Illum previous editions

illum 21 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/530460

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 21 ta' Ġunju 2015 SPORTSillum LEWIS Hamilton qed juri li huwa se jkun fuq quddiem nett biex jirbaħ it-tieni titlu konsekuttiv tal-F1. Dan hekk kif qed ikollu staġun mill-aqwa, u lbieraħ reġa' rebaħ il-pole position, din id-darba fiċ-ċirkwit tal-Awstrija, li jġib l-isem ta' Grosser Preis Von Osterreich. Din kienet il-ħames pole li rebaħ Hamilton matul dan l-istaġun u l-45 waħda fil-karriera mill-aqwa tiegħu fil-Formula 1, biex b'hekk laħaq lis- sewwieq ta' Ferrari, Sebastian Vettel. Tajjeb ngħidu li din kienet l-ewwel darba li sewwieq Brittaniku rnexxielu jirbaħ il-pole position tal-Awstrija. Fit- tieni post spiċċa sieħeb Lewis Hamilton fuq Mercedes, Nico Rosberg, waqt li fit- tielet post spiċċa s-sewwieq tal-Ferrari, Sebastian Vettel. Fost l-iżgħar presidenti ta' klabb fi l-futbol lokali ILKUMITAT ta' Msida St Joseph FC ifforma kumitat ġdid għall- istaġun li ġej. Il-kumitat huwa ffurmat minn 10 min-nies li huma dawn li ġejjin: President: Alan Abela- • Wadge Viċi Presidenti: Jesmond • Abela u Charles Debono Segretarja Ġenerali: • Tiffany Bonavia Kaxxier: Richard Galea • Viċi Segretarju: Steve • Farrugia Viċi Kaxxier: Jeffrey • Abela-Wadge Membru tal-Kunsill tal- • MFA: Claudio Martinelli Membri oħrajn: Simon • Pace u Mario Zammit Alan Abela-Wadge, li ilu membru fil-kumitat ta' Msida SJ, għall-aħħar 11–il sena, laħaq president tal-klabb. Alan ta' 28 sena huwa wieħed mill-iżgħar presidenti ġewwa pajjiżna. Fil-kumitat ta' Msida St Joseph FC, daħlu wkoll żewġ membri ġodda. Dawn huma Jeffrey Abela-Wadge, li għandu karriera twila maniġerjali f 'bank lokali, kif ukoll Tiffany Bonavia, imprenditriċi żagħżugħa ta' 26 sena. Il-president il-ġdid ta' Msida St Joseph, Alan Abela-Wadge Hamilton ikompli jiddomina u jirbaħ il-pole position tal-Awstrija Lewis Hamilton fl-azzjoni fiċ-ċirkwit tal-Awstrija, waqt il-pole position li rnexxielu jirbaħ 1S\b`S>]W\bB`W_2c\9O`[ 0W`YW`YO`O0g^Oaa0W`YW`YO`O 09@'!%;OZbO >V]\S(!#$ ! "!!" ESP(eeeRW[SQVS\bQ][ 3[OWZ(OZO\.RW[SQVS\bQ][ 1 Lewis Hamilton Mercedes 2 Nico Rosberg Mercedes 3 Sebastian Vettel Ferrari 4 Felipe Massa Williams 5 Nico Hulkenberg Force India 6 Valtteri Bottas Williams 7 Max Verstappen Toro Rosso 8 Daniil Kvyat Red Bull 9 Felipe Nasr Sauber 10 Romain Grosjean Lotus 11 Pastor Maldonado Lotus 12 Marcus Ericsson Sauber 13 Carlos Sainz Junior Toro Rosso 14 Daniel Ricciardo Red Bull 15 Fernando Alonso McLaren 16 Sergio Perez Force India 17 Jenson Button McLaren 18 Kimi Raikkonen Ferrari 19 Roberto Merhi Manor 20 Will Stevens Manor

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 June 2015