Illum previous editions

illum 21 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/530460

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Ġunju 2015 | illum 33 SPORTSillum MALTA se tieħu sehem fil-Kampjonati Mondjali tal-Pool li se jsiru ġewwa Blackpool, l-Ingilterra, bejn il-illum u l-1 ta' Lulju. Il-Malta Pool Association se tibgħat erba' timijiet f 'dawn il-kampjonati fil-kategoriji tal-irġiel, Under 18s, Under 23s u Over 50s. Bħal kull sena l-assoċjazzjoni tibgħat l-akbar kontinġent Malti jikkompeti f 'Kampjonati Mondjali tal-Pool. It-tim tal-irġiel se jkun magħmul minn Ray Caruana, Wayne Bonnici, Anton Cuschieri, Antoine Aquilina, Duncan Pisani, Johann Attard u Chris Mills. It-tim taż-żgħażagħ ta' taħt it-18-il sena se jkun kompost minn Scott Muscat, Steve Muscat, Christ Zaffarese, Dejan Grech, Owen Amato u Wayne Farrugia. It-tim taż-żgħażagħ ta' taħt it-23 sena, li huma ċ-champions renjanti Ewropej, jinkludi lil Dylan Cassar, Ryan Falzon, Ryan Pisani u Troy Zammit filwaqt li t-tim tal-Over 50s ser magħmul minn Brian Grech, Tonio Mifsud, Marcel Micallef u Alfred Attard. Il-plejer żagħżugħa Alexia Cassano se tieħu sehem fil-Kampjonati individwali femminili. Carmel Cilia se jkun il- manager tat-tim tal-irġiel. Pasquale Sciberras se jmexxi t-tim tal-Under 18s, Saviour Mifsud se jmexxi t-timijiet tal-Under 23s filwaqt li Marcel Micallef se jkun il- captain tat-tim tal-Over 50s. F'dawn il-Kampjonati, se jieħdu sehem 12-il pajjiż li huma Malta, l-Ingilterra, l-Irlanda, l-Iskozja, l-Irlanda ta' Fuq, Wales, Franza, l-Afrika t'Isfel, Awstralja, Indja, Mauritius u l-Marokk. Barra l-kampjonati tat- timijiet kull plejer se jkun impenjat fil-kampjonati individwali mondjali, kif ukoll f 'tournament prestiġjuż imsejjaħ World Masters Tournament. Vincent Degiorgio, segretarju tal-Malta Pool Association kif ukoll teżorier tal-World Eight Ball Pool Federation, se jkun l-uffiċjal inkarigat mill-kontinġent Malti. Ir-riżultati kollha tal- kampjonati jistgħu jiġu segwiti fuq is-sit tal-assoċjazzjoni www. maltapoolassociation. com jew fuq il-paġna ta' Facebook tal-assoċjazzjoni. Sadanittant l-assoċjazzjoni qiegħda tilqa' applikazzjonijiet ta' timijiet ġodda għall-istaġun li ġej. Dawk kollha interessati jistgħu iċemplu lis- segretarju tal-assoċjazzjoni, Vincent Degiorgio, fuq 79499117. FILJIEM li għaddew, saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Futsal Malta Association fil-Padiljun Sportiv ta' Kordin fejn ingħata rendikont kemm amministrattiv kif ukoll finanzjarju fuq l-istaġun li għadu kemm spiċċa kif ukoll xi miri futuri li għandha din l-assoċjazzjoni. Il-President tal-Futsal Malta Association, il- Perit Mark Borg, stqarr kemm dan l-istaġun kien impenjattiv sabiex ħareġ l-aspett pożittiv tiegħu. Hu fisser kemm kien importanti s-sottokumitat li flimkien mal- assoċjazzjoni ħadmu qatigħ sabiex joħorġu regoli ċari. Bil-kunsill il-ġdid inħoloq lig bilanċjat u eċitanti bi klabbs partikolari jiġġieldu għall-unuri finali sabiex fl-aħħarnett Luxol rebħu l-Kampjonat. Semma' kif is-sistema ta' karti tal-identità għal plejers u uffiċjali kif ukoll il-korsijiet kontinwi li qed isiru tejbu aktar il-livell organizattiv tal-logħba. Waħda mill-isfidi prinċipali li qed timmira għaliha l-FMA hija li jkollha faċilitajiet għaliha fejn ikunu jistgħu jiġu organizzati l-kompetizzjonijiet kollha fi ħdanha. Ittieħdu xi voti wkoll fuq xi emendi prinċipalment fuq il-limitu ta' plejers barranin fil-court li se jkunu tnejn jilagħbu fl- istess ħin. Hu rringrazzja lill- isponsors kollha tal- għajnuna li taw lill- assoċjazzjoni. Fl-aħħarnett tqassmu xi trofej fejn Swieqi Utd u Siġġiewi FC rebħu l-Fair Play Award għal Kampjonat Premier u l-Ewwel Diviżjoni rispettivament. Celino Alves rebaħ il-plejer tas-Sena fil- Kampjonat Premier waqt li Zvezdan Vukovic ġie rikonoxxut bħala l-aqwa plejer tal-Ewwel Diviżjoni. B'hekk jintemm uffiċjalment staġun ieħor amministrattiv tal-Futsal lokali bl-FMA diġà bdiet taħdem sabiex tkompli ttejjeb dejjem aktar il-livell tal-logħba f 'pajjiżna. Malta se tieħu sehem l- Kampjonati Mondjali tal-Pool Sena ta' ħidma mill-FMA diskussa fil-Laqgħa Ġenerali Annwali It-tim tal-irġiel tat-tim nazzjonali Malti li se jkun qed jieħu sehem fil-World Eight Ball Pool Championships li se jsiru fi Blackpool, l-Ingilterra Il-President tal-FMA, il-Perit Mark Borg, jindi- rizza lil dawk preżenti waqt l-AGM tal-FMA Ritratt: Joe Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 June 2015