Illum previous editions

illum 14 September 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/380560

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 illum | Il-Ħadd 14 ta' Settembru 2014 Nisimgħu ħafna dwar l-MCESD, iżda forsi ftit nafu x'inhu r-rwol tagħha fis-soċjeta Maltija. Hi għaqda li tiddiskuti madwar mejda u kollox jieqaf hemm? Kien l-eks ministru Austin Gatt li rrefera għal l-MCESD bħala 'talking shop'. U dan niċħduh bis- saħħa għax aħna nagħmlu xogħol ferm siewi għas-soċjetà Maltija. Kienet kelma li weġġgħetna ħafna għax l-MCED twaqqfet legalment fl-2001 u wara l-isem inbidel fl- MCESD għax fiha ġie nkorporat l-istat soċjali. Xogħolna hu li nippromwovu djalogu soċjali li bis- saħħa tiegħu jitnaqqsu l-problemi bejn l-gvern, il-ħaddiema u dawk li jħaddmu. Tant li kemm ilna mwaqqfin l-inkwiet industrijali fil-pajjiż naqas drastikament. Fil-preżent hi aktar b'saħħitha speċjalment li fl-2012 ġiet emendata l-liġi u mal-MCESD ingħaqdu s-soċjetà ċivili u l-Gozo Regional Committee. B'hekk l-NGO's ingħataw aktar saħħa fid- deċiżjonijiet li jittieħdu. Filwaqt li l-Għawdxin li kienu jħossuhom 'left out' minħabba l-insularità doppja tagħhom issa qed ikollhom laqgħa kull xahar f 'Għawdex tal- MCESD. Min eżatt jifforma l-MCESD? L-MCESD hi ffurmata minn erba' unjins, GWU, UĦM, Forum u CMTU, erba' min-naħa ta' min iħaddem, Chamber of Commerce, GRTU, MEA u MHRA, membru mis-soċjetà ċivili, membru tal- Gozo Regional Committee u l-Gvern li bħala membru għandu lil Ministru Helena Dalli. Vera li hemm forums oħra li jixtiequ jagħmlu parti mill- MCESD? Iva għandna żewġ talbiet biex isiru parti mill-MCESD. L-iżviluppaturi u l-assoċjazzjonijiet tal-professjonisti. Irridu biss noqogħdu attenti biex ma nżidux wisq, għax aktar ma jkun kbir il- kumitat ikollna inqas deċiżjonijiet u qbil. Iżda l-MCESD għandha saħħa biżżejjed fid-deċiżjonijiet? Xi msieħba soċjali jemmnu li dan il-kumitat għandu jingħata status aħjar. Wara l-parlament dan il-kumitat għandu jkollu l-akbar importanza. Dan il-kumitat barra li jippromwovi djalogu soċjali nippruvaw noħolqu qbil bejn is- sħab soċjali. Suġġetti kontroversjali tipprova tnaqqashom u tressaq il-partijiet flimkien. Ma jistax ikun li l-unjins ma jifhmux lil min iħaddem li huma n-nies li jirriskjaw il-miljuni u joħolqu xogħol għal poplu. Għax grazzi għalihom li qed jagħtu kontribut qawwi lill-ekonomija Maltija. Iżda min iħaddem irid jisma' wkoll lill- unjins. Grazzi għal dan il-kumitat it-tnejn saru jifhmu lil xulxin iżjed. Il-liġi tagħti wkoll il-jedd li l-Gvern ikun wieħed mill-imsieħba soċjali. Xogħolna mhux li jiddeċiedi għax hu l-Parlament li jiddeċiedi. Aħna nservu bħala kumitat li jagħti l-pariri lill-Parlament iżda jiddeċiedi dejjem il-Gvern. F'kull riforma l-Gvern jismagħna u jwieżen dak li jkun intqal hemm ġew għax aħna nirrappreżentaw il-popolazzjoni li taħdem filwaqt L-MCESD mhux dak li John Bencini twieled tas-Sliema u jgħix tal- Ibraġġ. Miżżewweġ lil Victoria Antoncich mill-Isla, missier Graziella u nannu ta' Federica. Gradwat l-Filosoja u Ingliż mill-Università ta' Alabama. Kien President tal-Forum Unions Maltin, President tal-MUT u l-preżent ċermen tal-MCESD John Busuttil illum@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 September 2014