Illum previous editions

illum 14 September 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/380560

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Il-Ħadd 14 ta' Settembru 2014 | illum 25 SPORTSillum Ritratt: Joe Borg Pieta .......................1 Floriana ..................3 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT FLORIANA dawru telfa f 'rebħa fil-konfront tagħom kontra Pietà Hotspurs meta għelbuhom bl-iskor ta' 3-1 fejn it- Taljan Matteo Piciollo kien l-eroj assolut għalihom. U dan meta sal-ewwel taqsima kienu 1-0 minn taħt biex fit-tieni taqsima skorjaw tliet gowls f 'temp ta' 17-il minuta. B'hekk issa Floriana għandhom erba' punti fil-klassifika waqt li l-Hotspurs għandhom punt wieħed biss. Pietà Hotspurs laqgħu lura lil Rafael Xavier wara li serva żewġ logbiet sospensjoni u waqt li għal Floriana ddebutta l-attakkant mis-Senegal, Amadou Samb. Il-Hotspurs marru fil-vantaġġ fit-33 minuta permezz ta' Rafael Xavier li wara li avvanza tajjeb għeleb lil Senatore permezz ta' xutt imdawwar. Iżda Floriana wettqu rimonta qawwija fit-tieni taqsima. Huma rnexxielhom iġibu l-iskor indaqs permezz ta' freekick dirett minn barra l-kaxxa Matteo Piciollo fil-50 minuta biex l-istess plejer li qed ikollu staġun mill-aqwa mal-Greens irdoppja l-iskor disa' minuti biss wara, meta wara li xutt ta' Samb ġie milqugħ minn David Cassar, il-ballun spiċċa f 'saqajn l-attakkant Taljan li mill-viċin tefa' ġewwa. Floriana skorjaw it-tielet gowl fil-logħba li kellu jkun l-aħħar gowl minn erbgħa f 'din il-logħba permezz tad-debuttant Samb Amadou fis-67 minuta li rnexxielu jsib ix-xibka permezz ta' daqqa ta' ras wara li rċieva minn korner ta' Clyde Borg. Pietà Hotspurs - Cassar, Attard, Grech, Dos Santos, Pisani, Rodrigues Da Silva, Zacarias, Cesare, Agius, Daniel, Joao Da Silva Floriana - Senatore, Scicluna, Moreira Cobo, MATTEO PICIOLLO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fil-15 ta' Ottubru 1992 fl-Italja Skorja doppjetta f'din il-logħba u qed ikollu staġun mill-aqwa ma' Floriana Qabel ingħaqad ma' Floriana, huwa lagħab ma' AS Ostiamare, Civitavecchia, Salernitana u Atletico Roma Jugend Piciollo l-eroj assolut r-rebħa Furjaniża

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 September 2014