Illum previous editions

ILLUM 26 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1204545

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 letteratura illum • IL-ĦADD 26 TA' JANNAR 2020 il-Essri Fir-reċensjoni ta' din il-ġimgħa, Kevin Saliba jirrifletti dwar il-ġabra ta' poeżiji Framed ta' Maria Grech Ganado. B'analiżi li titlaq mill- fotografija ta' Elena Giorgi, Saliba jgħaddi għall-eżistenzjaliżmu ta' Martin Heidegger u fl-aħħar nett għall-antipsikjatrija ta' Ronald David Laing sabiex jixtarr il-kriżi tal-jien tal-poetessa. William hawnhekk fis-sew mhuwiex tismija sempliċement inċidentali. L-istħajjil, il-logħob bil-kliem, il-validazzjoni tal- opposti, it-tiixa għal perċezzjoni usa', il-kunflitti bejn l-innoċenza u l-esperjenza u t-tensjonijiet bejn l-eċċess u r-rażan u mhux l-inqas it-tixniq għall-beraħ u għad- dwiem xi minn daqqiet għandhom ħafna mill-poeżija ta' William Blake. Hu x'inhu, id-diżgwid li jġibu magħhom dawn l-iskontri bejn Will u Bill jiskala sal-punt li d-dar ta' William – u allura wkoll il-psike ta' Grech Ganado – maż-żmien tisfa' f 'diżordni ddoqq l-iskotti. Kulma jmur bejn gwarniċ u ieħor jirrankaw sintomi ħarrieba bħan- nuqqas ta' funzjonament, ir- riżentiment, it-tmasħir, l-istmellija xulxiena, l-iżolament u s-solitudni. Dan id-diżgwid fil-ġewwieni, skont din-narrattiva, iseħħlu biss iżomm allalarga mill-psikożi meta l-effetti kollaterali ta' dawn l-ispostamenti bipolari fil-jien jibdew jinħonqu sakemm fl-aħħar jintradmu qajl qajl taħt il-madmad tan-nisi. Iżda donnu d-diżordni fi Framed xorta tibqa' tippersisti, tant li xxekkel il-mod kif il-kewn is-soltu jseħħlu jkampa mal-fatt li safa mwaddab hekk addoċċ u għal għarrieda fil-fattiċità tal- continuum spazju-temporali għaddieni ta' did-dinja. Fil-bidu nett tal-ġabra Grech Ganado għażlet li tinkwadra dil-qagħda mwiegħra tagħha fin-nozzjoni eżistenzjalista tal-kewn-fi-sfiegħ- ix-xħit (Gowerfenheit) – kunċett li wara l-lamentazzjonijiet ta' Søren Kierkegaard sab il-milja sħiħa tiegħu fir-riflessjonijiet bikrin ta' Martin Heidegger. Għaldaqshekk l-ispostamenti bejn gwarniċ u ieħor – ossija d-disturbi estremi tad-dipressjoni bipolari – f 'din il-ġabra jingħataw sa minn ġuf ommhom tuffatura oħra nobis, ġaladarba dat-taqlib imqanqal fil-burdati saħansitra jiżvolġi lil hinn mill-kif u l-kome u mill-kunsens u r-rieda ħielsa tal- kewn innifsu. Biex nissokta norbot ma' Heidegger, fin-nofs hawnhekk tassew hemm is-sogru ontoloġiku imminenti li l-kewn skunċertat bħal dan – ġa minnu nnifsu instabbli u psikoloġikament indifiż – jisfa saħansitra tturfnat u mrassas "fi truf il-Essri." Stati mentali bħal dawn it deċennji ilu qrajna dwarhom, ngħidu aħna, fil-kitbiet kontroversjalissmi ta' David Cooper u b'mod partikulari fil-manifest antipsikjatriku e Divided Self ta' Ronald David Laing. F'dan ix-xogħol Laing għaraf, minn banda, li jien daqstant mifrud bejn gwarniċ u ieħor f 'għajnejn in- nies abbli bilkemm ikun viżibbli u żgur jħoss illi qed jgħix biss "fi truf il-Essri". Mill-banda l-oħra, madankollu, kien azzarda jisħaq li din l-insigurtà ontoloġika difatti hija difiża soda kontra t-telfien tal- jien. F'din l-iskema alternattiva l-ispostament li jagħti lok għall- veduta li josserva Will mit-tielet tieqa – u għaldaqstant il-qagħda ta' Grech Ganado nfisha – ma tridx wisq biex fis-sew mhija xejn għajr reazzjoni sana kontra l-esiġenzi insensati tad-dinja. Minkejja l-furur li tali pożizzjoni baqgħet tqajjem fil-komunità psikjatrika – l-iżjed fost id-diriġenti tal- Assoċjazzjoni Psikjatrika Amerikana – il-moviment antipsikjatriku baqa' jżomm sħiħ fil-fehma saħansitra fi żmienna, l-iżjed permezz tal-ħidma bla hedu ta' omas Szasz u Bonnie Burstow. Intant ħadd mit-tnejn mhu kuntent: la Bill u wisq anqas Will. Mhux lakemm tbassar kif ser tintemm dil-gażiba. Il-ġejjieni ta' William jibqa' mhux magħruf, saħansitra fin- novella ta' Grech Ganado. Minkejja kollox, akkont, forsi jkun aħjar li kollox jibqa' jingħex proprju hekk: bejn gwarniċ u ieħor fi truf il-Essri. Hemmhekk it-tiixa tibqa' għaddejja, u meta din tasal fi tmiemha – kif qalilna T.S. Eliot – nerġgħu nsibu ruħna fil-punt tat-tluq u nsiru nafuh għall-ewwel darba. Maria Grech Ganado

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 January 2020