Illum previous editions

illum 21 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/530460

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Ġunju 2015 | illum 29 SPORTSillum Meta referi Malti rrea liċ-champions tad-dinja Verratti jagħżel lil PSG minn Real Madrid u Barcelona JEKK hemm ġurnata li żgur li r-referi internazzjonali Malti, Clayton Pisani, se jibqa' jiftakar b'mod partikolari matul il-karriera mill-aqwa tiegħu, m'hemmx dubju li din se tkun dik ta' nhar is-Sibt 13 ta' Ġunju 2015. Dan hekk kif huwa kellu l-opportunità unika li jirrefja liċ-champions tad- dinja, il-Ġermanja, propju sena biss wara li huma ġew inkurunati champions tad- dinja tal-futbol. Għall-kronaka, kif mistenni, il-Ġermanja ma sabu l-ebda diffikultà biex jumiljaw lil Ġibiltà, meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 7-0, f 'logħba ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2016. Jakkumpanjaw lil Clayton Pisani f 'Ġibiltà, kien hemm l-assistenti referis, Mitchell Scerri u Duncan Sultana, u l-assistenti referis addizzjonali Marco Borg u Adrian Azzopardi. Ir-raba' uffiċjal kien Roberto Vella. Kull logħba internazzjonali hija esperjenza sabiħa għax tkun qed tirrappreżenta lil pajjiżek. Iżda ċerti esperjenzi sbieħ jistgħu jkunu uniċi u ħafna drabi mhux faċli li jiġu, imma b'ħafna ħidma u impenn ta' kulħadd, tista' tiġi realtà. Bla dubju li tirrefja timijiet ta' ċertu livell huwa ta' prestiġju kemm għalija kif ukoll għall-kollegi tiegħi, wisq aktar meta tirrefja tim li għadu kemm rebaħ it-Tazza tad-Dinja – il-Ġermanja. Bħala referi trid dejjem tkun ippreparat mil-lat fiżiku u mentali, irrelevanti x'logħba tkun, għax ovvjament kull logħba għandha l-importanza tagħha. Jien kont naf madwar xahar qabel li kien se jkolli logħba ta' kwalifikazzjoni għall- Euro 2016 iżda mbagħad b'mod kunfidenzjali l-logħba li kont se nirrefja ngħatatli ftit jiem qabel biss. Eżattament kif inkun naf liema timijiet ikun se jkolli, nistudja t-tattika li jilagħbu biha, nara xi filmati tal-logħob ta' qabel biex nara ċerti movimenti ta' plejers, nevalwa l-klassifika u nara l-istadium ħalli niffamiljarizza ruħi miegħu. Hekk inkun ippreparat aktar għal ċerti sitwazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu matul il- logħba. Għalija kull logħba toffrili motivazzjoni u b'hekk inkun aktar iffukat. L-eċitament jiżdied meta tirrefja timijiet kbar fejn ikollhom plejers ta' ċertu teknika u kreattività, li joħolqu azzjoni f 'ħin qasir. B'mod kumplessiv din il-logħba fissret ħafna mhux biss għalija imma, għas- settur tal-irrefjar Malti. Dan għaliex juri reputazzjoni tajba li għandna pajjiż żgħir bħal Malta mal-UEFA. Din ir-reputazzjoni ntrebħet matul is-snin fejn referis internazzjonali bħali, dejjem ħallew impressjoni tajba. Għalkemm forsi bħala referi, nidher aktar jiena fil-logħba bħala r-referi ewlieni, it-tim ta' uffiċjali li nkun imdawwar bihom huma ta' importanza kbira. Fil-logħba ta' Ġibiltà kontra l-Ġermanja, kienet l-ewwel darba li aħna bħala Maltin konna sitta barra minn pajjiżna: żewġ assistenti referis (Mitchel Scerri/Duncan Sultana) żewġ assistenti referis addizzjonali (Marco Borg/ Adrian Azzopardi), raba' uffiċjal (Roberto Vella) u jiena. L-għajnuna u l-kollaborazzjoni ta' dawn il-kollegi tiegħi kienet utli ħafna u ta' appoġġ għalija qabel, waqt u wara l-logħba. Mill-att ta' logħba antiċipajna li l-Ġermanja kienu se jkunu aktar offensivi minn Ġibiltà, u Ġibiltà joperaw fuq il- kontrattakk. Iżda għalkemm l- iskor kien wieħed ta' distakk lejn l-aħħar, bħala logħba kienet waħda eċitanti u anki Ġibiltà kellhom l-okkażjonijiet tagħhom. Dawn il-logħbiet ikunu aktar diffiċli għar- referi u l-assistenti, għaliex l-ammont ta' plejers li jkun hemm fil-kaxxa, f 'daqqa waħda tagħmilha aktar iebsa biex tara xi penalty jew xi offside. Mill-andament tal-logħba, iż-żewġ settijiet ta' plejers urew rispett kbir lejna, u dan kien ta' sodisfazzjon kbir għalina. Ovvjament, għalkemm logħba hija twila siegħa u nofs, warajha jkun hemm xogħol u sagrifiċċji kbar. Ħafna referis f 'dan il-livell ikunu professjonali, iżda aħna għalkemm m'aħniex, nagħmlu l-almu tagħna kollu biex ikollna mentalità professjonali. Dan grazzi l-appoġġ kontinwu tad-dipartiment tar-referis, taħt it-tmexxija tas-Sur Adrian Casha u l-kumitat tar-referis. Nixtieq nirringrazzja wkoll lill- familjari tagħna, fosthom il-mara tiegħi, Marylise u t-tfal Ben u Elle tal-paċenzja li jieħdu bija, minħabba l-impenji u l-preparamenti li jkolli," temm jgħid Clayton Pisani. JEKK kien hemm plejer li matul dan l-istaġun impressjona ferm, kemm ma' PSG kif ukoll mat-tim nazzjonali Taljan immexxi minn Antonio Conte, m'hemmx dubju li dan ma kien ħadd ħlief Marco Verratti. Huwa jidher ferm kuntent bil-karriera tiegħu ma' PSG u anki togħġbu ħafna l-ħajja f 'Pariġi. U huwa propju għal dawn iż-żewġ raġunijiet li għalkemm huwa għandu offerti illustri mill-ġganti Spanjoli, Real Madrid u Barcleona, jidher li l-futur tiegħu huwa destinat ma' PSG. F'kummenti li għadda lill-media ftit tas-sigħat ilu, huwa saħaq li għall- bidu kienet xi ħaġa diffiċli għalih li jambjenta ruħu ġewwa Pariġi, wara li kien jgħix f 'belt żgħira. Iżda mbagħad speċjalment bl-għajnuna ta' sħabu l-plejes u diriġenti ta' PSG, huwa rnexxielu tabilħaqq jagħmel dan. Clayton Pisani flimkien mal-captains ta' Ġibiltà u tal- Ġermanja qabel bdiet il-logħba bejn dawn iż-żewġ timijiet nazzjonali rispettivi Verratti fl-azzjoni mat-tim li ddikjara li se jkun qed jibqa' jilbes il-flokk tiegħu għal staġun ieħor - PSG

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 June 2015