Illum previous editions

illum 10 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/361049

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 10 ta' Awwissu 2014 SPORTSillum Malta tilqa' kompetizzjoni drifting internazzjonali "LISPORT lokali irid jieqaf jiddependi totalment mill-finanzi tal-Gvern u b'xi mod jaħdem mal-privat għax hekk biss l-maġġor parti tal-isport f 'pajjiżna jieqaf ikun amatorjali u jsir professjonali". Dan qalu s-Segretarju Parlamemtari għar- Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret biex tingħata informazzjoni dwar 'King of the Kings', l-attività tad-drifting li se tkun organizzata f 'pajjiżna. Din se tkun attività li qed issir fl-għeluq l-10 snin mill-bidu tal-King of the Kings. Is-Segretarju Parlamentari saħaq li l-isport tal-muturi u karozzi diġà għamel unur lil Malta f 'diversi kompetizzjonijiet barra il-pajjiż u għalhekk kemm il-gvern u anke l-privat irid jara din bħala opportunità li mhux biss jagħmel reklam għall-entità tiegħu imma wkoll għall-pajjiżna. Huwa kompla jgħid li attivitajiet ta' din ix-xorta jkomplu jtellgħu isem Malta 'l fuq fil-klassifiċi relatati mat- turiżmu fejn saħaq fuq l-importanza tat-turiżmu sportiv u kemm Malta għandha bżonn li tressaq lejha aktar turisti li jiġu hawn bl-għan li jipprattikaw l-isport. Kienu Adrian Figallo, f 'isem FM Promotions u George Muscat il- President tal-Malta Drifting Association li taw l-informazzjoni dwar din l-attività fejn se jinġiebu Malta sewwieqa barranin li ħadu sehem f 'kompetizzjonijiet Ewropej sabiex jikkompetu kontra xulxin għat-titlu King of the Kings. Sewwieq Malti wkoll se jingħata ċ-ċans sabiex jikkompeti kontra dawn il- ġganti Ewropej fid-drifting. L-attività se tkun ibbażata fuq tliet ijiem fejn filwaqt li l-Ġimgħa jkun hemm free practice, is-Sibt u l-Ħadd ikun hemm il-kompetizzjoni propja fejn ir-rebbieħ jirbaħ €10,000. Waqt l-attività minbarra l-kompetizzjoni King of the Kings, se jsiru wkoll King of Malta Street Legal Cup u King of Malta Pro Cup. Il-President tal-Malta Sport Federation Tonio Cini kkwota stħarriġ li jgħid li l-isport tad-drifting, anke jekk mhux rikonoxxut mill- FIA, huwa t-tielet l-aktar sport tal-karozzi segwit wara l-Formula 1 u l-World Rally. Dan l-isport, kompla Cini, qed jibgħat messaġġ qawwi li n-nies trid aktar attivitajiet ta' din ix-xorta. Huwa semma kif dan ikompli Il-Futsal Malta Association tvara l- logo ġdid tagħha u jittellgħu l-poloz Stennija kbira għall-attività King of Kings f 'Ottubru li ġej WAQT lagħa tal- Kunsill tal-Futsal Malta Association (FMA), bil- preżenza tal-uffiċjali tal- klabbs kollha li se jieħdu sehem fl-istaġun tal-futsal 2014/15, ġie varat il-logo il-ġdid tal-FMA. Il-laqgħa saret fil-Padiljun Sportiv ta' Kordin u kienet evidenti l-arja ta' ħeġġa u sodisfazzjon għax-xogħol li qed isir bi preparazzjoni għall-bidu tal-istaġun tal- futsal. Fil-bidu tal-laqgħa tkellem il-President tal-FMA l-Perit Mark Borg fejn iddeskriva l-logo l-ġdid bħala sens ta' kontinwità minn fejn bdiet l-assoċjazzjoni fi spirtu ta' tiġdid u dinamiżmu. Borg semma l-inizjattivi li l-FMA għandha biex tkompli tippromwovi l-futsal f 'Malta, b'mod speċjali fost it-tfal bil- kollaborazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Isport. Tkellem ukoll Kevin Mifsud li qiegħed jokkupa l-kariga ta' Direttur Tekniku, fejn stieden lill-kowċis kollha biex jieħdu sehem f 'żewġ korsijiet li se jagħmel għalihom. Fuq kollox waqt din il-laqgħa ttellgħu l-poloz tal-kampjonat Premier, tal- Ewwel Diviżjoni u n-Knock Out. L-istaġun 2014/15 se jibda nhar it-Tnejn 15 ta' Settembru, bl-ewwel żewġ logħbiet mill-kampjonat tal- ewwel diviżjoni. L-Imqabba jilagħbu kontra l-Imdina u l-Imsida jilagħbu kontra l-Mellieħa. Nhar il-Ġimgħa 26 ta' Settembru tintlagħab il-finali tas-Super Cup bejn Balzan u Luxol. Il-kampjonat Premier jibda nhar it-Tlieta 30 ta' Settembru bil-logħba bejn Żebbuġ u Mosta. Intant fir-rawnd preliminari tan-Knock Out ikollna dawn il-logħbiet: Luqa vs Balzan bir-rebbieħ jilgħab kontra Lija fl-Ewwel Rawnd. Naxxar vs Gżira bir-rebbieħ jilgħab kontra Siġġiewi fl- Ewwel Rawnd. Valletta vs Sirens bir- rebbieħ jilgħab kontra Attard fl-Ewwel Rawnd. B'Bugia vs Qrendi bir- rebbieħ jilgħab kontra Swieqi fl-Ewwel Rawnd. Mellieħa vs Msida bir- rebbieħ jilgħab kontra Ħamrun fl-Ewwel Rawnd. Mqabba vs Qormi bir- rebbieħ jilgħab kontra Mdina fl-Ewwel Rawnd. Fl-ewwel rawnd ikollna wkoll lil Mosta kontra Luxol u Żebbuġ kontra Żurrieq.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 August 2014