Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/530460
Il-Ħadd 21 ta' Ġunju 2015 | illum 31 SPORTSillum Mourinhio jrid lil Gundogan u Rickie Lambert ma' Chelsea WARA li aċċerta ruħu mir-rebħ tal-Kampjonat Barclays Premier matematikament, jidher li l-kowċ tal-Blues, l-Ispecial One, Josè Mourinho, diġà qed jaħseb għall-istaġun li ġej. Jidher li t-tragward numru wieħed għalih huwa l-plejer Ġermaniż ta' nofs il-grawnd ta' Borussia Dortmund, Ilkay Gundogan. Madankollu bħalma rnexxielu jagħmel diversi drabi fil-grawnd tul l-aħħar snin, Mourinho, din id- darba jrid jegħleb l-isfida ta' Manchester United barra mill-ground, hekk kif huma wkoll jinsabu interessati bis-sħiħ li jakkwistaw lil dan il-plejer li jidher li mhux se jkun qed iġedded il-kuntratt tiegħu ma' Borussia Dortmund. Intant, jidher li Mourinho, jrid ukoll lill-attakkant ta' Liverpool, Rickie Lambert. Dan il-plejer internazzjonali Ingliż, għandu kuntratt mar- Reds li jintemmlu f 'Ġunju tal-2016. Madankollu, Mourinho, ta' bniedem li jaf fejn irid jasal, jidher li qed jagħmel minn kollox biex jingaġġa lil dan il-plejer fi Stamford Bridge sa mis- sajf li ġej. Dan speċjalment wara li l-viċi capatin tal- Blues, Didier Drogba, jista' jkun qed iħalli lil Chelsea fil-ġimgħat li ġejjin. L-attakkant Ġermaniż ta' Borussia Dort- mund, Ilkay Gundogan u il-plejer żagħżugħ ta' Liverpool, Rickie Lambert Van Persie fil-mira ta' Roma u Inter Shaqiri se jibqa' ma' Inter Ray Sant bis-sitt mandat tiegħu bħala President ta' Roma Club Malta HEKK kif kollox qed jindika li l-attakkant prolifiku Olandiż ta' Manchester United, Robin Van Persie, mhux se jkun qed jifforma iktar mill- pjanijiet tar-Red Devils, sa mis-sajf li ġej. Fost il-kandidati ewlenin biex jingaġġaw lil dan il-plejer, hemm Roma u Inter. Il-kuntratt ta' Van Persie mat-tim immexxi minn Louis van Gaal jiskadi f 'Ġunju tal-2016, iżda meta wieħed jagħti ħarsa lejn l-istaġun mhux daqstant tajjeb li kellu l-Olandiż ma' Manchester United, huwa jista' jkun rilaxxat mill- klabb minn Old Trafford fi ftit tal-ġimgħat oħra. Għall- kronaka, Robin van Persie, lanqas biss kien inkluż mal-lista tat-18, fir-rebħa ta' 2-1 ta' Manchester United barra minn darhom kontra Crystal Palace. Dan hekk kif huwa segwa l-logħba mill- istands. ILPLEJER internazzjonali Svizzeru Xherdan Shaqiri, se jibqa' ma' Inter. Dan hekk kif huwa bħal Lukas Podolski ingħaqad man-Nerazzurri f 'Jannar li għadda b'self għal sitt xhur. Dan minħabba l-fatt li minħabba li sa dak iż-żmien, Inter, kien qed ikollhom staġun diżastruż u għalkemm il-kwalifikazzjoni fl-Ewropa kienet f 'dubju kbir, in-Nerazzurri ma kinux jifilħu jħallsu s-salarji t'ammont sostanzjali ta' flus lil dawn iż-żewġ plejers. Madankollu, l-aħħar riżultati pożittivi miksuba minn Inter infushom, qed jindikaw li n-Neroazzurri, tabilħaqq se jirnexxielhom jiksbu post fil-UEFA Europa League fi tmiem l-istaġun. Dan hekk kif skont l-aġent ta' Shaqiri, li tajjeb ngħidu li huwa ħuh stess, Xherdan Shaqiri se jkun qed jiffirma kuntratt ma' Inter li jtul sal- 2019. Għadu mhux magħruf jekk Lukas Podolski hux se jkun qed jimxi fuq il-passi ta' sieħbu Shaqiri u jġedded il-kuntratt għal diversi snin oħra. RAY Sant żamm is-sitt mandat tiegħu bħala president ta' Roma Club Malta. Graziella Bencini u Ivan Vella żammew il-karigi ta' Segretarja Ġenerali u teżorier rispettivament. Claudio Attard, Ludwig Borg, Robert Busuttil, Simon Zahra, Mark Galea u Joseph Farrugia huma l-membri l-oħra fi ħdan il-Kumitat il-ġdid. Lawrence Bugelli u Claudio Modestini nħatru bħala awdituri. Fid-diskors tiegħu, il- president Ray Sant qal li kien jinsab ferm diżappuntat b'dan l-istaġun fallimentari tat-tim tar-Roma. Bl-approvazzjoni tal-membri, iddeċieda li għal din is-sena jwaqqaf il-Premio Roma Club Malta, li jingħata lill-aħjar plejer Romanista matul l-istaġun. Huwa rringrazzja lill- membri kollha li reġgħu urew fiduċja fih u saħaq li għas-sentejn li ġejjin, se jibqa' jagħti kollox għal dan il-klabb storiku, kif dejjem għamel fil-passat. Is-sede tal-klabb tinsab f 'Pembroke Athleta Sports Complex, Triq Tunis, Pembroke. Futur inċert għal Robin Van Persie ma' Manchester United, hekk kif dan qed jinteressa bis-sħiħ lil Roma L-attakkant internazzjoanli Svizzeru, Xherdan Shaqiri, fl-azzjoni ma' Inter AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT