Illum previous editions

ILLUM 2 February 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1206945

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

30 sport IL-ĦADD 2 TA' FRAR 2020 • illum 'Il-ħidma tegħleb it-talent meta Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Bdiet kmieni ħafna, niġbor l-istikers tal- plejers għall-album tal-Panini, u Wayne Rooney kien l-idolu tiegħi. Jiena partitarju ta' Manchester United. Segwejt fil-passi ta' ħija Jamie, nilgħab bil-ballun artab fil- kuritur tad-dar ma' missieri. Ta' ħames snin, huwa rreġistrani fl-akkademja ta' Luxol St Andrews, li kien il-klabb l-aktar loġistikament konvenjenti għax noqgħod biss tlieta sa erba' minuti bogħod minnu. Minbarra dan, l-eks president Paul Falzon huwa magħruf li investa ħajtu jibni waħda mill-aqwa organizzazzjonijiet b'faċilitajiet ewlenin fil- gżira tagħna, fejn kull kowċ huwa ffukat fuq l-iżvilupp tat-talent. Fuq kollox fil-proċess ta' għażla, missieri rrikonoxxa l-influwenza ta' Gencho Dobrev u l-filosofija tat-taħriġ tiegħu u l-metodi tiegħu fl-iżvilupp tagħna, li huma bbażati ħafna fuq il-kwalità teknika - u li jaqbel li rebħ fuq livell ta' akkademja huwa sekondarju, u għandu dejjem jiġi biss bħala konsegwenza ta' żvilupp ta' talent u l-ħiliet. Wara kollox, fil-passat Dobrev kien jikkowċja lil missieri wkoll, fejn daqstant ieħor għamel suċċess fil-futbol lokali. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul dan l-staġun? Nemmen li l-klabb umli ta' Santa Luċija, bil-president Martin Agius fit-tmexxija, jistħoqqlu rispett għal dak li għamel matul l-aħħar it snin, fejn issa laħaq l-ogħla livell fil-futbol lokali. Jien kont qed insegwi dan mill-qrib istaġun li għadda, kif għalkemm xorta kont nifforma parti mill-iskwadra ta' Luxol St Andrews fil-Premier, ħija l-kbir Jamie kien parti importanti fit-tim li rebaħ il-promozzjoni storika mill-Ewwel Diviżjoni. Fil-mument, għandna tim mimli żgħażagħ ta' talent Malti u barrani - tim prattikament ġdid. Nemmen li l-età medja tagħna hija l-iżgħar fil-Kampjonat Premier. Sabiex il- plejers kollha flimkien mal-kowċ rispettat, Oliver Spiteri u t-tim tekniku, għandna bżonn li nitgħallmu mit-telf ta' punti li bħalissa qed nesperjenzaw, li għalkemm riżultati mhumiex favurina, il-logħbiet tagħna huma kważi dejjem ikkontrollati b'mod ugwali mal- avversarji tagħna, anke meta niltaqgħu mal- aqwa timijiet. Nemmen li għadna ninsistu li nsibu l-identità tagħna bħala tim u bħala logħob. Il-penetrazzjoni u li niskurjaw jidher li huma l-akbar problema tagħna. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil- Premier? Iva, jiena naqbel ma' dan in-numru ta' timijiet, għax peress li hemm madwar għaxar sa 15-il barrani f 'kull skwadra, b'sebgħa magħżula f 'kull logħba, aktar ma hemm timijiet, hemm daqstant aktar spazju għat- talent lokali fil-kampjonat ewlieni. Nikkalkula li hemm biss massimu ta' 150 - 200 plejer Malti fil-Kampjonat Premier kollu, li meta tqis kollox mhux ammont kbir għall-għażla tat-tim nazzjonali. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Maż-żmien inbidel. Id-differenza konsiderevoli li kien hemm fil-passat qed titnaqqas illum, grazzi għal akkademji iktar organizzati fil-lokalitajiet kolla. L-aqwa talent lokali dejjem se jinħataf mill-aqwa timijiet minħabba influwenza finanzjarja u l-prestiġju li plejer jilħaq meta jilgħab magħhom, iżda dawn il-klabbs iżgħar jistgħu jikbru jekk jieħdu ħsieb l-iżvilupp tagħhom, biex xi darba jkunu jistgħu jiddependu fuq ħafna talent ieħor. L-istess jgħodd għall-għażla tal- barranin. Ħafna drabi, klabbs fil-quċċata se jiffirmaw plejers stabbiliti jew b'CV ta' ċertu kalibru. Dan minħabba l-mezzi finanzjarji tagħhom. Ħafna drabi klabb iżgħar ma jkunx jista' jaffordja li jagħmel dan. It-tattiċi li jintużaw fir-reklutaġġ tal-barranin huma differenti minn klabb għall-ieħor. Dan jista' jkun ta' importanza kruċjali għal staġun tajjeb jew inqas tajjeb. Niġu issa għall-kwistjoni tal-plejers barranin fil-Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Il-livell tal-kampjonati lokali se jitjiebu bl-eliġibbiltà ta' plejers barranin meta jikkompetu ma' plejers lokali. Li klabb ikollu għażla ikbar huwa fatt. Imma jekk għandna l-ħsieb li nikkompetu fil-livell nazzjonali, allura għandna nippermettu aktar spazju fejn iż-żgħażagħ promettenti jiżviluppaw fil-Kampjonat Premier, għax huwa diffiċli ħafna għall-plejers lokali ta' 18-22 sena li jikkompetu ma' barranin kompluti ta' 26- 30 sena (il-fiżiċità hija l-akbar żvantaġġ ta' plejers tekniċi f 'din l-età u li għandna bżonn għall-futur). Fil-kampjonat tal-U19, in- nuqqas ta' numru tajjeb ta' pitches imdaqqsa huwa detriment ieħor għall-iżvilupp ideali taż-żgħażagħ. Il-logħbiet ta' Santa Luċija f 'Sezzjoni B tal-kampjonat nazzjonali qed jintlagħbu fi grawnd li mhuwiex ikbar minn '9-a-side', fejn dan kollu jsir b'taqtigħa speċi ta' boxing, mhux futbol, minħabba n-nuqqas ta' spazju li hemm. Dawn huma r-realtajiet tal- lum f 'pajjiżna. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Nemmen li ħafna huma ta' livell ogħla, imma jekk aħna nagħtu ċans u ninvestu fiz-żgħażagħ tal-ogħla livell tagħna li sena wara l-oħra joħorġu mill-akkademji, dawn se jkunu jistgħu jikkompetu sew ma' ħafna minn dawn il-barranin meta tagħna jagħlqu 26-30 sena. Wara kollox, il-plejers tat-tim nazzjonali tagħna jirnexxilhom jikkompetu mal-aqwa stilel barranin tal-logħba lokali, mhux biss fil-medja tat-talent barrani. Min- naħa tiegħi, bl-appoġġ u l-gwida mit-tim tekniku u l-ġestjoni tajba mill-uffiċjali tal- klabb, l-ambizzjoni tiegħi hija li nilgħab f 'dan il-livell, u dan huwa dak li naħdem għalih fit- taħrig ta' kuljum. Nemmen li ninsab fit-triq it-tajba. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-kampjonat Premier? Fil-livell tal-U19, Santa Luċija qed jiġu skedati li jilagħbu fil-pitch '9-a-side' f 'Ħal- Għaxaq, għall-aħħar erba' - ħames logħbiet. Dan huwa kontro-produttiv għall-iżvilupp ta' plejer f 'livell individwali. Inkunu qed niżbaljaw jekk nistennew li dawn il-plejers jilagħbu l-kampjonat kompetittiv tagħhom li jmiss fl-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali, is-Centenary Stadium jew il-Hibs Stadium u li f 'daqqa waħda ser ngħollu l-livell. Qed niżbaljaw bil-kbir, għax m'hemmx paragun fil-kobor tal-grawnd innifsu. Dawn l-istadia li semmejt għandhom daqs ta' livell tajjeb ħafna, u li tilgħab f 'Ta' Qali hija ħolma ta' kull plejer lokali. Il-Victor Tedesco Stadium tal-Ħamrun bħala żona ta' logħob, huwa kemxejn iżgħar minn dawn. Dan huwa ta' vantaġġ għal min normalment ikun irid jiddefendi, allura huwa ta' żvantaġġ għas-sbuħija tal-futbol miuħ. It-timijiet l-aktar tekniċi jippreferu żona ikbar fejn jilagħbu. X'taħseb dwar il-kontroll tar-referis matul dan l-staġun? Hemm perċezzjoni li bosta referis għandhom tendenza li jagħtu vantaġġ inġust lil timijiet akbar, fejn ħafna deċiżjonijiet insinifikanti huma moghtija lit-tim favorit li jirbaħ. Nemmen li l-aħjar fosthom ma jħallux klabbs stabbiliti jew pressjoni tal-akbar numru ta' partitarji li b'xi mod jintimidawhom. Ma naħsibx li dan meta jseħħ, ikun intenzjonali, imma nemmen li dan jeżisti fid-dinja kollha, jiġifieri mhux biss hawn Malta. Hija natura umana, probabbilment. Imma rridu nammettu li r-referis kollha jkunu taħt pressjoni u jagħmlu żbalji bħal kull wieħed Adam Magri Overend - plejer ta' talent liema bħalu li għad għandu biss 19-il sena, iżda li m'hemmx dubju li għandu futur mill-isbaħ quddiemu fl-isport li tant iħobb: il-futbol. Huwa pedina ferm importanti kemm ta' Santa Luċija FC kif ukoll tat-tim nazzjonali ta' taħt id-19-il sena

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 February 2020