Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/361049
32 illum Il-Ħadd 10 ta' Awwissu 2014 SPORTSillum Tarxien Rainbows isaħħu ferm l-iskwadra tagħhom KOLLOX qed jindika li Tarxien Rainbows se jkunu forza qawwija fil-Kampjonat BOV Premier li se jkun qed jibda fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla. Dan hekk kif ilbieraħ huma ppreżentaw l-akkwisti ġodda tagħhom li jammontaw għal xejn inqas minn 13-il plejer ġdid fosthom erba' plejers barranin. Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret ilbieraħ f 'lukanda ewlenija fil-Furjana. L-aġent tal-plejers tal-klabb Kevin Bonavia saħaq li din il- kampanja ta' akkwisti intensiva rat il-bidu tagħha f 'April li għadda meta l-klabb kien assigura ruħu li matul l-istaġun li ġej huwa se jkun qed jilgħab fil-Kamponat BOV Premier. Saru diversi diskussjonijiet bejn il-President, il-membri tal-kumitat u anki l-kowċ Clive Mizzi fuq x'kien meħtieġ jinbidel fil-klabb biex ir-Rainbows jimxu fid- direzzjoni t-tajba. L-ewwel deċiżjoni kbira kienet dik li Clive Mizzi jingħata kariga ta' xogħol full-time bħala kowċ u għalhekk huwa issa se jkun jista' jorganizza sessjonijiet ta' taħriġ filgħodu għas-sitt plejers barranin tar-Rainbows kif ukoll għall-plejers Maltin li jkunu disponibbli jitħarrġu filgħodu. Bonavia saħaq li din id-deċiżjoni fil-futur immedjat għandha tħalli l-frott mixtieq. Jikkumplimentaw lil Mizzi fl-istaff tekniku se jkun hemm l-assistent kowċ Steven Vella kif ukoll il-kowċ tal- goalkeepers Michael Church. Aaron Saliba ġie ngaġġat bħala fiżjo-terapista, Derek Stafrace se jkun il-masseur tat-tim waqt li Dr Jan Chircop se jkun it-tabib tal-klabb. F'diskors mill-iktar interessanti li għamel il-kowċ ħabrieki tar-Rainbows, Clive Mizzi, huwa saħaq li l-format il-ġdid tal-Kampjonat BOV Premier matul l-istaġun li ġej se tkun esperjenza ġdida u sfida għall-klabbs kollha. Huwa kompla li l-objettiv prinċipali tat-tim tiegħu se jkun dak li jagħtu l-massimu tagħhom ta' kull logħba u jieħdu dak li jistgħu. Madankollu huwa tenna li jridu jkunu realistiċi fit-tragwardi tagħhom u ma jridux iħarsu lejn objettivi li huma surreali għall-kabb għax jibqgħu diżillużi. Huwa kompla, li għalkemm ir-Rainbows għamlu dawn l-akkwisti importanti, ma jridux jinsew lill-avversarji tagħhom li wkoll kienu saħħew l-iskwadri rispettivi tagħhom. Mizzi żvela wkoll li bħala parti mill-irwol il-ġdid tiegħu ta' full-time kowċ huwa se jkollu l-inkarigu li jressaq lill-klabb ta' Tarxien Rainbows lejn il-komunità Tarxiniża kif ukoll lill-istess komunità lejn il-klabb tal- futbol li jirrappreżenta lil dan ir-raħal fin-Nofsinhar ta' Malta. L-akkwisti l-ġodda ta' Tarxien Rainbows Ritratt: Antoine Busuttil Weightlifters Maltin jitħarrġu fil-Bulgarija L-ewwel kowċ mara ta' tim tal-futbol tal-irġiel TIM ta' atleti mill-Għaqda Maltija tal-Weightlifting iħallu Malta l-ġimgħa d-dieħla għall- ġimagħtejn taħriġ ġewwa Smolyan fil- Bulgarija. L-atleti Martin Pisani, Ryan Agius, Rodmar Pulis, Kieran Mifsud, Malcolm Camilleri u Owen Bugeja se jkunu assititi minn Sevi Marinov. Dan se jkun it-tieni kamp ta' taħriġ fi spazju ta' ftit ġimgħat wara li l-istess kowċ Marinov kien hawn Malta jħejji aktar atleti. Dan it-taħriġ huwa ferm importanti għal dawn l-atleti bi preparament għall-kompetizzjonijiet internazzjonali li jibdew minn Settembru li ġej. Dan huwa possibbli bil-għajnuna tal- Kunsill Malti għall-Isport u l-Kumitat Olimpiku Malti. CORINNE Diacre kitbet l-istorja hekk kif saret l-ewwel kowċ li qatt ikkowċjat tim tal-futbol tal-irġiel. Dan hekk kif hija mexxiet lit-tim tagħha, Clermont, f 'logħba kompetittiva fejn iżda ħareġ fuq in-naħa telliefa bl-iskor ta' 2-1 kontra Brest fit-Tieni Diviżjoni Franċiża. Diacre ħadet post Helena Costa li kienet fit-tmun ta' dan it-tim iżda qatt ma kienet mexxiet lill-istess tim f 'logħba kompetittiva hekk kif ħasset li l-klabb kien qed jużaha biex jagħmel pubbliċità biha. Diacre ħadet it-tmexxija ta' Clermont f 'Ġunju li għadda. Qabel ħadet l-irwol ta' kowċ, din il-mara ta' kuraġġ u stamina kbira kienet ukoll plejer fejn lagħbet xejn inqas minn 121 logħba mat-tim nazzjonali tan-nisa ta' Franza u saħansitra kienet il-captain tal-istess tim. Wara li temmet il-karriera tagħha bħala plejer hija saret l-assistant kowċ tal-istess tim, fejn damet tliet snin qabel saret kowċ tat-tim tan-nisa ta' Sochaux li huwa l-istess klabb li hija kienet tifforma parti minnu bħala plejer professjonali tal-futbol. Il-weightlifters Maltin li se jieħdu sehem f 'kamp ta' taħriġ fil-Bulgarija Corinne Diacre - mara ta' kuraġġ u stamina kbira YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt