Illum previous editions

illum 21 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/530460

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Ġunju 2015 | illum 13 minn fuq l-internet. Din qed tiġi mpejpa flok il-ħaxixa, bid- differenza li din diffiċli tinqabad biha għax ma timmarkax lanqas fl-urina, iżda li tagħmel ħsara kbira fil-moħħ. "Hi perikoluża ferm. Din wasslet diversi persuni f 'Malta biex daħlu l-isptar anke fid-Dipartiment tal-Kura Intensiva. Dan minkejja li fuq l-internet qed jirreklamawha bħala waħda suppost sigura. Dawn huma drogi li joħolqu periklu aktar mid-droga naturali. Irrid inwassal messaġġ li din id-droga taffetwa ħażin lil dawk li jkunu ilhom jieħduha. Iżda aktar minn hekk hi li ħadd m'għandu jesperimenta minn drogi fuq l-internet, għax wieħed ikun diffiċli li jkun jaf x'hemm fil-kontenut biex saret din id-droga sintetika." Dwar id-droga u kif il-ministeru tiegħu qed jiġġieldilha, l-Ministru qalilna li fil-ġimgħat li ġejjin se jinfetaħ ċentru tar-rijabitazzjoni għal dawk li għandhom dipendenza mid-droga u li huma taħt it-18-il sena. Dan se jinfetaħ fiċ-ċentru ta' Malta, "għax nemmnu li dawk bil-problema tad-droga taħt it- 18-il sena m'għandhomx jitħalltu mal-adulti. Barra hekk ngħinuhom f 'ċentru speċjalizzat u mhux il-ħabs jew Monte Carmeli." Qabel tlaqt Michael Farrugia qalli li l-messaġġ tal-ministeru tiegħu u tal-gvern hu li l-faqar jintemm bix-xogħol, "u nerġa' ntenni x-xogħol illum hu investiment għal għada. L-għajnuna soċjali se tibqa' u għandha tibqa' għal dawk li ma jistgħux jaħdmu minħabba raġunijiet ta' saħħa u l-bqija, biex dawn intellgħuhom mil-livell ta' riskju ta' faqar." "Hawn xejra ġdida li qed tinxtara droga sintetika minn fuq l-internet, li hi perikoluża ferm, aktar minn dik naturali" Ritratt: Chris Mangion fl-għajnuna soċjali – Michael Farrugia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 June 2015