Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/530460
18 illum | Il-Ħadd 21 ta' Ġunju 2015 L -istazzjon nazzjonali dam aktar minn xahar biex ifakkar kif jixraq lill- Arcisqof assassinat ta' El Salvador, Oscar Romero. Imma fil-bidu ta' Ġunju TVM2 wassal servizz tal-Vatican News, program ta' aħbarijiet diversi mid-dinja Kattolika. Matul il-gwerra ċivili f 'El Salvador bejn 1980-1992 Romero kien wiegħed li se jibqa' mal-poplu tiegħu, anki jekk ikun torturat u maqtul. Ippriedka kontinwament il- ġustizzja, minkejja t-theddid kollu li kien isirlu mill-forzi politici tal-lemin. Romero kien inqatel bi sparatura meta kien qed iqaddes f 'kappella ta' sptar fl-1980. Il-qattiel qatt ma nstab. Baqa' ikona ħajja għall-poplu tiegħu u ghall-Knisja Kattolika. L-istess edizzjoni ta' Vatican News esponiet ukoll il-forom ġodda ta' skjavitù ta' żmienna, mill-esplojtazzjoni tal- immigranti sal-abbuzi sesswali fuq in-nisa. L-NGOs tal-Knisja, mill-Ingilterra sal-Amerika Nordika, qed jingħaqdu taħt il- kappa tal-Vatikan biex jiġġieldu kontra dawn l-abbużi. Servizz ieħor wera kemm qed taħdem il-Forza Navali Taljana fis-salvataġġ, bl-elikotteri u l-frejgati, biex issalva lill- immigranti mill-baħar. Il-Papa Bergoglio ta' spiss ifaħħar lill-Marina Militari Taljana għal kif qed issalva lin-nies inkondizzjonament. Investigazzjoni dwar x'qed nieklu Wieħed mill-programmi ta' valur li juri l-istazzjon nazzjonali hu Ninvestigaw x'qed nieklu li tippreżenta Jackie Mercieca bl-għajnuna tad-Dipartiment tal-Kimika tal-Università ta' Malta. Il-Maltin huma konxji dwar x'qed jieklu? Fil-verità, trawmu f 'kultura tal-ikel jew baqgħu jaħilfu fuq il-borma tradizzjonali? Illum, li l-affarijiet inbidlu u bil-prodotti manifatturati bil-lest, hemm tagħrif biżżejjed dwar x'qed jikkunsmaw il-Maltin ta' żmienna? Finanzjarjament, tiflaħ tħallas biex tgħix b'dieta tajba? Analizzati wkoll fil- programm imsemmi hemm dettalji xjentifiċi, bħar- relazzjoni bejn in-nitrati u mard serju bhall-kanċer. X'inhu l-effett ta' laħmijiet proċessati (corned beef, luncheon meat, bacon, fost oħrajn) fuq il-gisem, l-aktar meta tqis kemm huma reklamati fil-media dawn il- prodotti? Hemm ukoll aspetti oħra ta' ħsara għal saħħitna, bħall-bexx. Int mingħalik qed tiekol il-frisk, u fil-fatt tkun qed tinġestja l-veleni. Żgur li investigazzjonijiet bħal dawn fi program bħal dak ta' Mercieca huma ta' importanza kbira u kampanja qawwija għandha tkun varata fl-iskejjel. TVM daħal għal skeda ta' utilità kbira. Telimina l-banalità u toħloq spazju għal temi vitali dwar il-ħajja taċ- ċittadini. Id-droga: Rapport Ewropew 2015 F'Lisbona kien ippubblikat rapport dwar ix-xejriet u l-iżviluppi fus-suq Ewropew tad-droga. Indika xejriet f 'dawn l-aħħar 20 sena fejn jidħol monitoraġġ. Bħalissa fil-pajjiżi tal-UE hemm 19.3 miljun persuna bejn il-15 u l-64 sena li jieħdu xi forma ta' droga. Ir-rapport annwali juri l-influwenza globali u r-ramifikazzjonijiet tat-teħid tad-droga. F'Malta teżisti l-problema tal- kannabis, l-aktar droga illegali kkunsmata. Imbagħad tiġi l-eroina: Malta tinsab fit-tieni post tal-konsum tagħha. Skont Mons. Victor Grech, il-Caritas (Malta) issa qed tara anki tfal ta' 11/ 12 –il sena li digà kkonsmaw id-droga. Il-media soċjali flimkien mal-apps għandhom rwol attiv fis-suq tad-droga, direttament għax-xiri u l-bejgħ, kif ukoll indirettament għar-reklamar, għall-informazzjoni tal- opinjoni jew ghat-tixrid tal- esperjenza. Anki programmi medjatici "ta' rieda tajba" jistgħu qed ikunu jistimulaw il-kurzità. Qed tiżdied id-droga sintetika. Sal-lum, l-EU Early Warning System (EWS) identifikat aktar minn 130 tip ta' droga manifatturata sintetikament, li ħadd ma jaf eżatt biex inhuma mħalltin u li jistgħu ikunu fatali. Sadanittant fl-2014 fl-UE kienu identifikati żewġ drogi ġodda kull ġimgħa li jinbiegħu bhala legal highs. Hi ħaġa magħrufa li l-internet u l-media soċjali qed iservu ta' suq virtwali għall-bejgħ tad-droga. F'Malta hemm identifikati 7.5 każi ta' abbuż bl-eroina għal kull 1,000 persuna. Numru qawwi li jħabbatha mal- istatistika li ħarġet miċ-Ċentru ta' Moniteraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi (EMCDDA) għall-2014. MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI ROMERO FUQ L-ISTAZZJON NAZZJONALI AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT Qed tiżdied id-droga sintetika