Illum previous editions

illum 21 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/530460

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Ġunju 2015 | illum 5 "PERMEZZ tal-Family Business Act, Malta ser tkun l-ewwel Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li se jkollu liġi formali li tindirizza speċifikament in-negozju tal-familja." Dan qalu l-Ministru għall- Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Chris Cardona meta indirizza Business Breakfast organizzat mill-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija u l-Ministeru għall- Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar dwar l-Att dwar in-Negozju tal- Familja, bil-għan li tingħata informazzjoni lin-negozji tal-familja f 'Għawdex dwar wieħed mill-aktar atti legiżlattivi innovattivi li pajjiżna qatt fassal. Il-Ministru Cardona qal li x-xogħol preparatorju fuq dan l-abbozz huwa lest, imiss issa li tkun ippubblikata whitepaper ħalli fiż-żmien li ġej, jiġi ppreżentat fil-parlament dan l-ewwel abbozz ta' liġi li jirregola n-negozju tal- familja. L-għan aħħari ta' din il-liġi huwa li tindirizza l-ostakli u l-problemi li jiltaqgħu magħhom dawk li joperaw negozju tal-familja, speċjalment f 'sitwazzjonijiet fejn membri tal-familja jiġu biex jittrasferixxu n-negozju bejniethom u minn ġenerazzjoni għall-oħra. Cardona spjega r-raġuni għala l-Gvern ħass il-ħtieġa li pajjiżna jkollu liġi li tindirizza speċifikament in-negozji tal-familja. Qal li huwa fatt li madwar 75% tan-negozji f 'Malta huma tal-familji jew huma kkontrollati minnhom, fejn maġġoranza sostanzjali minnhom jgħaddu għat- tieni ġenerazzjoni. Iżda fit-tranżizzjoni mill-ewwel għat-tieni ġenerazzjoni, tletin fil-mija biss minnhom jirnexxu. Min-naħa l-oħra, inqas minn għaxra fil-mija jaslu sat-tielet ġenerazzjoni. "Għalhekk l-Gvern ried li jkun hemm qafas legali li fuqu l-membri ta' negozji tal-familja jkunu jistgħu jippjanaw u jaffetwaw it- transferiment tan-negozju tagħhom" qal il-Ministru Cardona. Din il-liġi ser tinkludi wkoll definizzjoni ċara ta' x'inhu negozju tal-familja ħalli ma jkunx hemm lok għall-abbuż. Dan huwa fatt importanti meta wieħed jikkunsidra li din il-liġi hija wkoll maħsuba biex kull negozju tal-familja reġistrat taħt dan l-Att, ikun eliġibbli għall-inċentivi li huma maħsuba biex ikunu adattati speċifikament għall-bżonnijiet tan-negozji tal-familja. Lejn liġi formali li tindirizza speċifikament in-negozju tal-familja @reportermalta reporterontvm Għada t-Tnejn fid-8.40pm fuq TVM2, b'ripetizzjoni fuq TVM fl-9.45pm REPORTER jiddiskuti l-BELT VALLETTA Waqt il-Business Breakfast

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 June 2015