Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/530460
30 illum Il-Ħadd 21 ta' Ġunju 2015 SPORTSillum "Ninsab ħerqan ħafna għal din l-isda l-ġdida l-karriera tiegħi" - Stefano Grima Manchester United jitfgħu ħarsithom fuq Roman Zobnin FTIT tal-jiem ilu tħabbar kif Naxxar Lions kienu akkwistaw lil Stefano Grima bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom. Din l-esperjenza għal dan il-kowċ se tkun waħda ġdida għal Grima, hekk kif huwa se jkun qed imexxi tim fil-Premier għall-ewwel darba fil- karriera tiegħu bħala kowċ. Iżda Stefano Grima nnifsu tana iktar dettalji rigward kif qed iħares lejn din l-avventura fit- tmun ta' Naxxar Lions, fejn afferma li: "Ninsab ħerqan ħafna għal din l-isfida ġdida fil- karriera tiegħi. Ovvjament ninsab konxju li mhux se tkun missjoni faċli imma żgur li mhix impossibli. Ċert li b'ħidma kbira u kollettiva, ir-riżultat mixtieq jista' jasal. Naf ukoll li l-preparazzjoni għal dan l-istaġun, li issa għaddejja sew, trid tkun ftit differenti mis-soltu. Il-bidla fit-tmexxija tal- klabb, ġabet magħha ċerti dubji imma nista' ngħid ukoll li ġabet magħha entużjażmu ikbar milli kont nara qabel. L-għaqda qatt ma kienet nieqsa fin- Naxxar, imma issa żgur li żdiedet u tinħass aktar. Hawnhekk ukoll nixtieq nirringrazzja lill- kumitat Naxxari, immexxi mill-president David Vella għall-fiduċja li wrew fija. Fl-istess waqt, ma nistax ma nirrangrazzjax lill-eks president Dione Drago għal kulma għamel, kemm miegħi fl-aħħar snin, u aktar u aktar għall-klabb. L-ewwel ħaġa li bdejt naħdem fuqha, kien il- pjan għal dan l-istaġun, mill-kbar sat-tfal. Irrid li s-settur tal-kbar u taż- żgħar jibqa' jingħaqad aktar milli hu. Meta tqis li jien ġej mis-settur taż-żgħażagħ ukoll, żgur li rrid inkun il-kowċ li nagħti importanza kbira lilhom ukoll, fil-ħin addattat u f 'waqtu. Irrid ukoll li x-xogħol kollu li sar fin-nursery f 'dawn l-aħħar snin ma jintilifx u nkomplu nibnu fuqu. Ovvjament, in-nursery mhux se taqa' iżjed taħt ir-responsabbilità tiegħi imma żgur li se nkun qed insegwi x'qed jiġri wkoll. Imbagħad bdejt nifforma l-istaff tekniku - staff żagħżugħ b'entużjażmu kbir u li lest biex flimkien mad-diriġenza u l-plejers, inkunu tim magħqud u ppreparat. Meta ġejt offrut dan l-irwol, wara li qiest il-pożittiv u n-negattiv, u wara li qiest ukoll ir-relazzjoni tiegħi mal- klabb Naxxari, li issa dieħla fir-raba' sena, ħadt id-deċiżjoni li naċċetta u nieħu din l-ewwel esperjenza tiegħi bħala kowċ fil-Premier. L-akbar fattur li għamlet id-deċiżjoni tiegħi aktar faċli, kienet il-filosofija li għandu l-klabb. Qbilna mija fil-mija li l-pjan 'il quddiem għandu jkun l-importanza għall- plejers tal-klabb u li huma wkoll prodott tan-nursery. Ma jfissirx li mhux se nkunu qed nagħmlu minn kollox biex nissaħħu, imma żgur li mhux se nġibu plejers bl-amment u mingħajr ebda pjan. Kull plejer fl-iskwadra jrid ikun utli u li jista' jiġi utilizzat. Fil-fatt bħalissa ninsabu għaddejjin b'ħidma kontinwa fejn qed naraw x'inhuma l-għażliet kollha kemm lokali kif ukoll xi plejers ikun hemm disponibbli barra minn Malta, li jaqgħu fil-pjan li għandna aħna. L-esperjenza tiegħi fil-kowċing mhix waħda twila, però sa issa kont fortunat li dejjem ħdimt ma' kowċis tajbin u li minnhom tgħallimt u ħadt esperjenza kbira. Wara ħames snin ta' esperjenza fil-kowċing, fejn bdejt fin- nursery ta' San Ġwann, u ħdimt fil-qrib mal-kowċ Sandro Zammit Fava, mort ma' Vittoriosa Stars bħala assistant coach, l-ewwel ma' Joe Brincat u komplejt ma' Oliver Spiteri. Kien fl-istaġun ta' wara li ngħaqadt ma' Naxxar Lions bħala assistent ta' Winston Muscat, fejn spiċċajna rebbieħa tal- Ewwel Diviżjoni, u allura ġejna promossi għall- Kampjonat Premier. Wara li żammejna postna mal- kbar, l-istaġun li għadda bdejt bħala assistent tal-istess Winston Muscat, iżda spiċċajtu bħala assistent ta' Jesmond Zerafa. F'dawn l-aħħar żewġ staġuni, kont qed nokkupa l- kariga ta' head coach tan-nursery wkoll - irwol li kien sar għal qalbi ħafna, imma li issa mhux se nibqa' nżomm.Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, nixtieq nagħmel appell lill- partitarji Naxxarin, biex bħal dejjem jibqgħu wara t-tim u jtuna s-sapport meħtieġ matul l-istaġun," temm jgħid Stefano Grima. Il-kowċ il-ġdid ta' Naxxar Lions, Stefano Grima MANCHESTER United tefgħu ħarsithom fuq il- plejer Russu ta' Dinamo Moscow, Roman Zobnin. F'din it-trattattiva jista' jidħol l-attakkant Messikan, Javier Hernandez, iktar magħruf bħala Chicharito. L-istess plejer jinsab misluf ma' Real Madrid mingħand ir-Red Devils. Huwa qed ikollu staġun tajjeb mal- Galacticos fejn żgur li se jibqa' jiftakar b'mod speċjali l-gowl li skorja fl-aħħar mumenti tal-konfront kontra Atletico Madrid li sewa l-kwalifikazzjoni għas-semi- finali tal-UEFA Champions League għal-Los Blancos, fejn sfaw eliminati minn Juventus. Iżda, jidher li Real Madrid jixtiequ jżommu lil Chicharito għal kollox u għalhekk tista' tkun diffiċli għar-Red Devils li jdaħħlu lill-attakkant Messikan fit- trattattiva biex jipperswadu lil Dinamo Moscow iċedulhom lil Roman Zobnin. Flimkien ma' Chicharito, it-tim immexxi minn Louis Van Gaal, lest li joffri wkoll is-somma ta' xejn inqas minn €8 miljun. Il-plejer Russu ta' Dinamo Moscow f-azzjoni, Roman Zobnin