Illum previous editions

ILLUM 26 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1204545

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

05 aħbarjiet illum • IL-ĦADD 26 TA' JANNAR 2020 Fi stqarrija mill-Partit Nazzjon- alista, intqal kif in-negozju jerġa' jieħu l-ħajja f 'pajjiżna kemm- il darba l-Gvern Laburista ma jibqax jaħkem l-istituzzjonjiet li għandhom jiddefendu u jipprom- wovu d-demokrazija f 'pajjiżna. Il-poplu jrid jara l-ġustizzja ssir u tidher li qed issir. Il-PN jisħaq li huwa tajjeb li l-Prim Ministru Robert Abela jidher iżur in-negozji u entitajiet li jirrappreżentaw setturi differenti tal-kummerċ, iżda b'ritratti jew walkabouts bħal tal-kampanja elettorali biss mhux se jitfejqu l-problemi. F'din l-istqarrija l-PN irrimarka dwar kif l-intriċċi fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru f 'Kastilja, bl- għajnuna ta' Ministri, li saħansitra kixfu l-allegat involviment ukoll fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia waqfu lil dan il- pajjiż milli jkompli jaħdem. Minkejja bidla fl-isem tal-Prim Ministru, il-PN jisħaq li pajjiżna għadu taħt l-istess Gvern Laburista li wassal lil pajjiżna biex jista' jibda jgħix riċessjoni ekonomika 'made in' Malta. Apparti dan, jisħaq ukoll li jekk il-Gvern mhux se jieħu passi immedjatament biex jara l-istandards tad-demokrazija jitjiebu, jara li l-ġustizzja f 'kull każ ta' korruzzjoni u l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia jkunu solvuti bla telf ta' żmien, il-poplu tagħna se jibqa' jgħix fl-inċertezza politika. Dwar is-settur tal-kostruzzjoni, fi kliem il-PN jidher għaddej bix- xogħol li kien mibdi iżda ħadd ma għandu kuraġġ jibda proġetti ġodda. Is-settur tar-retail qed jipprova jqanqal is-suq biex ikollu lanqas telf possibbli. Ma' dawn, kull settur ieħor tas-self employed u sidien ta' negozji żgħar, minkejja li qed jagħmlu ħilithom jikkompetu mal-inċertezza politika mnissla mill-Gvern qed jgħixu kontinwament f 'pajjiż li tilef kull kuraġġ li jagħmel investimenti ġodda. L-appell tal-Partit Nazzjonalista lill-Gvern f 'isem is-self employed u s-sidien ta' negozji żgħar huwa li ma jkomplix jaħdem fuq it-tattika tal-aljenazzjoni u tal-PR u jgħid li qed isolvi l-problemi b'diskors filwaqt li kollox qed jibqa' l-stess. Pajjiżna ma jistax jgħix f 'riċessjoni ekonomika 'made in' Malta. Il-Partit Nazzjonalista qed jagħmel ħiltu jżomm l-aktar komunikazzjoni possibbli mas- sidien ta' negozji żgħar u self employed biex ikun jista' jgħin u jaħdem ħalli f 'dan il-pajjiż ikun hawn l-aħjar opportunità possibbli ta' kummerċ u ħolqien tax-xogħol. 'Biex in-negozju jerġa' jieħu l-ħajja jeħtieġ Gvern li m'għandux liġi għall-allat u liġi għall-annimali'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 January 2020