Illum previous editions

illum 21 september 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/384361

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 21 ta' Settembru 2014 SPORTSillum Ritratt: Joe Borg Qormi .........................0 Birkirkara ...................2 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT WARA li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet Birkirkara sorprendentament sfaw megħluba minn Balzan bl-iskor ta' 3-2, l-iStripes irritornaw għar-rebh meta għelbu lil Qormi bl-iskor ta' 2-0. Kienu Qormi li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża fit-13-il minuta meta l-attakkant Niġerjan, Frank Temile, avvanza fuq il-linja tal-lemin, iżda ġie antiċipat mill-goalkeeper ta' Bikirkara Justin Haber. Fit-32 minuta Paul Fenech għadda tajjeb lejn Ellinton Morais li ra x-xutt fil-baxx tiegħu jiġi mdawwar f 'corner minn Farrugia. Erba' minuti biss wara, tentattiv daqqa ta' ras minn Matheus Bissi ġie salvat mill- goalkeeper ta' Qormi Matthew Farrugia b'saqajh minn fuq il-linja. Fit-tieni taqsima Qormi kienu aħjar mill-ewwel taqsima speċjalment bl- inklużjoni tal-attakant Niġerjan Alfred Effiong iżda kienu Birkirkara li ħolqu l-ewwel periklu f 'din it- taqsima eżattament fit-62 minuta meta minn freekick mogħti minn Ellinton Morais, għola tajjeb bir-ras Matheus Bissi li iżda ra t-tentattiv tiegħu jiġi milqugħ tajjeb minn Farrugia. Fit-82 minuta Albert Bruce għadda l-ballun lejn Alfred Effiong li ra x-xutt tiegħu jiġi mdawwar f 'corner bi bravura mill-goalkeeper internazzjonali, Justin Haber. Birkirkara marru fil-vantaġġ fit-83 minuta meta Rafeal Ledesma għadda tajjeb lejn Ryan Camenzuli li wara li kkontrolla tajjeb, għeleb għal kollox lil goalkeeper ta' Qormi Matthew Farrugia, permezz ta' xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa. L-iStripes irnexxilhom jirdoppjaw l-iskor fit-92 minuta meta Rafael Ledesma li ħa post Shevchenko fis-76 minuta, tefa' wara l-goalkeeper u captain ta' Qormi, Matthew Farrugia, permezz ta' xutt fil-baxx. Qormi - Farrugia, Bondin, Quatrochi Santos, Chetcuti (Micallef 63'), Pisani, Sammut, Agius, Levniac, Bruce, Viggiani (Effiong 46'), Temile Birkirkara - Haber, Bissi, Morais, Vukanac, Shevchenko (Ledesma 76'), Mendoza, Fenech, Muscat, Scicluna (Zammit 76'), Borg (Grech 55'), Camenzuli Referi - Mario Apap MATHEUS BISSI Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fid-19 ta' Marzu 1991 fil-Brażil Qabel ingħaqad ma' Birkirkara kien jilgħab ma' FC Banga Gargzdai Iddebutta ma' Birkirkara fil-konfront kontra Sliema Wanderers nhar l-24 ta' Awwissu 2013 Birkirkara jirritornaw għar-rebħ

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 september 2014