Illum previous editions

illum 10 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/361049

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 10 ta' Awwissu 2014 | illum 29 SPORTSillum LUNJONI Ewropea tal-Ġudo (EJU), b'kollaborazzjoni mal- Fondazzjoni Maltija tal-Ġudo (MJF), ingħataw l-unur li jorganizzaw proġett tal-Youth in Action - programm tal- Unjoni Ewropea (UE) li ġie stabbilit għaż- żgħażagħ biex jispira sens ta' ċittadinanza Ewropea attiva, solidarjetà u tolleranza fost iż- żgħażagħ Ewropej, u biex tinvolvihom fit-tfassil tal-futur tal-Unjoni. Dan il-proġett jippromwovi wkoll il-mobilità fi ħdan u lil hinn mill-fruntieri tal- UE, tagħlim non-formali u djalogu interkulturali, u jinkoraġġixxi l-impjegabbiltà u l-inklużjoni taż-żgħażagħ kollha irrispettivament mill-isfond edukattiv, soċjali u kulturali tagħhom. Il-ġudo mhuwiex biss sport, iżda filosofija, sistema edukattiva, mod ta' ħajja u ħafna aktar. Ġudo għall-Paċi huwa proġett tal-Youth in Action biex jippromwovu l-inklużjoni soċjali u d-diversità. Il- ġudo ġie użat diversi drabi bħala għodda biex iwassal għall-paċi. Hemm diversi programmi tal-Ġudo għall- Paċi li jiġu organizzati mill-Federazzjoni Internazzjonali tal- Ġudo u l-membri tagħha fir-reġjuni ta' kunflitt biex jintlaħaq il-paċi u r-rikonċiljazzjoni, u wkoll biex tiżviluppa soċjetajiet. Il-proġett Ġudo għall-Paċi se jittratta numru ta' diskussjonijiet li jinkorporaw żvilupp personali u soċjali; riżoluzzjoni tal-kunflitti; drittijiet tal-bniedem u attivitajiet ta' volontarjat ma' nisa żgħażagħ, tfal bi bżonnijiet speċjali kif ukoll tfal immigranti. Dan il- proġett qed jiġi organizzat fuq għaxart ijiem u qed iġib flimkien żgħażagħ minn pajjiżi Ewropej differenti u pajjiżi ġirien tal-Ewropa. Ftit tal-jiem ilu, 62 ġudoka u 11-il mexxej tat-timijiet minn 10 pajjiżi: il-Belġju, il-Belarus, il- Fillandja, il-Ġermanja, il- Gran Brittanja, l-Ungerija, Malta, l-Italja, l-Iżvezja u l-Ukrajna, taru lejn Malta biex jibdew l-ewwel proġett iffinanzjat mill-UE bejn l-MJF u l-EJU fl-Residenza tal-Università f 'Ħal Lija. Il-parteċipanti ta' dan il-proġett qegħdin jinvolvu ruħhom f 'diversi postijiet madwar Malta, billi jagħmlu volontarjat mal- Kunsill Lokali ta' Ħal Lija, il-Kunsill Lokali tal-Mosta u l-Organizzazzjoni għall- Ħbiberija fid-Diversità (OFD). Diversi esperti Maltin u Internazzjonali se jaqsmu l-għarfien tagħhom ma' dawn il-parteċipanti. Elaine Bonnici, id-direttur tal-isports u Joanne Bugeja, il-koordinatur taż- żgħażagħ tal-programm tal-atleti tal-Ispecial Olympics f 'Malta, se jagħtu diskors dwar "tifhem persuni b'diżabbiltà." Għoxrin atleta mill- Ispecial Olympics Malta se jingħaqdu mal-Ġudoka Internazzjonali għal sessjoni ta' fitness u ġudo. Norbert Biro, il-President tal-Ġudo Internazzjonali għall-Għomja, se jaqsam l-għarfien tiegħu dwar l-Assoċjazzoni Internazzjonali tal- Għomja fl-Sports (IBSA) u l-Olimpjadi ParaOlimpiċi. Maria Borg Filletti u Andrè Callus, mill- Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal- Ugwaljanza (NCPE) se jindirizzaw kunflitti, vjolenza, inġustizzja u d-diskriminazzjoni. Kristiina Pekkola, Viċi President tal-Federazzjoni tal-Ġudo Svediża u 5 Dan Black Belt tal-Ġudo, se tkun qed tippreżenta proġett dwar ir-Rwol tan- Nisa fl-Isport, segwita minn sessjoni ta' tagħlim non-formali fuq it-tatami. Għoxrin tifel u tifla immigrant u ŻAK Mosta ngħaqdu wkoll mal- parteċipanti għal sessjoni ta' ħajja sana. Maria Mifsud Bonnici, li għandha Masters fil-Fiżjoloġija tal-Isport u l-Eżerċizzju u wkoll Diploma tal- Kumitat Olimpiku Internazzjonali (IOC) fin-Nutrizzjoni tal-Elite sport, se tagħti diskors dwar in-nutrizzjoni. Fr. Alfred Vella mill- Kummissjoni Immigranti Maltin u Neil Falzon mill-Fondazzjoni ADITUS se jiddiskutu d-Drittijiet tal-Bniedem. L-Onorevoli Chris Agius, Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, fetaħ dan il-proġett. Malta Annwali 73 ġudoka minn 10 pajjiżi jieħdu sehem f 'Ġudo għall-Paċi Il-logo uċjali tal-Judo for Peace Malta 2014 soċjali. Charles Vassallo fotografu uffiċjali tal-klabb ħa r-ritratti. Intant, f 'ġurnata sajfija fost l-oħrajn, nhar il-Ġimgħa 25 ta' Lulju, l-Inter Club PUPI Zanetti Malta organizza l-ewwel attività tiegħu bħala klabb uffiċjali ta' FC Internazionale Milano. Din l-attività kienet tikkonsisti f 'BBQ buffet ġewwa Villa Lija fejn aktar minn 80 membru ħadu sehem f 'din l-attività u setgħu jgawdu minn varjetà kbira ta' insalati u laħam differenti. Fl-aħħar tal-attività l-President tal-klabb Paul Fenech irringrazzja lill-membri tal-kumitat tax-xogħol kbir li qed isir biex dan il-klabb il-ġdid wasal fejn wasal fi ftit xhur, kif ukoll irringrazzja lill-membri preżenti għal din l-attività u stedinhom biex jattendu għal-Laqgħa Ġenerali Annwali li se tiġi organizzata nhar il-Ġimgħa l-1 ta' Awwissu fis-7.30pm ġewwa Villa Lija stess. Kull min jixtieq jissieħeb mal-Inter Club PUPI Zanetti Malta, jista' jagħmel dan billi jidħol fuq din il-link, fejn tistgħu ssibu l-applikazzjoni ta' sħubija: http://goo.gl/ bnU2tv. Għal aktar informazzjoni rigward il-klabb żuru l-paġna uffiċjali ta' Facebook: https://www.facebook.com/ icpupizanettimalta physique DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 August 2014