Illum previous editions

ILLUM 26 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1204545

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

ALBERT GAUCI CUNNINGHAM F'kummenti ma' din il- gazzetta l-President tal-Malta Developers' Association (MDA) Sandro Chetcuti qal illi hu u l-assoċjazzjoni m'għandhomx problemi li jkun hemm reġistru li juri l-Ministri ma' min iltaqgħu. Chetcuti kien qed jirreaġixxi għal proposta tal-Ministru Aaron Farrugia li kull Ministru jkollu reġistru bin-nies u negozjanti li ltaqa' magħhom, miżura mmirata għal aktar trasparenza wara diversi inċidenti ta' relazzjonijiet bejn politiċi u negozjanti li marru ħażin. "Aħna ma mmorrux niltaqgħu mal-Ministri fuq kwistjonijiet personali imma biex niddiskutu l-politiki," saħaq Chetcuti. Hu qal li l-MDA mhux biss taqbel li għandu jkun hemm reġistru tal- laqgħat imma wkoll li jittieħdu l-minuti tal-laqgħa. 'M'aħna inkwetati xejn' - Chetcuti dwar iż-żmien li ġej għall- industrija tal-kostruzzjoni "L-inċertezza politika u reputazzjonali għamlet ħafna ħsara lill-industrija tal-kostruzzjoni." Hekk saħaq ma' din il-gazzetta Chetcuti, meta mistoqsi dwar l-andament tal-industrija tal- kostruzzjoni bħalissa u dak mistenni għaż-żmien li ġej. Minkejja li ammetta illi saret ħsara lir-reputazzjoni ta' pajjżna Chetcuti fl-ebda ħin ma indika illi l-industrija dieħla f 'xi perjodu ħażin. "M'aħna inkwetati xejn," fil- fatt jgħid il-President tal-MDA. "Xejn mhu qed juri li qed jittieħdu deċiżjonijiet li jweġġgħu l-industrija u allura aħna ma naraw xejn li nistgħu nikkritikaw," saħaq Chetcuti. Il-gazzetta ILLUM staqsiet fil-fatt jekk l-MDA hux qed tistenna tnaqqis fir-ritmu ta' din l-industrija jew jekk kienx hemm diġà. "Tnaqqis ilna nħossu. Il- magna bdiet tiskossja minn żmien ilu, mis-sajf fil-fatt," jikkonferma Chetcuti. "Bdejna bl-iskossi mis-sajf u l-investitur beda joqgħod iktar kawt," jgħid il-President tal-MDA li jammetti illi kien hemm żewġ fatturi li wasslu għan-nuqqas fir- ritmu tat-tkabbir. L-ewwel nett kien hemm bħal tnaqqis naturali, wara snin ta' tkabbir kważi bla preċedent u t-tieni kawża huma l-banek li kienu aktar kawti u l-burokratiċi, "minħabba l-inċertezzi u r-reputazzjoni ta' pajjiżna." Il-gazzetta kompliet tistaqsi imma jekk jeżistix inwkiet fost il- membri tal-MDA li se jonqos ix- xogħol. Filwaqt li ċaħad, Chetcuti qal illi m'hemm ebda inkwiet, "għax jekk jikkwieta x-xogħol il-membri tagħna kapaċi jadattaw għal kull żmien." Hu kompla jgħid li l-MDA se tkompli taħdem biex tara illi l-ekonomija tkompli tikber u allura anke din l-industrija. Fil-kummenti ma' din il-gazzetta huwa jidher ħerqan biex ifakkar illi l-industrija tal-proprjetà hija l-aktar waħda li tifrex il-ġid. 04 aħbarijiet IL-ĦADD 26 TA' JANNAR 2020 • illum Imma vera li l-kostruzzjoni qed iżżomm l-ekonomija fil-wiċċ? Ħarsa lejn l-aħħar ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal- Istatistika (NSO) juru kif fl-ewwel tliet kwarti tas-sena 2019 l-industrija tal-kostruzzjoni ħalliet fl-ekonomija tal-pajjiż ftit inqas minn €336 miljun. Min-naħa l-oħra fl-istess sena l-bejgħ u xiri ta' proprjetajiet (real estate) ħalliet kważi €412-il miljun. Dan ifisser illi l-kostruzzjoni u r-real estate flimkien, bejn Jannar u Settembru 2019 ħallew madwar €748 miljun f'but il-pajjiż. Dawn flimkien jiġu akbar minn kull ammont f'kull qasam, fil-fatt il-Kostruzzjoni u proprjetà huma segwiti biss mill-bejgħ bl-imnut, trasport, akkomodazzjoni u servizzi tal-ikel li huwa grupp ta' setturi ekonomiċi ħafna iktar varju. F'dan il-każ dawn kollha flimkien kkontribwixxew għal €705 miljun fl-ewwel disa' xhur tas-sena l-oħra. Dan ifisser li l-kostruzzjoni u l-bejgħ u x-xiri tal-prorpjetà, li huma xi ftit jew wisq marbutin ma' xulxin, kienu qed jiffurmaw l-akbar sehem fil-Prodott Domestiku Gross tal-pajjiż. Interessanti wkoll kif iż-żieda bejn l-2018 u l-2019 kienet sinifikanti. Fil-fatt fl-ewwel tliet kwarti tas-sena tal-2018 il-kostruzzjoni ħolqot €291.7 miljun ekwivalenti f'ġid. Dan ifisser illi f'sena kien hemm qabża ta' €44 miljun. Fix-xiri u bejgħ ta' proprjetà, inħoloq b'kollox €390 miljun fl-ewwel disa' xhur tas-sena 2018. Dan allura jfisser illi fl-2019 kien hemm żieda ta' €22 miljun fil-flus li dan is- settur ħalla fl-ekonomija. 'Aħna ma niltaqgħux mal-Ministri fuq affarijiet personali' Sandro Chetcuti jgħid li l-MDA m'għandhiex problemi b'reġistri li juru ma' min iltaqgħu l-Ministri. Jgħid ukoll li l-MDA mhi inkwetata xejn dwar il-futur immedjat tal- industrija Imma kemm qed toħloq ġid il-kostruzzjoni u l-bejgħ tal-proprjetà?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 January 2020