Illum previous editions

ILLUM 2 February 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1206945

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

31 sport illum • IL-ĦADD 2 TA' FRAR 2020 dan ma jaħdimx biżżejjed' minna l-plejers, kowċis u uffiċjali oħra – dak huwa fatt. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Matul l-2019, jien ġejt mistieden għal żewġ trials ma' klabbs Ingliżi - tim wieħed tat-tielet kategorija, u ieħor fir-raba' saff tal-kampjonati Inglizi, iżda kollha klabbs u plejers professjonali, fosthom iż-żgħażagħ kollha u t-tim tal-iżvilupp tagħhom - dawk ma' min tħarriġt jien (U23). Tant ieħor kienu l-plejers tal-ewwel tim, ma jaħdmux jew imorru l-iskola – xi it minnhom ikomplu l-istudji fuq l-internet, imma dak kien kollox. Għalhekk, huma jitħarrġu l-ħin kollu, darbtejn kuljum fil-grawnd, jieklu u jistrieħu it, imma fil-gym qabel, bejn, u wara t-taħriġ. Iż-żgħażagħ, fil-fatt jitħarrġu aktar sigħat fil-gym mill-plejers tal-ewwel tim, li min-naħa tagħhom ikunu jridu jirkupraw bejn logħbiet ta' intensità għolja. Dan huwa l-uniku mod kif wieħed jista' jirnexxi f 'pajjiż l-aktar kompetittiv fid-dinja tal-futbol, fejn il-finanzi, l-investimenti u l-inċentivi huma enormi. Li plejer li jirnexxi hawn u jiffirma għal xi klabb kbir u jibda jaqla' eluf kbar ta' flus, jew miljuni waqt li jagħmel dak li jħobb jagħmel għal kuljum sakemm jirtira, huwa inċentiv kbir għall-plejers żgħażagħ u mid-dinja kollha jiġu hawn għax jaspiraw għaliha. Għal dan kollu, jeħtieġ awto- dixxiplina u sagrifiċċju, minħabba li dawn m'għandhomx xi ħajja soċjali u għandhom joqogħdu 'l bogħod mill-ħruġ ma' ħbieb, jew jieklu u jixorbu dak li jridu, jew li jmorru għall-vaganzi matul l-istaġun, fost affarijiet oħra. Aħna nagħmlu it inqas sagrifiċċji, iżda peress li aħna ma tantx nistgħu ngħixu mill-futbol biss, jew nibdew familja, jew għall-inqas nirtiraw wara ħajja fil-futbol biss, il-maġġoranza taż-żgħażagħ Maltin ikunu kostretti jkomplu l-istudji jew jibdew xogħol part-time jew full-time. U allura, din in-nuqqas ta' stabbiltà finanzjarja tagħmel is- suċċess saħansitra aktar diffiċli biex jintlaħaq fil-futbol. Kif jirnexxilek tlaħħaq mal-istudji tiegħek u mal-futbol? Jien għadni student imma b'xi mod jirnexxili nlaħħaq ma' kollox li għazilt li nagħmel s'issa. Nemmen li iktar ma jkun għoli l-livell li wieħed jixtieq jilħaq, aktar ikun diffiċli li biex ilaħħaq ma' esiġenzi li hemm bżonn, kemm jekk ikunu ambizzjonijiet akkademiċi jew tax-xogħol jew dawk tal-futbol, għax kollha jinvolvu ħafna ħin u dixxiplina, enerġija, dedikazzjoni u determinazzjoni. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil- futbol? Bħalissa qed niffoka fuq it-tagħlim tal- kowċ tiegħi, u li naħdem tajjeb biex ikompli jistħoqqli aktar ħin nilgħab fid-Diviżjoni Premier ma' Santa Luċija. Jekk it-tim jibqa' jkollu bżonni, nibqa' nkun utilizzat tajjeb, u l-ġestjoni tal-klabb taħseb li hija kuntenta bija, jien inkun kuntent li nibqa' hawn. Wara li anke tajt is-sehem tiegħi lit-tim nazzjonali fil-kwalifikazzjoni tal-UEFA U19 f 'Novembru tal-2018, b'riżultati li ksibna li kienu rispettabbli ħafna, jiġifieri rebħa ta' 2-1 kontra l-Litwanja, draw prestiġjuż ta' 1-1 ma' tim bħall-Belġju, u li tlifna b'gowl wieħed biss ma' tim tal-qawwa ta' Franza, l-ambizzjoni tiegħi li jmiss tkun li nissejjaħ fl-iskwadra nazzjonali tal-U21. Jien nittama li dan iseħħ fl-istaġun li ġej. Imma attwalment, irrid nikkonċentra fuq passi żgħar imma tajbin. Li bdejt nilgħab it minuti matul l-ewwel parti ta' dan l-istaġun ma' Santa Luċija, li għamilt l-ewwel debutt sħiħ tiegħi fir-rebha fl- FA Trophy kontra xejn anqas minn Sliema Wanderers, u li wkoll skorjajt l-ewwel gowl fil-Kampjonat Premier kontra tim bħall-Floriana huma passi sinjifikanti fuq livell personali. Jekk bħala Santa Luċija, nilħqu l-għan tagħna bħala klabb, li nżommu l-istatus fil-Kampjonat Premier, l-istaġun jispiċċa kif ippjanat. It-triq hija twila imma jien lest għaliha. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Ta' 19-il sena, jien m'iniex ċert jekk jien ninsabx f 'pożizzjoni li nagħti pariri lil xi ħadd, u ma nistax ngħid jekk jien ser nilħaq kostantament l-ogħla livelli issa, jew fil-futur. Madankollu, kif spjegajt hawn fuq, jiena nemmen li xejn fil-ħajja mhuwa faċli sakemm ma jaqax f 'ħoġorna mingħajr l-ebda xogħol iebes, jew dixxiplina u determinazzjoni. Mingħajr dan kollu, xejn ma jista' jinkiseb - passi żgħar u għal ċertu tul ta' żmien. Is-suċċess jiġi biss bħala konsegwenza. Numru ta' sportivi famużi jgħidu li l-ħidma tegħleb it-talent meta t-talent ma jaħdimx biżżejjed. wDin hija l-filosofija li ġiet indukrata lili minn età żgħira, u li nipprova nipprattika ta' kuljum, fl-istudju u fl-isport li għażilt.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 February 2020