Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/530460
Il-Ħadd 21 ta' Ġunju 2015 | illum 27 SPORTSillum SPORTSillum Ritratti: Domenic Aquilina "Kuntent immens li rnexxieli nilħaq il-quċċata tal-futbol Malti għat-tielet darba l-karriera tiegħi" - Andrew Cohen WAQT serata li ġiet organizzata b'mod tassew professjonali f 'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi nhar il-Ġimgħa filgħaxija, l-attakkant prolifiku ta' Hibernians u tat-tim nazzjonali, Andrew Cohen, bl-aktar mod meritat ġie vvutat bħala l-MFA Plejer tas-Sena għat-tielet darba fil- karriera tiegħu. B'hekk huwa laħaq lill-eks plejer ta' Valletta u llum assistant kowċ tal- istess tim, Gilbert Agius, li wkoll rebaħ dan l-unur ferm prestiġjuż għal tliet darbiet fil-karriera mill- aqwa tiegħu fil-futbol. Biex rebaħ dan l-unur, Andrew Cohen, li għalaq 34 sena matul ix-xahar li għadda, għeleb l-isfida ta' sħabu l-plejers ta' Hibernians, Andrei Agius u Clayton Failla, kif ukoll taż-żewġ plejers ta' Birkirkara, Zach Muscat u Paul Fenech. Andrew Cohen kien diġà rebaħ dan l-unur f 'żewġ staġuni konsekuttivi jiġifieri fl-istaġun 2004/05 u l-istaġun 2005/06. Immedjatament wara li rebaħ dan l-unur, dan il-ġurnal ħa l-ewwel reazzjonijiet ta' Andrew Cohen innifsu, li saħaq li jinsab kuntent immens li rnexxielu jilħaq il- quċċata tal-futbol Malti, f 'dak li jirrigwardja unur personali, għat-tielet darba fil-karriera tiegħu. Huwa ddeskriva wkoll l-aħħar kampjonat mirbuħ minn Hibernians bħala l-isbaħ wieħed fil-karriera formidabbli tiegħu. Intant, din hija l-lista tal-unuri li rebħu l-plejers u kowċ rispettivi waqt is-serata tal-unuri organizzata mill- MFA. MFA Footballer of the Year Andrew Cohen 122 Punt - Rebbieħ Clayton Failla 43 Punt Paul Fenech 32 Punt Andrei Agius 30 Punt Zach Muscat 14 -il Punt Coach of the Year Award Branko Nisevic 109 Punti - Rebbieħ Paul Zammit 65 Punt Oliver Spiteri 44 Punt Young Player of the Year Award Ryan Camenzuli 64 Punt - Rebbieħ Johann Bezzina 54 Punt Hamza Barry 28 Punt Foreign Player of the Year Award Edison Luis Dos Santos 93 Punt - Rebbieħ Jorge Pereira Da Silva 77 Punt Bojan Kaljevic 37 Punt BOV First Division League Best Player Ariel Laudisi 33 Punt - Rebbieħ Peter Paul Sammut 12 -il Punt Juan Manuel Ruiz Perez 9 Punti BOV Second Division League Best Player Timmy Thomas 44 Punt - Rebbieħ James Obaje Aud-gustine 25 Punt Muda Fagbeja 12 -il Punt BOV Third Division League Best Player Denis Sytnik 43 Punt - Rebbieħ Michael Zammit 14 -il Punt Mohamed Telessi Senussi 14 -il Punt BOV Women's League Best Player Dorianne Theuma 46 Punt - Rebbieħa Stephania Farrugia 27 Punt Shona Zammit 19 Punt Best Youth League Player Jurgen Degabriele 61 Punt - Rebbieħ Llywelyn Lui Cremona 21 Punt James Brincat 17 -il Punt GFA Best Player Daniel Bogdanovic 26 Punt - Rebbieħ Claudio Antunes 25 Punt John Camilleri 21 Punt Overall Fair Play Award Kirkop United FC L-MFA Plejer tas-Sena għall-istaġun 2014/15, Andrew Cohen