Illum previous editions

illum 21 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/530460

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

META kienet qed tindirizza laqgħa pubblika bit-tema "Imsieħba fil-Ħajja Pubblika - Tmexxija Ekwa bejn Nisa u Rġiel" imtellgħa minn NL, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijijet tal- Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli qalet li l-gvern hu impenjat li jkompli jaħdem favur aktar ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u biex tiżdied il- parteċipazzjoni tan-nisa f 'pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet. Il-Ministru tkellmet fuq laqgħa tal-EPSCO li għadha ġejja lura minnha, fejn il- Ministri tal-Ugwaljanza tal-pajjiżi membri tal-UE ddiskutew flimkien mal- Kummissarju Jurova temi ta' xogħol li jrid isir biex verament ikollna soċjetajiet fejn ikun hemm il-ġustizzja u l-ugwaljanza. Waqt il-laqgħa organizzata minn NL, il-Ministru Dalli semmiet kif fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li saru f 'Mejju tas-sena li għaddiet saret kisba sinifikanti f 'dak li għandu x'jaqsam ma' bilanċ bejn is-sessi hekk kif ir-rappreżentanza tan- nisa ssaħħet b'erba' nisa (67%) u żewġt irġiel (33%) li kienu eletti fil-Parlament Ewropew. Kienet irreġistrata wkoll żieda ta' 1.22% fin-numru ta' nisa eletti fl- elezzjonijiet tal-kunsilli lokali ta' Mejju li għadda meta mqabbel mal-2012. Dalli semmiet bosta miżuri li introduċa l-gvern fl-aħħar sentejn bil-għan li jsaħħaħ l-ugwaljanza ta' persuni li għandhom responsabilitajiet familjari, fosthom childcare bla ħlas għall-ġenituri li għandhom impjieg jew li qed jistudjaw u servizzi ta' childcare qabel il-ħinijiet tal-ftuħ tal-iskejjel kif ukoll wara li jispiċċaw l-iskejjel. Dawn il-miżuri jipprovdu strutturi ta' appoġġ għall-ġenituri biex dawn ikunu jistgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol jew jibqgħu fl- impjieg tagħhom kif ukoll biex javvanzaw fil-karrieri tagħhom. Semmiet ukoll il-fond tal- maternità li se jgħin biex ma jkunx hemm diskriminazzjoni kontra n-nisa tal-età li jista' jkollhom it-tfal, meta dawn jiġu għall-impjieg. Il-Ministru semmiet kif il- Kummissjoni Nazzjonali għall- Promozzjoni tal-Ugwaljanza bħalissa qed taħdem fuq numru ta' inizjattivi biex aktar nisa jipparteċipaw f 'pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet u ta' tmexxija. Fost l-oħrajn semmiet id-Direttorju ta' Nisa Professjonisti li qiegħed online fuq il-website tal-NCPE u li għandu l-għan li jagħti aktar viżibbilità lin-nisa professjonisti u l-kompetenzi tagħhom f 'diversi oqsma. Bħalissa hemm 113-il mara li diġà jinsabu f 'dan id-direttorju, filwaqt li hemm oħrajn li r-reġistrazzjoni tagħhom qed tiġi pproċessata. Qalet li dawn il-miżuri qed jgħinu biex ikun hemm ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fit-tmexxija u fit-teħid ta' deċiżjonijiet, inkluż fil-qasam politiku. Min-naħa tagħha l-President ta' NL Claudette Abela Baldacchino semmiet kif filwaqt li rridu naraw li jkollna nisa b'esperjenza, irridu noffru l-għodda biex jersqu lejna aktar nisa żgħażagħ li bl-ideat friski u ġodda tagħhom jistgħu jwasslu għal bidla fil-kultura u l-mentalità li għadhom predominanti fis-socjetà tagħna. Qalet li l-familja hija l-aktar fattur importanti għan- nisa, filwaqt li l-familja u l-ħin huma l-akbar kontributuri li qed iwasslu lin-nisa biex jibqgħu 'l bogħod mill-ħajja pubblika u politika. "Bħala NL ninsabu konvinti li bl-inizjattivi li qed idaħħal il-gvern żgur li fiż-żmien li ġej ser ikollna riżultati aktar pożittivi fuq medda ta' tul ta' snin," qalet Abela Baldacchino. Temmet tgħid li rridu niftakru f 'dawk li qed iduru bl-anzjani - ġenituri tagħhom fi djarhom. "Dan huwa wkoll element ta' familja u f 'soċjetà li qiegħda dejjem tikber fl-età rridu naraw li dawn in-nies ma jkunux esklużi mill-parteċipazzjoni fil-ħajja pubblika." Il-Ħadd 21 ta' Ġunju 2015 | illum 7 Il-gvern hu impenjat li jkompli jaħdem favur aktar ugwaljanza Pożittivi għall-proġett fil- pjazza ta' Raħal Ġdid ILPROĠETT tal-pjazza f 'Raħal Ġdid intlaqa' b'mod pożittiv ħafna mir- residenti tal-lokal kif ukoll minn negozji fiż-żona. Dan qalu iċ-Ċermen tal- Kunsill Konsultattiv għan- Nofsinhar ta' Malta Silvio Parnis li fakkar ukoll kif fl-aħħar ġimgħat il-Kunsill kien involut f 'eżerċizzju ta' konsultazzjoni li minnu ħareġ sentiment mill-aktar pożittiv dwar Gvern li qiegħed jaħdem għan-naħa t'isfel tal-pajjiż. Parnis qal li l-proġett jidher li ntlaqa' tajjeb ħafna għaliex se jkun ifisser titjib infrastrutturali u tisbieħ li għandu jkun ta' benefiċċju għan-nies li jmorru jixtru f 'Raħal Ġdid, minħabba li jkunu jistgħu jieqfu għal ftit ħin u jirrilassaw f 'din il-pjazza. Il-proġett se jkun ukoll ta' benefiċċju minħabba li se jservi ta' pulmun f 'waħda mill-aktar żoni traffikużi fil-pajjiż. F'dawn il-laqgħat ta' konsultazzjoni pparteċipaw fihom l-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid, il-GRTU, residenti u l-operaturi kummerċjali li lkoll kellhom l-opportunita' li jagħtu l-ideat tagħhom. Dan il-proġett huwa biss wieħed minn katina ta' proġetti li huma ppjanati li jsiru fix-xhur u snin li ġejjin fosthom dak ta' ċentru tas- Saħħa fl-eks grawnd ta' Pace Grasso, fejn hemm ippjanat li jsir bini ta' ċentru tas-saħħa tal-aqwa kwalità b'faċilitajiet oħrajn madwaru. Apparti dan, ftit xhur ilu ngħalqet il- Power Station tal-Marsa u fil- ġranet li ġejjin bdiet tiżżarma l-ewwel ċumnija filwaqt li għaddejjin diskussjonijiet finali biex isir proġett li mistenni joħloq numru konsiderevoli ta' impjiegi fis- sit tal-eks shipbuilding. Waqt il-laqgħa pubblika Il-pjan għall-Pjazza ta' Raħal Ġdid

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 June 2015