Illum previous editions

ILLUM 26 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1204545

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 letteratura IL-ĦADD 26 TA' JANNAR 2020 • illum Bejn gwarniċ u ieħor fi truf il-Essri Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb "of course it's frightening – / a frame of mind that oversteps / all that it meets can't help but be – can it?" Aktarx mhux possibbli trodd f 'xi lsien ieħor dawn l-ewwel versi tal-ġabra Framed tal-poetessa Maria Grech Ganado. Il-Malti jagħtik xi ħaġa hekk: "dażgur li tal-waħx. Burdata li tisboq kulma tiltaqa' miegħu ma tistax tkun mod ieħor, mhux hekk?" Primavista tista' tingħadd b'valida, iżda biss sakemm nintebħu li f 'din l-interpretazzjoni d-double- entendre poetiku frame/frame of mind jintilef. Il-veru każ, bħalma qalilna Robert Frost, li l-poeżija tintilef fit-traduzzjoni. Ibda biex fil-Malti l-kelma frejm tiddenota gwarniċ iżda mhux burdata. L-Ingliż tal-poetessa madankollu hawnhekk jiddenotahom it-tnejn fl-istess nifs, għal t'apposta, sabiex jixħet dawl fuq il-multiċiplità – minn xi daqqiet tkexkex – li tgħaġen il-jien imbiċċeċ ta' Grech Ganado. Għal darb'oħra, mill-ġdid wara l-ġabra Taħt il-Kpiepel t'Għajnejja, kellha tkun l-artista Elena Giorgi li tnebbaħ lil Grech Ganado billi tipprovdilha sfond viżwali ieħor għall-ħsus poetiċi tagħha. Din id- darba permezz ta' figura mxerrħa ta' mara li tidher fil-fotomontaġġ tagħha Displacement 1: figura ta' mara mxerrħa, minn qaddha 'l isfel bilqiegħda fuq sufan bi gwarniċ battal fuq ħoġorha, minn qaddha 'l fuq it 'il bogħod ġo gwarniċ ieħor imdendel mal-ħajt. Dawn l-ispostamenti tal-essri joħorġu minnufih fid-dieher mal- ewwel versi msemmija tal-poeżija Framed – poeżija li flimkien mal- poeproża simbolika tan-narrattiva Inside William tiġbor fiha bis- sħiħ il-biċċa l-kbira tal-elementi letterarji, filosofiċi u psikokliniċi li jsawru l-oqfla tematiċi ta' din il-ġabra stonkuża. Din il-firda bejn diversi jinijiet diverġenti li madankollu jgħammru għalenija – f 'inkwatri differenti iżda f 'kewn wieħed – għandha mnejn tfakkar lill-qarrejja ġenerali fir-rakkont popolari ta' Dr Jekyll u s-Sur Hyde. Iżda diparti tiegħi, mingħajr ma nnaqqas xejn mill-preġju tan- novella ta' Stevenson, nemmen li l-punti ta' referenza ta' Grech Ganado jmorru ħafna iżjed lil hinn mill-istħajjil tal-awtur Skoċċiż. Huma qabelxejn ferm iżjed reali u ferm iżjed serji. Fil-versi ta' Grech Ganado, b'mod partikulari f 'din il-ġabra, il- qarrejja impenjati faċilment jistgħu jilmħu l-ilħna mkissra ta' kittieba bipolari bħal Sylvia Plath, Annie Sexton, Dorothy Parker u Virginia Woolf. Possibbilment ukoll dak ta' Doreen Micallef Chritien. Wieħed jista' jaqra dwar l-għaġna psikoloġika ta' dawn il-poeti fil-ħidma akkademika notevoli tal-psikologa klinika bipolari Kay Redfield Jamison, b'mod partikulari fl-istudju Touched with Fire: Manic-Depressive Illness and the Artistic Temperament. L-attur u kittieb Stephen Fry – persuna bipolari huwa wkoll – it tas- snin ilu kien spjega tajjeb ħafna id-dinamiċi paradossali ta' din il- kundizzjoni fid-dokumentarju e Secret Life of the Manic Depressive. Ftit xhur ilu Grech Ganado reġgħet tat ħjiel inekwivoku rigward il- qagħdiet turbulenti li ġġarrab fil- menti – voldieri żbalzi estremi fl-umur – f 'intervista pubblika mar-riċensur Patrick Sammut. Fil-ġabra Framed Grech Ganado tistqarr dan kollu b'ċerta ħila konfessjonali – hija u tfeġġ daqqa fi gwarniċ u daqqa f 'ieħor – tul madwar mija u sittin paġna, b'mod speċjali fin-novella Inside William. L-intier tal-jien ta' din id-dar imsejħa William hija msawra minn żewġ personalitajiet koeżistenti b'tendenzi kuntrarji: Bill u Will – tal-ewwel jippersonifika r-Raġuni, tat-tieni l-Immaġinazzjoni. Hija dar bi tliet twieqi; kull tieqa tista' tingħadd b'apertura – jew jekk niġu f 'dan gwarniċ – distint li jagħti għal fuq u għal ġewwa d-dinja. L-ewwel gwarniċ juri dak li xi it jew wisq jara kulħadd. It-tieni dak li jippreferi jara Bill permezz tar- Raġuni. Hemmhekk kull oġġett jidher differenti minn ieħor, iżda kull ħaġa titpoġġa f 'paragun valutattiv fejn kwalunkwe fenomenu jenħtieġ bilfors jitqies aħjar jew agħar minn ieħor. It- tielet gwarniċ hija d-dinja ta' Will fejn għad illi kollox xorta jibqa' jidher differenti, il-ġudizzji dwar il-valur inerenti ta' dika l-ħaġa jew l-oħra jitħallew f 'idejn il-kejl tal- adulti. Minn dak il-gwarniċ tal- Immaġinazzjoni d-dinja tfeġġ fid- dieher bħalma tidher f 'għajnejn it-tfal. Ma niskantax jekk l-isem Displacement 1 – Elena Giorgi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 January 2020