelma 'anzjan' tirreferi għal persuna li għalqet dawk is-sittin sena u fuqhom u li issa waslet biex toħroġ bil-pensjoni u tirtira. Illum però, qegħdin nisimgħu ħafna bil-kunċett ta' 'Anzjanità Attiva' li wħud għadhom ma jafux xi jsser. Anzjanità Attiva huwa kunċett li Malta qiegħda tipprova taddotta. Iżda x'inhu dan il-kunċett famuż ta' Anzjanità Attiva? Sfortunatament, hawn Malta hawn il-mentalità li l-persuna tasal sa meta tirtira mbagħad bħal donnha għamlet żmienha u ħajjitha minn hemm qisu taqbad it-triq tan-niżla. Din hija problema fuq l-istat minħabba l-fatt li ħafna nies iqisu u jaraw l-anzjan bħala persuna li hija dipendenti fuq is-servizzi provduti mill-istat. Din il-mentalità mhix sew fuq dak il-persuna li jkun għamel ħajtu jagħti sehmu, jaħdem u jikkontribwixxi bħal kulħadd lejn is-soċjetà. Hemm fattur ieħor li Malta, bħal pajjiżi Ewropej madwarna, qiegħda taffaċċja u li iktar kemm jgħaddi żmien aktar se tkun problema. Il-proporzjon ta' popolazzjoni ta' persuni 'l fuq minn ħamsa u sittin sena qiegħed jiżdied sena wara sena u għalhekk il-persuni bil- pensjoni qegħdin ukoll jiżdiedu. L-Anzjanità Attiva mhux sempliċiment xi terminu tekniku, imma tagħti l-opportunità lill- persuni biex jirrealizzaw il- potenzjal għal ħajja fiżikament, soċjalment u mentalment tajba waqt li tagħtihom l-opportunità wkoll jibqgħu jew ikomplu jipparteċipaw fis-soċjetà, waqt li huma moħħhom mistrieħ bil- protezzjoni u s-sigurtà meta jkollhom bżonn. Il-kelma 'attiv' tirreferi għall- kontinwità ta' parteċipazzjoni fl-oqsma ekonomiċi, soċjali u kulturali, u mhux bilfors l-abbiltà li wieħed ikun fiżikament attiv biex jibqa' fid-dinja tax-xogħol. Il-fatt li l-persuna tibqa' attiva wara li tirtira huwa mod kif il-persuna tibqa' b'saħħitha speċjalment mentalment biex ma tintelaqx. Huwa importanti wkoll li l-familjari jikkontribwixxu wkoll biex il-persuna tadatta għal din il-mentalità. Il-familjari jridu jikkoperaw mal-esiġenzi u mal-vulnerabbiltà li l-anzjanità ġġib magħha. Kulħadd jaf li l-anzjanità hija proċess li jirrikjedi ħafna ħin mill-familjari u li jġib miegħu iżjed vulnerabbiltà fuq il- persuna. Għalhekk importanti li l-persuni anzjani, ħafna minnhom missirijietna u ommijietna nieħdu ħsiebhom u nagħtuhom ir-rispett li jistħoqqilhom, bħalma huma kienu obbligati jieħdu ħsiebna u għamlu dan bl-aħjar mod possibbli. Mhux sew il-fatt li ħafna nies jippruvaw jaraw kif se jitfgħu lil ommhom u lil missierhom mill-aktar fis possibbli ġewwa residenza, għaliex m'għadx għandhom iċ-ċans u l-paċenzja jieħdu ħsiebhom. Għalhekk, ejja nkunu ta' katalist għas-saħħa ta' persuni li qegħdin joqorbu lejn l-anzjanità, billi bħala soċjetà nkomplu nippromovu l-kunċett ta' anzjanità attiva, u nieqfu nħarsu lejn l-anzjan bħala persuna li jgħix dipendentament minn fuq is- servizzi li joffri l-istat. Minflok, inħarsu lejn l-anzjan bħala persuna li kkontribwixxa lejn is-soċjetà u li fadallu x'jagħti frott tal-esperjenza tal-ħajja li għandu aktar minn ħaddieħor. Anzjanità Attiva

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 August 2014