Illum previous editions

ILLUM 26 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1204545

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

17 opinjoni Tliet pilastri għal mudell ekonomiku ġdid G ħal żmien twil tmexxejna minn mudell ekonomiku tradizzjonali li jħares lejn it-tkabbir ekonomi- ku a-skapitù tal-ħarsien ambjen- tali u l-protezzjoni soċjali. Dan rajtu jiġri f 'diversi pajjiżi inkluż ukoll Malta. Il-men- talità li t-tkabbir ekonomiku ma jikkun- sidrax l-ambjent ta' madwarna, il-klima, il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema u l-kwalità tal-ħajja mhijiex politika sostenibbli. Minn hemmhekk tinbet l-idea ta' mudell ekonomiku ġdid li huwa bbażat fuq tliet pilastri ewlenin. It-tkabbir ekonomiku, il- protezzjoni ambjentali u t-tisħiħ tal-qasam soċjali. F'moħħi waħda ma teżistix mingħajr l-oħra u nagħmlu żball jekk nagħtu preċedenza lil pilastru wieħed minn dan il- mudell u nwarrbu għalkollox l-oqsma l-oħra. Dan huwa t-twemmin politiku li jmexxini fil-ħidma tiegħi meta nitkellmu dwar bidla radikali fil-mod kif inkabbru l-ekonomija ta' pajjiż. Jekk mhux se nħarsu l-ambjent tagħna mhux se jkollna industriji x'nipproteġu. Jekk mhux se nsaħħu l-kundizzjonijiet u l-pagi tal-ħaddiema mhux se jkollna riżorsa umana fuq min induru. Huma pjanijiet li jridu jitfasslu fuq tul ta' snin u li jagħtu l-frott tagħhom mal-medda tas-snin. Fil-Parlament Ewropew qed naħdem fuq dan il-kunċett għax nemmen li din hija t-triq li tista' tassigura l-kompetittività tal- industriji, li tista' taċċerta li jkollna ħaddiema li jkunu jistgħu jiġu mħarrġa f 'oqsma differenti, li tista' tgħinna nħarrġu l-istudenti tal-lum għax-xogħol t'għada li jrendilhom u li jżommhom kuntenti. Ifisser li rridu ninvestu ħafna aktar milli qed nagħmlu llum fir-riċerka u l-innovazzjoni. Irridu nigwidaw aktar studenti f 'oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija. Fl-istess ħin irridu nagħtu l-ħiliet kollha neċessarji lil min akkademikament ma jħossux komdu imma għandu ħafna talenti x'jista' juża u li jistgħu jgħinuh jgħix ħajja tajba u komda. Dan kollu jorbot ma' strateġija għal tkabbir sostenibbli fejn noħolqu l-opportunitajiet ekonomiċi, inkomplu nattiraw l-investiment u nipprovdu impjiegi ta' kwalità. Strateġija li għandha tħares lejn tkabbir ekonomiku li jkun maqtugħ għalkollox minn aktar tniġġis fl-arja, aktar użu bla sens tar- riżorsi li għandna u minn aktar ġenerazzjoni ta' skart partikolarment f 'pajjiżna. Biex dan isir hemm bżonn tibdil. Ma nistgħux nibqgħu nħarsu lejn l-ekonomija bil-mod kif għamilna s'issa. Hemm affarijiet li rridu nindirizzaw u jaqblilna li bħala pajjiż nippjanaw għalihom u nindirizzawhom u mhux naħsbu li nistgħu ngħidu 'le' għal dawn l-iżviluppi. Fl-Unjoni Ewropea se nibqa' naħdem biex ikollna aktar industriji nodfa, li ma jniġġsux. Industriji li ma jagħmlux ħsara lill-klima tagħna u lanqas lis-saħħa tan-nies tagħna. Min jagħmel l-aġenda jrid jirrealizza li jekk ikollna setturi li jħammġu anqas se tgawdi n-nies u se jgawdi wkoll il-poplu kollu kemm hu. Biex nagħti eżempju, immaġina li jkollna politika fejn jirnexxilna nnaqqsu t-tniġġis mit-toroq tagħna u mill-ibħra tagħna. Arja aħjar tfisser anqas mard. Tfisser ukoll anqas spiża u piż fuq is-saħħa pubblika. Dawn huma affarijiet li rridu nibdew nikkunsidraw għax jekk ma nagħmlu xejn il- piż mhux se jkun biss soċjali, imma fl-aħħar mill-aħħar anke finanzjarju. Bħalissa qed niltaqa' ma' stakeholders differenti biex niddiskuti magħhom dwar x'qed nissuġġerixxi flimkien ma' kollegi tiegħi fil-Parlament Ewropew biex verament ikollna din il-bidla. Bidla li inizjalment konvinta li se jkun hemm oġġezzjoni għaliha imma li jekk verament naħdmu flimkien nistgħu noħolqu pjan li jgħin lil pajjiż igawdi mill-opportunitajiet li din il-bidla se ġġib magħha. Biex dan isir irid ikun hemm ir-rieda politika u anke l-għarfien li bidla filwaqt li tista' ġġib sfidi magħha, iġġib magħha wkoll bosta opportunitajiet. Jekk niddeċiedu li ma nagħmlu xejn, il-bidla sseħħ xorta imma ma nkunux ippreparati għaliha. Jien nippreferi li nibdew naħsbu għal tul ta' żmien. Fejn irridu li pajjiżna jkun fl-għaxar snin li ġejjin? X'inhi l-viżjoni li għandna u allura kif nistgħu nippreparaw għaliha? Forsi l-akbar nuqqas ta' sistemi politiċi eżistenti huwa l-fatt li għandek gvernijiet li jmorru għal elezzjoni kull erba' jew ħames snin u allura xi kultant nibda nara li l-miżuri short-term jirbħu fuq pjanijiet fit-tul li kull pajjiż, inkluż pajjiżna tant għandu bżonn. Jekk nibdew inħejju ruħna minn issa jfisser li nkunu f 'pożizzjoni fejn nistgħu ninċentivaw dawk l-affarijiet li nemmnu li jistgħu jagħmlu lil pajjiżna aħjar. Fejn naraw li nagħtu l-għajnuna fejn hemm bżonn. Fejn nibdew inħejju lill-ħaddiema tagħna għall- bidliet li jista' jkun hemm. Fejn nindirizzaw l-isfidi, nagħrfu dawk l-isfidi u nħejju għalihom. Din hija l-politika li timlini b'ħeġġa li naħdem aktar. Mill-esperjenza tiegħi, il-mument li nagħrfu sfida, tinduna kemm għandna persuni li għandhom talent biex joħorġu b'ideat innovattivi. Rajtha tiġri meta ħdimna fuq il-leġiżlazzjoni tal-plastik, b'kumpaniji u industriji jingħaqdu flimkien biex joħorġu b'alternattivi differenti. Rajtha wkoll meta ħdimt fuq il-liġi biex innaqqsu t-tniġġis mill-karozzi. Niakar li meta pproponejt din il-liġi kont għidt li sfida ewlenija li rridu nippreparaw għaliha hija l-protezzjoni għall-ħaddiema. Dakinhar kien hemm min irrapporta fuq ġurnali barranin li din kienet ammissjoni ta' problemi kbar. Dik l-ammissjoni iżda tagħti l-għodda biex ninnegozja fond ta' transizzjoni għall-ħaddiema fi ħdan il- liġi stess. Illum nieħu gost li jiġu għandi rappreżentanti tal-ħaddiema jgħiduli li l-miri tat-tnaqqis fit-tniġġis fuq medda ta' snin lilhom tahom serħan il-moħħ għax il- kumpanija taf lejn xiex qed taħdem u huma bħala ħaddiema qed jippreparaw pjan biex il-workforce tagħhom tkun imħarrġa għal sistemi ġodda. Kull deċiżjoni politika għandha tiġbor flimkien it-tkabbir ekonomiku, l-ambjent ta' madwarna u l-protezzjoni tal-ħaddiema tagħna. Waħda ma tmurx mingħajr l-oħra u waħda mhijiex importanti aktar mill- oħra. Jekk jirnexxilna nimxu lejn mudell ekonomiku li jagħti l-istess importanza lit-tlett pilastri li huma, nemmen li nistgħu nimxu 'l quddiem. Kommessa li fil-ġranet u l-ġimgħat li ġejjin inkompli niltaqa' m'aktar stakeholders Maltin u Ewropej biex flimkien niddiskutu x'jistgħu jkunu l-isfidi u naħdmu fuq soluzzjonijiet għal dawk l-isfidi. Spiċċa ż-żmien li niddentifikaw biss il-problema u nieqfu hemm. Flimkien mal- problema rridu naħdmu fuq is-soluzzjonijiet. Dan huwa l-livell li jmiss li se nkompli naħdem għalih. Kull deċiżjoni politika għandha tiġbor flimkien it-tkabbir ekonomiku, l-ambjent ta' madwarna u l-protezzjoni tal-ħaddiema tagħna. Waħda ma tmurx mingħajr l-oħra u waħda mhijiex importanti aktar mill-oħra illum • IL-ĦADD 26 TA' JANNAR 2020 Miriam Dalli hija l-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew Miriam Dalli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 January 2020