Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/530460
CHRISTA BOFFA Minfejn bdiet il-ħajra għall-kant? X'kienet l-ewwel esperjenza tiegħek? Il-ħajra għall-kant bdiet meta jiena kelli ħames snin. Minn dejjem kont inħobb insegwi programmi televiżivi dwar mużika, kont rajt kor partikolari ikanta u kont staqsejt lill-ġenituri biex nibda inkanta. Minn dakinhar 'l hawn bqajna flimkien dejjem inħarsu 'l quddiem. Nafu wkoll li tħobb ħafna l-produzzjonijiet teatrali. X'inhu l-musical favorit tiegħek? Hekk hu id-drama hija ukoll ħaġa milli nħobb nagħmel, l-iżjed musical favorit tiegħi huwa ' The Lion King' Liema taħseb li kien l-aktar mument eċitanti fil- karriera tiegħek? Għaliex, x'ħassejt? L-iktar mument eċitanti kien, meta ħadt sehem fl-ewwel festival tiegħi barra minn Malta, kantant quddiem udjenza numeruża, kien sar fil-Kapitali Eġizzjana, Kajr fejn ukoll klassifikajt il-ħames minn mitejn kontestant. Liema kienet l-aktar parti diffiċli li qatt kellek tirrexta? L-iktar irwol diffiċli tiegħi kien fi D.R.E.A.M.S kelli karattru ta' bully Letizia, kienet taġixxi b'dak il-mod għax ukoll kellha diffikultà fil-ħajja tagħha ta' kuljum, l-aktar mal-ħbieb u mill- ambjent tad-dar li kienet tgħix fih kuljum. Kien karattru li kien joffrili sfida kull darba li nilbes il-ħajja tiegħu għax kien kompletamednt differenti mill-karattru tiegħi fil-ħajja personali tiegħi. X'tagħmel aktar fil-ħajja? X'passatempi għandek? F'dan il-mument qiegħda fit-tieni sena fl-istudji tiegħi fl-Univesità ta' Malta fil- Baċellerat tal-Arti fil-Malti u l-Psikoloġija. Passatempi oħra huma l-qari, iċ- ċinematografija u d-daqq tal-pjanu fejn ukoll wasalt fis-sitt grad taħt il-London College of Music. X'tixtieq tagħmel la tikber? Tixtieq iżżomm il-kant bħala passatemp jew tixtieq li jsir il-full time tiegħek? Fil-ħajja qed naspira biex insir għalliema jew inkella xi xogħol li jinvolvi t-tfal u l-interazzjoni man-nies. Naħseb hawn Malta hija diffiċli biex iżżomm il-kant bħala full-time, però il-kant dejjem kien u ser jibqa' parti minn ħajti. Nieħdu bis- serjetà ħafna u għaldaqstant xorta waħda ma nistax nassoċċjah mal-kategorija tal-passatempi għax il- mużika hija xi ħaġa li tgħini fil-ħajja ta' kuljum Kantanti favoriti tiegħek? Il-kantanti favoriti tiegħi huma Jessie J u Beyonce X'kien l-aħjar parir li qatt ingħatajt? "Fil-ħajja ser issib diversi ostakli, aħdem, stinka, studja u bil-mod u bi ftit sagrifiċċju tasal, żomm f 'moħħok biss li meta tasal qatt tħalli dan jimlilek rasek u kompli dejjem aħdem biex tkompli tikseb suċċess li jkun sar bil- ħila tiegħek" diskor li qaluli Frans Baldacchino il-Budaj Kemm hu importanti li tqassam il-ħin tiegħek tajjeb? Kif jirnexxielek? Li tqassam il-ħin bil-ħajja tal-lum hija xi ħaġa kemxejn diffiċli , trid iżżomm f 'moħħok li f 'ġurnata irrid ikollok ftit ħin għal kollox, għall-istudju, biex tirilassa ftit u l-bqija. Importanti li wkoll insibu ftit ħin għall- familja. Jiena jirnexxieli għax drajt biex ngħid hekk b'din ir-runtina minn mindu kont żgħira, u għalhekk insibha ftit inqas diffiċli għalkemm xorta mhux dejjem jirnexxieli Jidher li sifirt ukoll ħafna biex tkun tista' tkanta barra - liem kien l-aktar post favorit tiegħek? Għaliex? L-iktar post favorit kien l-Eġittu, pajjiż b'kultura differenti ħafna. Dik hija waħda mill-affarijiet li nħobb – inħobb nara u nosserva meta nsiefer. Il-familja u l-ħbieb xi jfissru għalik? Ifissru kollox. Meta tiġi bżonn xi ħaġa u ssib fuq min iddur għal xi parir u ssib min inaqqaslek ftit mill-piż ta' sitwazzjoni tħossok ferm aħjar. Meta ikollok ma' min taqsam l-esperjenzi sbieħ u koroh u taf li dejjem għandek lil xi hadd warajk li tgħaddi minn xiex tgħaddi dejjem lest li jisimgħak u jgħinek. Naħseb m'hemmx rigal aqwa minn dan. Fuqiex qed taħdem għall-futur bħala mużika? Għandek xi proġetti ġodda? Fil-futur bla dubju hemm iktar festivals, lokali u barranin, li qegħdin naħdmu għalihom. Iktar xogħol teatrali fejn jidħol palk u musicals. Bħalissa wkoll, ħmistax oħra, ser inkompli l-avventura tiegħi f 'Una Stella Sta Nascendo programm Taljan fejn wasalt fl-aħħar fażi finali. Ħames Minuti ma' Cherylis Ħames Minuti Stilla Maltija fuq il-programm Taljan Una Stella Sta Nascen- do – u ħajja mimlija mużika, safar u reċtar 24 illum | Il-Ħadd 21 ta' Ġunju 2015 Cherylis se tidħol fl-aħħar fażi ta' Una Stella Sta Nascendo Ritratt: Kurt Paris