Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/530460
Il-Ħadd 21 ta' Ġunju 2015 | illum 9 kartolini, ingravajjet u kalzetti biss tal-pipi tat-tabakk, u rigali oħra tipiċi li jingħataw lill- missirijiet. Sal-1938 kellha l-appoġġ tal-Kunsill għal Jum il-Missier li ried isaħħaħ il-promozzjoni kummerċjali. Mhux ta' b'xejn li għall-bidu l-Amerikani rrifjutaw li jiċċelebraw jum hekk, hekk kif rawh biss skuża oħra biex isir qligħ kummerċjali – b'gazzetti ta' spiss jgħaddu botti u ċajt fuq dan kollu. Wara xi ftit kontroversji, u ħafna aktar snin, il-President Richard Nixon iffirma l-liġi fl-1972 biex it-tielet Ħadd ta' Ġunju jiġi ddedikat lill-missierijiet. Ċelebrazzjonijiet matul is- sena kollha Tista' tgħid li kull xahar hemm nazzjonalità differenti li qed tiċċelebra lill-missirijiet, hekk kif il-jiem li fiha ssir iċ-ċelebrazzjoni tvarja minn pajjiż għall-ieħor. Fil-maġġoranza tal-pajjiżi Kattoliċi, Jum il-Missier jiġi ċċelebrat nhar id-19 ta' Marzu, fil-festa ta' San Ġużepp, fejn imbagħad il-maġġoranza tal-pajjiżi madwar id-dinja jiċċelebrawha magħna. Fost il-pajjiżi li jiċċelebraw dan il-jum f 'San Ġużepp hemm dak ġar tagħna l-Italja, flimkien ma' Spanja u l-Portugall. Jidher li fuq din Malta segwiet lir-Renju Unit, hekk kif dawn huma fost il-ħafna li jiċċelebrawha magħna. Tradizzjonijiet differenti madwar id-dinja Fil-Ġermanja, min ma jiċċelebrax il-fatt li hu missier, jiċċelebra l-fatt li mhuwiex. Dan hekk kif nibtet tradizzjoni bejn ġuvintur ta' aktar minn 16-il sena li jiċċelebraw permezz ta' tradizzjoni li tmur lura sas-seklu 17. Dan jagħmluh billi jmorru mixjiet twal, mgħammra bi speċi ta' karretta li fiha jkollhom kull tip ta' birra, inbid u ikel tradizzjonali. Illum saru jiġu ċċelebrati wkoll fit-toroq tal- ibliet, fosthom dik tal-kapitali Berlin. Min-naħa l-oħra, fit-Taiwan, l-istorja ta' Jum il-Missier hija waħda kemxejn ħelwa. Dan hekk kif dawn jiċċelebraw il-Baba Holiday – li tiġi ċċelebrata fit-tmien ġurnata tat-tmien xahar tas-sena – fit-8 t'Awwissu – kollox għandu x'jaqsam man-numru tmienja. U dan għaliex il- mod ta' kif tiġi pronunċjata l-ekwivalent għal "tmienja" biċ-Ċiniż Mandarin tinstema' ħafna bħal "bà" li tfisser "missier". Fil-Brażil dan il-jum jiġi ċċelebrat fit-tieni Ħadd ta' Awwissu, u b'hekk hija l-iskuża ideali biex iqattgħu dan il-jum flimkien mal- familji tagħhom u jiċċelebraw b'BBQ kbir, imsejħin churrascos – fejn jieklu kull tip ta' laħam – majjal, ċanga, tiġieġ, zalzett. Fir-Rumanija din iċ- ċelebrazzjoni bdiet biss fl-2010, hekk kif kien l-unika pajjiż tal-UE li ma kellux l-ebda tip ta' avvenimenti f 'Jum il-Missier. Wara talba li saret lill-gvern, ir-Rumeni saru jiċċelebraw jum il-missier fit-tieni Ħadd ta' Mejju – fejn fih il-missirijiet fir-Rumanija jqattgħu ġurnata mal-familja għall-kwiet, issa li għandhom opportunità biex jiċċelebraw. Din hija xi ħaġa komuni ħafna f 'pajjiżi tal-eks Unjoni Sovjetika, hekk kif hemm minnhom li kellhom influwenza mill-USSR fuq il-festi pubbliċi. Fil-fatt, per eżempju, il-Latvja fejn dan il- jum beda jiċċelebrat fl-2008. F'pajjiżi kattoliċi bħall- Italja u Spanja, il-jum jintuża wkoll biex jingħata ġieħ lill- missirijiet spiritwali, hekk kif dan il-jum jiġi ċċelebrat fil- festa reliġjuża ta' San Ġużepp. Kartolini, ingravajjet u kalzetti Bħal kważi kull ċelebrazzjoni oħra, Jum il-Missier ta' spiss nisimgħu b'min jikkritikah, fejn jgħidu li din mhi xejn għajr ġurnata biex il-kumpaniji tal-kartolini jistagħnew, u l-missirijiet jaqilgħu ingravata u par kalzetti oħra li mhux ħa jilbsu, ħlief forsi biex jagħlqu ħalq uliedhom. Oħrajn isostnu li fil-ħajja mgħaġġla tal-lum, huwa tajjeb li jkollna tal-anqas ġurnata waħda li fiha nistgħu niftakru u niċċelebraw lill-missirijietna – u li nuru r-ringrazzjament tagħna permezz ta' xi rigal żgħir u kartolina. Aħna min-naħa tagħna nixtiequ nawguraw Jum il- Missier lil dawk il-missirijiet kollha, lil dawk li għad ħa jsiru missirijiet, u lil dawk l-ommijiet li kienu kemm missier kif ukoll omm ta' wliedhom, filwaqt li ma ninsewx ukoll dawk il- missirijiet li ħallew din id- dinja. Dan hu jum li fih bosta jqattgħuh mal-familja kollha