Illum previous editions

illum 10 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/361049

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 10 ta' Awwissu 2014 | illum 31 SPORTSillum kompetizzjoni tad- f 'Ottubru jikber u jieħu l-popolarità anke f 'Malta jekk kemm-il darba din il-ħolma tat- trakka ġdida ssir realtà. Iċ-ċermen tal-Kunsill Malti għall-Isport Luciano Busuttil li qal li l-KMS tifhem u tagħraf l-importanza ta' dan l-isport u kieku tista' tixtieq toffri għajnuna finanzjarja ikbar però l-finanzi anke tal-KMS huma dak li huma. Huwa semma l-passjoni li l-Maltin għandhom lejn dan l-isport u l-investiment finanzjarju personali li bosta sewwieqa jagħmlu biex ikunu jistgħu jipprattikawh. Waqt il-konferenza tkellem ukoll Mike Procureur, li huwa d-Direttur Maniġerjali ta' King of Europe u Pierre Fenech f 'isem Montekristo Estates. L-attività se ssir bejn it-3 u l-5 ta' Ottubru f 'Montekristo Estates u se tintwera fuq TVM2, minbarra stazzjonijiet barranin. Aktar informazzjoni fuq is-series tinstab fil-paġna http://www. kingofeurope.net, jew fil- paġna ta' Facebook: http:// www.facebook.com/koedrift L-Onorevoli Chris Agius jindirizza lil dawk preżenti waqt it-tnedija tal-attività King of Kings Xavier Saliba fl-ewwel esperjenza tiegħu jgħallem lit-tfal L-MFA f 'għajnuna lill- għaqdiet ta' persuni fil-bżonn ILPLEJER ewlieni tal- Futsal f 'Malta li għadu kemm ingħaqad ma' Valletta FC Futsal matul dan is-sajf beda avventura ġdida fil-karriera mill- aqwa tiegħu fil-futsal hekk kif beda jikkowċja lit-tfal tal-Malta Fustal School. F'kuntatt li għamilna ma' dan il-plejer u anki kowċ rigward kif qed iħares lejn din l-esperjenza ġdida fil- karriera tiegħu huwa saħaq li: "Hija xi ħaġa totalment differenti għalija għax kull meta kkowċjajt dejjem kelli klabbs u rġiel! Li tgħallem dak li taf lit-tfal hija xi ħaġa ta' responsabbiltà speċjalment il-mod kif tagħmel xogħlok għax it- tfal jinfluwenzaw ruħhom malajr! Qed inħares 'il quddiem ħafna għax nixtieq li jkollna tfal li jsiru plejers ta' livell fil-futur u jekk dan iseħħ ikun l-ikbar sodisfazzjon li nista' nieħu minn din l-esperjenza! Bħalissa qiegħed nagħmel sessjonijiet fil-kamp tas-sajf li għandhom għaddej il- Malta Futsal School u għandi klassi minnhom maqsuma bejn subien u anki bniet jiġifieri l-iskola hija miftuħa għal kulħadd!" ILMALTA Football Association tavża li wara qbil mal-klabbs membri tagħha u b'deċiżjoni tal-Kunsill, id-dħul tal-partiti kollha mill-istaġun 2014/15 tal- Kampjonat BOV Premier, tal-BOV Super Cup u tal-FA Trophy, se jkun ta' €7-il kbar, €4 l-anzjani u €1 it-tfal ta' taħt it-12-il sena. Il-partiti l-oħra mill- Kampjonati BOV rispettivi tal-MFA, se jibqgħu bl-istess prezz kif kien. L-MFA tavża li ż-żieda fil-prezz tal-partiti kif indikat hawn fuq se jmur kollu f 'benefiċċjenza taħt l-iskema ta' Football Social Responsability Fund, il- Kumitat fi ħdan l-MFA li se jkun immexxi mill-President Emeritus Dr George Abela. Il-flus kollha li se jinġabru matul l-istaġun se jmorru għall-Malta Community Chest Fund, Puttinu Cares u għaqdiet oħra. Ma' dan l-ammont, l-MFA se tkun qiegħda tagħti l-50% tal-flus li ddaħħal fl-istaġun minn multi dixxipplinarji. L-MFA tavża li din id- deċiżjoni sabet l-appoġġ tal-President tar-Repubblika ta' Malta, l-Eċċellenza Tagħha Marie Louise Coleiro Preca. "Qed inħares 'il quddiem ħafna għax nixtieq li jkollna tfal li jsiru plejers ta' livell fil-futur" - Xavier Saliba

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 August 2014