Illum previous editions

illum 21 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/530460

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

6 illum | Il-Ħadd 21 ta' Ġunju 2015 Trasport Pubbliku Malta Tagħna Lkoll inbidlet f 'Malta Tagħhom Biss – Simon Busuttil "FILPAJJIŻ, teżisti korruzzjoni istituzzjonalizzata b'numru kbir ta' irregolaritajiet li jitħallew għaddejjin bil-barka tal-Gvern. Fost l-oħrajn hemm il-każ tal- mara tal-Ministru Konrad Mizzi li qed titħallas €13,000 fix-xahar u ntgħażlet biss għaliex hija l-mara tal- Ministru, mingħajr sejħa. F'sentejn, l-għajta ta' Malta Tagħna Lkoll inbidlet għal dik ta' Malta Tagħhom Biss." Dan qalu l-Kap tal- Partit Nazzjonalista Simon Busuttil f 'intervista waqt il- programm Għandi Xi Ngħid fuq Radju Malta. Busuttil sostna li l-Oppożizzjoni mhix se tkun intimidata minn dan il-Gvern, anzi l-Oppożizzjoni għandha responsabilità kbira li tikxef l-iskandli u l-korruzzjoni istituzzjonalizzata li teżisti, f 'ġieħ it-trasparenza u l-indafa fil-politika. "Qed jiġru oxxenitajiet li kienu jsiru fis- snin tmenin. Dawn l-affarijiet – jiġifieri korruzzjoni bil-barka tal-Gvern – qatt ma ġraw taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti." Tkellem ukoll dwar ix-xebħ bejn il-klima politika tal- lum u dik tas-snin tmenin u rrefera wkoll għad-deċiżjoni tal-Gvern li jibni fiż-Żonqor. "L-art intgħażlet bil-moħbi u parti minna hija tal-privat. Dan ifisser li xi ħadd mill- privat se jsir sinjur minn fuqna," sostna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Hu qal li l-Partit Laburista qed jagħmel nies multi-miljunarji sempliċiment għaliex għandu obbligu lejhom. Simon Busuttil irrefera wkoll għat-tensjoni li teżisti fil-Parlament, konsegwenza tal-aġir xejn xieraq tal-membri tal-Gvern. "Huwa skandaluż il- mod kif il-membri tal-Gvern, meta jkunu mistoqsija dwar xi ħaġa, jew jinfexxew jgħajru lill-Oppożizzjoni, jew jitkellmu bi kliem mhux xieraq, tant li fl-aħħar ġimgħatejn, l-Ispeaker kellu jissospendi s-seduta darbtejn." Mistoqsi xi tkun l-ewwel ħaġa li jagħmel bħala Prim Ministru, Simon Busuttil qal li jbiddel il-Kodiċi tal-Etika biex ikun wieħed sura ta' nies li jgħolli l-istandards tal-Ministri u l-imġieba tagħhom. Ħabbar ukoll li l-Partit Nazzjonalista se jkun qed iniedi sett ta' proposti li bihom, titnaddaf il-politika f 'pajjiżna. "In-nies irridhom ikunu jafu fejn qegħdin miegħi fuq trasparenza u meritokrazija." Mil-lum jibdew ir-rotot il-ġodda f 'Għawdex HEKK kif bħalissa għaddejja l-kampanja ta' informazzjoni mill-operatur tat-trasport pubbliku rigward is-servizz tat- trasport pubbliku, tħabbret it-tnedija tar-rotot il-ġodda tat-trasport pubbliku f 'Għawdex. Dawn ir-rotot, li f 'Għawdex bdew mil-lum 21 ta' Ġunju, qed jidħlu gradwalment sabiex jilħqu jindraw mill-pubbliku. Ir-rotot il-ġodda huma riżultat ta' diversi laqgħat u konsultazzjonijet li saru kemm mal-pubbliku kif ukoll mal-Kunsilli Lokali. Fuq kollox, dawn il-konsultazzjonijiet saru direttament mal-poplu Malti u Għawdxi li juża s-servizz. It-tibdil li ġie inkluż fir- rotot ta' Għawdex jinkludi żieda annwali ta' 96,403 kilometri fis-sena, kif ukoll żieda ta' 4 karozzi tal-linja mal-10 li hemm illum. B'hekk is-servizz il-ġdid issa se jopera b'14 il-vettura, tibdil jew estensjoni ta' 6 rotot eżistenti u żieda fil-frekwenza jew tibdil fil-ħinijiet ta' 8 rotot. Kien hemm ukoll żieda ta' 34 bus stop ġdida, sabiex b'hekk in-numru ta' bus stops f 'Għawdex jitla' għal 335. Il-Ministru Joe Mizzi qal li r-rotot il-ġodda bdew minn Għawdex għax jemmen li s-servizz tal-linja f 'Għawdex permezz ta' dawn it-tibdiliet se jkompli jissaħħaħ, u l-poplu Għawdxi u t-turisti li jżuruh se jkunu moqdijin aktar minn qatt qabel issa li beda dieħel is-sajf. Bħala parti mill-kampanja ta' informazzjoni, Transport Malta qed tqassam ktejjeb ta' informazzjoni fid-djar Għawdxin kollha sabiex tispjega t-tibdiliet li saru, u li jinkludi wkoll lista tar-rotot u l-iskedi kollha. AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 June 2015