Illum previous editions

ILLUM 2 February 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1206945

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

32 aħbarjiet IL-ĦADD 2 TA' FRAR 2020 • illum YENDRICK CIOFFI Il-qtugħ komuni fil-provvista tad-dawl tax-xahar li għadda, kawża ta' ħsara fl-interconnector, kienet waħda mir-raġunijiet imsemmija mis-sidien tal- ħwienet u n-negozji ż-żgħar bħala waħda mill-fatturi li affetwat ħażin il-bejgħ tagħhom fi żmien il-festi. Dan jirriżulta minn sondaġġ ippubblikat mill-Kamra tal- Intrapriżi u n-Negozji ż-Żgħar (eks GRTU). Kienu 300 s-sidien li ħadu sehem f 'dan is-sondaġġ u n-negozji tagħhom tista' tgħid li ġejjin minn firxa kbira ta' negozji differenti, kemm dawk li jbigħu prodotti u oħrajn li joffru servizzi. Anke jekk il-maġġoranza tas-sidien kienu sodisfatti bil- bejgħ tagħhom matul ix-xahar li għadda, meta wieħed iqabbel ir-riżultati ma' sondaġġ simili li sar dwar l-istess xahar tal-2018, jirriżulta li n-negozji, din is-sena, marru agħar. Fil-fatt jekk kienu 39% tas- sidien li qalu li kienu sodisfatti bil-bejgħ fiż-żmien il-Milied, fis- sena ta' qabel kienu 49% dawk li kienu pożittivi. Jirriżulta li 36% tas-sidien saħqu li ma kienu sodisfatti xejn bil-bejgħ u dan meta it wara l-Milied tal-2018, 21% biss tas- sidien kienu esprimew diżappunt bil-bejgħ. Kif wieħed seta' jobsor l-aktar li kienu ddiżappuntati bin-negozji kienu s-sidien tal-ħwienet, inkluż ir-ristoranti tal-Belt Valletta. Fil- fatt kienu 13% biss tas-sidien tan-negozji fil-Belt li wieġbu li kellhom Milied pożittiv. 40% tas- sidien tan-negozji fil-Belt Valletta qalu li kienu ddiżżappuntati bil- bejgħ, filwaqt li 17% saħqu li kienu "ddiżżapuntati ħafna." Il-Belt Valletta kienet fiċ-ċentru tal-protesti li saru fid-dawl tal- kriżi politika li għadda minnha l-pajjiż. Fil-fatt fiż-żewġ festi pubbliċi li normalment ikunu l-aqwa jiem għan-negozji tal-Belt, jiġifieri l-Immakulata Kunċizzjoni (8 ta' Diċembru) u Jum ir- Repubblika (13 ta' Diċembru) kienu organizzati żewġ protesti. X'affettwa ħażin lin-negozji? Mistoqsija x'kienu l-aktar fatturi li affetwaw ħażin in- negozju fil-ġranet tal-Milied, il-maġġoranza tas-sidien, jew 26% semmew l-instabbilità politika u ekonomika li ħakmet il-pajjiż wara l-arrest ta' Yorgen Fenech, l-allegat mandant fil- qtil ta' Daphne Caruana Galizia u sussegwentament ir-riżenji ta' Keith Schembri, Konrad Mizzi u Joseph Muscat. Taħsibha ħaġa żgħira iżda kif jgħid il-Malti kull "qatra tgħodd" u "kollox fih tiegħu." It-tieni l-aktar fattur komuni li semmew is-sidien tan-negozji u l-ħwienet kien il-qtugħ fil-provvista tal- elettriku li wassal biex xi ħwienet ikollhom jagħlqu jew iwaqqfu l-operat tagħhom għal diversi sigħat. Affarijiet oħra li semmew is- sidien tal-ħwienet bħala fatturi li kellhom impatt negattiv fuq il-bejgħ fil-ġranet tal-festi kienet il-kompetizzjoni li dejjem qed tiżdied, it-traffiku u l-problemi tal-parkeġġ. ... u x'għen biex żdied il-bejgħ? Iżda mhux kollox ħażin. Kif rajna, il-maġġoranza (anke jekk mhux kbira ħafna) tas-sidien tal- ħwienet qalu li kienu sodisfatti. Jidher li l-aktar fatturi li għenuhom b'mod pożittiv kienu l-offerti u l-iskontijiet li offrew fi żmien il-festi, il-lealtà tal-konsumatur lejn id-ditta partikolari u anke r-reklamar fuq il-midja soċjali li llum saret pjattaforma importanti. Fatturi oħra pożittivi li jissemmew mis-sidien tal-ħwienet huma l-fatt li aktar barranin li qed jgħixu Malta u anke t-temp li kien ħanin ħafna fi żmien il-festi. Jidher li l-Maltin jew jaħsbu kmieni jew tard ħafna għar-rigali. L-aħjar jumejn għan-negozju fil-ġranet tal-festi kienu Lejlet il- Milied u l-Black Friday. Il-Black Friday kien biżżejjed tajjeb? Anke jekk il-Black Friday kienet waħda mill-aktar ġranet pożittivi għan-negozju fi żmien il-festi ma jfissirx li s-sidien kienu wisq kuntenti. Fil-fatt, il-maġġoranza assoluta tas-sidien li ħadu sehem fl- istħarriġ, jiġifieri 53%, qalu li l-bejgħ fil-Black Friday ma laħħaqx l-aspettattivi tagħhom. Kienu 8% biss tas-sidien li qalu li marru aħjar minn kif kienu qed jistennew u 39% qalu li kienu qed jistennew li jmorru kif fil-fatt marru. Għal darb'oħra, is-sitwazzjoni politika kien l-aktar fattur imsemmi mis-sidien tal-ħwienet bħala kawża għaliex ma marrux tajjeb daqskemm ħasbu li se jmorru f 'din il-ġurnata popolari għax-xiri tar-rigali. Il-konġestjoni tat-traffiku wkoll kien fattur komuni msemmi minn diversi sidien. Iżda s-sena kif kienet? Il-maġġoranza relattiva tas- sidien tan-negozji li ħadu sehem fl-istħarriġ, jiġifieri 41%, qalu li matul l-2019 żiedu l-bejgħ u kienu 33% li wieġbu bil-kontra. Anke jekk dan huwa riżultat pożittiv, meta wieħed iqabbel kif is-sidien kienu wieġbu dwar l-2018, jirriżulta li matul l-2019 il-bejgħ kien xi it jew wisq inqas. Fil-fatt jekk 41% qalu li żiedu l-bejgħ fl-2019, kienu 51% tan- negozji li rrapportaw żieda fil- bejgħ fl-2018. Mill-banda l-oħra, jekk 33% tas-sidien tal-ħwienet qalu li naqsilhom il-bejgħ matul is-sena li għaddiet, kienu 17% li kienu qalu li naqsilhom il-bejgħ fl-2018. Dan kien rifless ukoll fil-profitti. 27% tas-sidien irrapportaw li żiedu l-profitti fl-2019 filwaqt li 38% qalu li naqsilhom il-profitt. Fl-2018, kienu 32% tas-sidien li wieġbu li żdidilhom il-profitt u 22% biss li wieġbu li naqsilhom. Ir-raġunijiet x'kienu? Mistoqsija x'jaħsbu li kienu dawk il-fatturi li wasslu biex naqas il-bejgħ, il-maġġoranza tas-sidien reġgħu semmew is-sitwazzjoni politika u ekonomika tal-pajjiż. Fattur ieħor komuni kien il- kompetizzjoni lokali u anke barranija. Mill-banda l-oħra, dawk li wieġbu li żiedu fil-bejgħ semmew l-introduzzjoni ta' servizz jew prodott ġdid u ż-żieda fil- popolazzjoni u l-konsum bħala fatturi li għenuhom. U l-2020 kif bdiet? Jidher li n-negozju fl-2020 beda xi it jew wisq b'pass kajman. Mistoqsija dwar il-January Sales, 58% tas-sidien qalu li n-negozju laħħaq l-aspettattivi tagħhom. Madanakollu 38% saħqu li ma marrux tajjeb daqskemm ħasbu u kienu 4% biss tas-sidien li qalu li marru tajjeb ħafna aktar milli stennew. Madanakollu, is-sidien mhumiex daqshekk negattivi dwar is-sena. Fil-fatt, 37% qed jistennew li l-2020 se tkun aħjar mis-sena li għaddiet, 39% qed jistennewha li tkun simili għall-2019 u 24% wieġbu u qalu li qed jistennew li n-negozju tagħhom imur għall-agħar. L-akbar sfida li s-sidien qed jaraw quddiemhom għall-2020 hija ż-żieda fl-ispejjeż iżda anke n-nuqqas ta' ħaddiema. Prim Ministru u kabinett ġdid ma serraħx għalkollox ras in-negozji hekk kif l-istabbilità politika kienet it-tielet l-aktar fattur komuni li ssemma. Il-maġġoranza tas-sidien kuntenti bil-bejgħ f'Jannar ... 38% jgħidu li ma marrux tajjeb Minn stħarriġ li sar mill-Kamra tal- Intrapriżi u n-Negozji ż-Żgħar jirriżulta li s-sena li għaddiet kienet aktar batuta għan-negozji mis-sena ta' qabel iżda jinsabu ottimisti għall-2020. Is- sidien jisħqu li l-instabbilità politika u ekonomika ma għenithom xejn Kif kien il-bejgħ fl-2019, meta mqabbel mal-2018?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 February 2020