Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/530460
4 illum | Il-Ħadd 21 ta' Ġunju 2015 Ikompli minn paġna 1 IĊĊERMEN ezekuttiv tal- Awtorità tal-Gaming, Joseph Cuschieri kompla jgħid lill- ILLUM li "l-MFA lanqas biss darba waħda ma indikawlna xi partiti suspettati. Allura kif jippretendu għajnuna? Anzi konna aħna stess li għidnilhom li kien hemm xi ilmenti fuq l-partita bejn Gżira u il-Mosta f 'okkażżjoni minnhom meta ġejna infurmati." Cuschieri kompla jgħid li jekk qed jirreferu għal xi każ li kien hemm xi plejer Malti li lagħab imħatri fuq logħob lokali, xorta m'għandhomx raġun għal diversi raġunijiet. "Li plejer ma jistax jilgħab imħatri, għal-liġi Maltija mhix illegali. Hi regola tal-MFA li ma tħallix plejer jilgħab, iżda dik ma torbotx il-liġi Maltija. Barra hekk l-operaturi, fejn jafu min hu plejer Malti jew le li jkun qed jilgħab l-imħatri? L-operaturi togħrokhom għajnejhom jekk plejer ikun jismu Lionel Messi, imma mhux isem u kunjom Malti. Tinsewx li l-operaturi kollha li jaħdmu f 'Malta huma kollha barranin." Qal li hemm ukoll raġuni oħra li aħna ma nistgħux ngħaddu ismijiet ta' persuni individwali għax skont il-liġi Maltija każi individwali suspettati rridu ngħadduhom lill-Pulizija u mhux lil xi assoċjazzjoni. "Għalhekk nerġa' ntenni li l-MFA ma kinitx ġusta magħna meta qalet dak li qalet waqt konferenza dwar l-isport nadif organizzata mill-uffiċċju tal-Parlament Ewropew f 'Malta. Jekk trid għajnuna, tgħaddilna dawk il-partiti li jkollha suspett fuqhom u aħna niċċirkolawhom mal- operaturi li jaħdmu fuq imħatri tal-futbol lokali li huma ftit ħafna minn dawk kollha liċenzjati f 'pajjiżna." L-operaturi kollha tal-logħob li jaħdmu f 'Malta huma kollha barranin L-irregolaritajiet f 'Binja Buqana mistenni jiswew €2.5 miljun ILMINISTRU għall- Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia ħabbar li ġiet imnedija inkjesta li se tkun qed titmexxa mill- Imħallef Emeritus Philip Sciberras sabiex tistabbilixxi l-irregolaritajiet li saru f 'Binja Buqana l-Imtarfa. Farrugia qal li meta fl-2014 feġġet il-problema tal-binja tal-emerġenza ta' Mater Dei, minnufih beda eżerċizzju ta' investigazzjoni fuq binjiet oħra li saru fl-istess żmien waqt li kien qed jinbena l-isptar. "L-Awtorità tad-Djar kienet irċiviet diversi rapporti mir-residenti tal-Binja, uħud minnhom sostanzjati wkoll minn rapport tal-Periti tagħhom. Kien jidher ċar ukoll li l-allegazzjonijiet ta' difetti fl- istruttura li kienu qegħdin jiġu rrappurtati kienu qegħdin jiġu miċħuda mill-Perit responsabbli mill-Binja." Qal li kien għalhekk li l-Ministeru flimkien mal- Awtorità ħa deċiżjoni sabiex itemm din is-saga darba għal dejjem u qabbad inġiniera strutturali indipendenti. "Fl- istess żmien inzerta kien hawn Malta l-esperti mqabbda biex jinvestigaw in-nuqqasijiet fil-binja tal-emerġenza fl- isptar Mater Dei u għalhekk saru diskussjonijiet magħhom sabiex jinbeda l-proċess ta' investigazzjoni fuq il-kwalità tal-istruttura u l-istat ta' Binja Buqana. L-esperti ħadu numru konsiderevoli ta' kampjuni ta' konkrit minn diversi partijiet tal-Binja u bis-saħħa ta' testijiet xjentifiċi li saru fuq dawn il-kampjuni waslu għal-konklużjonijiet li jidru fir- rapport tagħhom." Michael Farrugia qal ukoll li matul dan il-proċess kollu kien hemm kuntatt kontinwu mal- assoċjazzjoni li tirrappreżenta lir-residenti u dawn inżammu aġġornati pass pass bl-iżviluppi li kienu qed iseħħu. "Illum ninsabu f 'qagħda li nistgħu ngħidu b'ċertezza li kien hemm nuqqasijiet kbar fil-kwalità tal- istruttura ta' Binja Buqana." Semma' kif il-kumpanija ARUP għaddiet l-informazzjoni b'numru ta' linji gwida ta' kif l-Awtorità tad-Djar għandha tmexxi sabiex isir l-intervent strutturali li hemm bżonn. "Illum il-Gvern qiegħed iniedi inkjesta sabiex jiġu stabbiliti bi preċiżjoni l-fatti kollha li wasslu għal din is-sitwazzjoni. Skont ir-riżultat tal-Inkjesta, il-Gvern imbagħad jikkonsidra x'tip ta' proċeduri ċivili jew kriminali jista' jibda kontra min seta' kellu xi tip ta' responsabilità." Il-Ministru Farrugia qal li filwaqt li l-Gvern mhuwiex legalment marbut li jerfa' l-ispiża ta' dawn l-interventi, minflok kines il-problema taħt it-tapit kif għamlet l-amministrazzjoni ta' qabel, il-Gvern iħoss li għandu obbligu morali li jkun spalla ma' spalla ma' kull wieħed mit-80 residenti ta' din il-binja. Qal li l-indikazzjonijet huma li l-ispiża mistennija tilħaq €2.5 miljun. Temm jgħid li l-Awtorità tad-Djar hija nfurmata wkoll illi hemm allegazzjonijiet oħrajn fuq binjiet oħra tagħha u għaldaqstant din l-inkjesta sejra tiġi estiża wkoll fuq dawn il-binjiet. "L-MFA lanqas biss darba waħda ma indikawlna xi partiti suspettati"