Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/530460
Il-Ħadd 21 ta' Ġunju 2015 | illum 25 Esibizzjoni tal-arti retrospettiva L-iskola Primarja tal-Isla tagħti merħba lit-Tenur Malti ILBANK of Valletta inawgura uffiċjalment it-23 minn sensiela ta' esibizzjonijiet retrospettivi tal-arti. Din l-esibizzjoni turi x-xogħlijiet tal-artista kontemporanja Debbie Caruana Dingli. Sebgħa u tletin biċċa xogħol tal-arti jinsabu esposti matul it-triq interna tal-Head Office tal-Bank of Valletta li ġie trasformat f 'gallarija tal- arti għall-ħames ġimgħat li ġejjin. L-esibizzjoni kienet inawgurata uffiċjalment mill-Eċċellenza Tagħha Il-President ta' Malta Marie Louise Coleiro Preca. Hija faħħret l-artista għat-teknika tagħha, li permezz tagħha hija jirnexxilha tesprimi ruħha b'tant elokwenza, fil-pitturi, tpinġijiet u cartoons. Waqt li kien qed jindirizza l-mistednin, iċ-ċerman tal-BOV John Cassar White spjega li, "l-arti kontemporanja hija parti integrali mill-identità u l-kultura tagħna. Dawn l-artisti qed ikomplu jagħtu l-kontribut lejn il-patrimonju artistiku tagħna, filwaqt li jagħmlu isem għal Malta barra minn xtutna." Dwar l-irwol tal-bank, huwa qal li, "Huwa ta' sodisfazzjon kbir għalija nara li dawn l-esibizzjonijiet naqxu isimhom fuq il- kalendarju artistiku ta' pajjiżna, u li l-katalgi nfushom li jakkumpanjaw kull esibizzjoni llum huma punt ta' riferiment għal kritiċi tal-arti u għal dawk kollha li jħobbu l-arti f 'pajjiżna." L-esibizzjoni tkopri perjodu ta' tletin sena fil-karriera artistika ta' Caruana Dingli. Ix-xogħlijiet esibiti jinkludu portraits, cartoons u xeni eżegwiti bil-watercolours u biż-żejt. Permezz tal- karikaturi, xi kultant b'laqta umoristika, l-artista titratta suġġetti mqanqla u d-drama fil-ħajja ta' kuljum tas-soċjetà tagħna. Paradossalment, huma dawn ix-xogħlijiet li jikxfu l-lat l-aktar serju u fl-istess waqt vulnerabbli fil- persona ta' Debbie Caruana Dingli. FOST l-għanijiet tagħha, il-Fondazzjoni BOV Joseph Calleja għandha l-impenn li tippromwovi l-arti u l-kultura fost it-tfal. Għalhekk Joseph Calleja żar lit-tfal li jattendu l-Iskola Primarja tal-Isla. Il-130 student tal-iskola, flimkien mal-għalliema u l-ġenituri tagħhom taw merħba sabiħa lit-Tenur Malti, li deher tassew komdu jwieġeb il-ħafna mistoqsijiet ta' kull xorta li għamlulu t-tfal. Joseph Calleja ħares lejn din iż-żjara bħala opportunità sabiex jagħti lill-udjenza tiegħu, kemm dik żgħira kif ukoll dik aktar matura, ħarsa ħafifa ta' kif hu trawwem biex illum sar tenur famuż mad-dinja kollha, kif ukoll x'tinvolvi karriera bħal tiegħu. L-artist li għamel isem għalih u għal Malta madwar teatri importanti fuq skala internazzjonali, stqarr li din iż-żjara hija l-ewwel pass sabiex jintlaħaq għan importanti ieħor tal-Fondazzjoni. "Jien nemmen bi sħiħ li l-arti għandha rwol kruċjali fil-kisba ta' edukazzjoni ħolistika. Hija importanti mhux biss għall-valur intrinsiku li l-arti u l-kultura jistgħu jipprovdu fl-iżvilupp tat-tfal, iżda wkoll f 'dak li għandu x'jaqsam mal-kwalitajiet li din kapaċi toffri lil tfal li jaffaċjaw numru ta' problemi fis-skiet fil- ħajja ta' kuljum." Is-Sa Rita Buhagiar, il-Kap tal-Iskola spjegat kif hija taħdem bi sħiħ flimkien mat-tim tagħha sabiex tassigura l-benesseri tat-tfal, filwaqt li tipprova telimina l-istigma riżultat ta' ħafna kunċetti żbaljati marbuta mal-lokalità. Hija spjegat li l-impjegati tal-iskola jaħdmu id f 'id mal-ġenituri, filwaqt li dejjem tħeġġeġ li jkun hemm sens ta' djalogu bil-ħsieb li jitjieb il-livell ta' edukazzjoni li jingħataw it-tfal. "Li tgħid li ninsabu kburin biż-żjara ta' Joseph Calleja fostna kważi mhux biżżejjed biex tesprimi l-importanza ta' dan l-avveniment għalina," hija qalet. "Okkażjoni bħal din iġġib sens ta' komunità, xi ħaġa li l-iskola taħdem ħafna għaliha – il-ġenituri u l-għalliema ħadmu flimkien sabiex preparaw festin żgħir biex b'hekk stajna nagħtu l-aħjar merħba li tixraq lil personalità bħalma huwa Joseph Calleja." Filwaqt li tkellmet fuq it-tfal, is-Sa Buhagiar qablet li żjara bħal din żgur ser tħalli impatt pożittiv fuq il-kunfidenza fit-tfal. "Fl-istess ħin, dan l-avveniment jiftaħ tieqa fuq dinja eċitanti li bla dubju hija xi ħaġa ġdida għal ħafna. Li tiltaqa' mill-viċin u b'mod personali ma' artist daqstant stabbilit, filwaqt li tisimgħu jirrakkonta l-istejjer mid-dinja tal-arti, tqarreb lil dawn it-tfal lejn din id-dinja meraviljuża, dinja li qabel lanqas biss kienu jafu biha." Imwaqqfa sentejn ilu, il- Fondazzjoni BOV Joseph Calleja għandha l-għan li tagħti sapport lil persuni żgħar b'talent sabiex jirrealizzaw il-potenzjal kollu tagħhom fil-qasam tal-arti, filwaqt li tipprovdi assistenza lil tfal żvantaġġati li ċ-ċirkostanzi tagħhom ma humiex moqdija minn programmi oħra ta' appoġġ soċjali. Waqt l-inawgurazzjoni uffiċjali Joseph Calleja deher komdu jwieġeb il-mistoqsijiet tat-tfal