Illum previous editions

ILLUM 2 February 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1206945

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

08 aħbarijiet IL-ĦADD 2 TA' FRAR 2020 • illum Min bagħat lil Kenneth għand Melvin? L-aħħar dettalji mill-kumpilazzjoni tal-evidenza Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn l-aħħar smigħ tal- kumpilazzjoni tal- evidenza fil-każ ta' Yorgen Fenech fid-dawl ta' dak li ntqal fil-Qorti fl-aħħar ġimgħat, fejn isem Keith Schembri feġġ repetutament YENDRICK CIOFFI Nhar il-Ħamis li għadda, kompliet il-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Yorgen Fenech, l-allegat mandant tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, bix-xhud ewlieni jerġa' jkun Melvin euma. euma ntlalab jitla' l-Qorti hekk kif bdew jinstemgħu r-recordings tal- konverżazzjonijiet bejnu u Yorgen Fenech. Isem l-eks Chief of Staff, Keith Schembri, reġa' kien fiċ-ċentru tal-kumpilazzjoni hekk kif fir-recording li nstema' fil-Qorti, Melvin euma jirrakkonta lil Yorgen Fenech dwar il-laqgħa li kellu ma' Kenneth Camilleri, l-eks uffiċjal tas-Sigurtà tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat. Anke jekk Kenneth qatt ma qallu li kien bagħtu ċ-Chief of Staff, Melvin euma baqa' jisħaq li jinsab ċert li kien Schembri li wiegħed il-ħelsien mill-arrest lit-tliet irġiel akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. X'inhuma dawn ir-recordings? Minn dak li ħareġ fil-Qorti fl-aħħar ġimgħat, jirriżulta li Melvin euma kien beda jibża' li se jidħol fl-inkwiet u għalhekk kien beda jirrekordja l-konverżazzjonijiet. euma stess kien qal li beda jibża' li Fenech u saħansitra Schembri kienu se jeliminawh. Dan l-aktar meta fl-2018, Vince Muscat, wieħed mill-irġiel akkużati bil-qtil ta' Caruana Galizia, kien beda jikxef xi affarijiet tant li kien talab il-Maħfra Presidenzjali. Kien euma stess li għadda r-recordings ta' dawn it-telefonati lill-Pulizija. Dawn kienu f 'kaxxa li fiha kien hemm ukoll ritratt tiegħu ma' Keith Schembri. Dan ir-ritratt kien ittieħed biss it jiem wara li Fenech allegatament qal lil euma biex jorganizza l-qtil ta' Caruana Galizia. Wara din il-laqgħa, euma kien ingħata xogħol 'fantażma' mal-Gvern. X'kien fihom dawn ir-recordings? Ma tantx instema' minn dawn ir- recordings għax il-Qorti ma tantx kienet kuntenta bil-kwalità. Fil-fatt tqabbad espert biex jisma' r-recordings u jikteb kelma b'kelma dak li hemm fihom, bit-tir ikun li dawn jinqraw u euma jkun jista' jwieġeb għall-mistoqsijiet li jkun hemm bżonn. Madanakollu, il-Qorti laħqet semgħet parti mill-ewwel recording. euma rrekordja l-konverżazzjoni li kellu ma' Fenech meta kien ġabru mill-ajruport. Recording dwar il-laqgħa ma' Kenneth mill- OPM Dan ir-recording, spjega euma, kien dwar il-laqgħa li kellu ma' Kenneth Camilleri. "Hawn qed ngħid lil Yorgen lil Keith Schembri kien qal lil Kenneth li l-aħwa Degiorgio kellhom jingħataw il-ħelsien mill- arrest u miljun ewro kull wieħed," spjega euma. Mistoqsi kif wieġeb Fenech meta semmielu lil Schembri, euma qal li Fenech dejjem kien jgħidlu li l-informazzjoni kien qed iġibha mingħand Keith. 'Għamilt l-assoċjazzjoni bejn Kenneth u Schembri' Melvin euma kompla jisħaq li daħħalha f 'rasu li kien Keith li kien qed jgħaddi l-informazzjoni lil Kenneth. Anke jekk fir-recording euma jinstema' jgħid: "Keith qalli dan," saħaq li mhux veru li kien Keith li qallu li l-aħwa Degiorgio se jingħataw il-ħelsien mill-arrest. "Kenneth qalli dan mhux Keith. Jiena sempliċiment assoċjajt lil Kenneth ma' Keith," insista euma. 'Xi ħadd bagħtu lil Kenneth?' Ir-recording ikompli: "Kenneth waqa' mis-sema? Ma naħsibx li waqa' mis-sema," jinstema' jgħid Melvin lil Yorgen biex jisħaq li l-informazzjoni kienet ġejja mingħand Keith Schembri. Iżda Yorgen Fenech ma tantx jinstema' jagħtih wiċċ. "Xi ħadd bagħtu lil Kenneth," kompla jisħaq euma fil-Qorti. "Tant kemm kont ċert li bagħtu Keith Schembri li lanqas staqsejtu." 'Kont lest nieħu lil Mario Degiorgio għand Keith' Melvin euma kompla jgħid lill-Qorti li kien qed jirċievi diversi messaġġi, fit-8am, mingħand Mario Degiorgio, ħu l-aħwa Degiorgio, biex jistaqsih jekk ħutu humiex se jingħataw il-ħelsien. Qal li kien qed jikkunsidra li jieħu lil Mario Degiorgio għand Keith Schembri fid- dar tiegħu l-Mellieħa għax ma riedx jidħol hu responsabbli, għax wara kollox mhux hux kien li wegħedhom il-ħelsien mill-arrest. Imma x'inhi r-rabta bejn Yorgen Fenech u Melvin Theuma? Yorgen Fenech kien arrestat fl-20 ta' Novembru meta pprova jħalli Malta abbord il-jott tiegħu u eventwalment akkużat bl- involviment tiegħu fil-qtil ta' Caruana Galizia. Huwa kien arrestat 24 siegħa wara li Joseph Muscat, dak iż-żmien Prim Ministru, kien ħabbar li qed jikkunsidra li jirrikmanda Maħfra Presidenzjali lill-intermedjarju. euma, kien ingħata l-protezzjoni tal- Istat biex jixhed kontra Fenech u t-tliet irġiel akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. S'issa Keith Schembri ssemma kontinwament anke fis-seduti li għaddew... Anke jekk il-kumpilazzjoni tal-evidenza hija kontra Yorgen Fenech, interessanti li isem Keith Schembri qed jissemma aktar minn tiegħu. Fil-fatt, kien sar magħruf li Schembri u dan ikkonfermah hu stess, ikkomunika ma' Fenech ġurnata qabel ma nqabad ħiereġ bil- jott. Quddiem il-Qorti, meta kien kien qed jixhed fil-każ Kostituzzjonali li fetaħ Fenech biex l-Ispettur Keith Arnaud ma jibqax imexxi l-investigazzjoni, Schembri nnifsu kien qal li it ħin qabel ħareġ bil-jott, Fenech tkellem miegħu u staqsieh jekk jaħsibx li xi ħadd qiegħed isegwih għax ried imur Sqallija jsewwi l-jott. Schembri qal li wieġeb lil Fenech u staqsih jekk jaħsibx li dan kien mument opportun biex iħalli Malta u dan fid-dawl ta' dak li kien għaddej. Fil-fatt, Schembri kien konxju li dan seta' tefa' dubji serji fuqu. F'dan iż- żmien, Keith Schembri kien jaf li Fenech huwa suspettat. Minkejja dan, Schembri ma kienx informa lill-Pulizija u qal hu stess li ma għamilx dan għax ma ried lil ħadd ikun jaf bil-ħbiberija tiegħu ma' Yorgen. Fil-mowbajl ta' Fenech, instab ukoll screenshot ta' meta Kieth Schembri wieġeb 'leeee' għall-messaġġ ta' Yorgen dwar jekk hux qed isegwuh. Iżda l-Pulizija qatt ma setgħet tinvestiga l-mowbajl ta' Schembri għax dan qalilhom li tilfu. Ta' min ifakkar li l-Ispettur Arnaud stess kien ikkonferma li Schembri qed ikun investigat fuq "omiċidju, tbagħbis ta' evidenza u reati oħra." Apparti dan, isem Keith Schembri feġġ ukoll meta l-Ispettur Keith Arnaud xehed dwar ittra li waslet għand Yorgen Fenech meta dan kien fuq police bail. Din l-ittra waslet għandu permezz tat- tabib Adrian Vella, li huwa wkoll it-tabib ta' Schembri. L-ittra kienet tinkludi verżjoni li Fenech kellu jgħid lill-Pulizija, biex bażikament jitfa' l-ħtija fuq Chris Cardona, dak iż-żmien Ministru. Vella ammetta li għadda dan id-dokument u qal ukoll li kien Keith Schembri li tah l-ittra. Skont l-Ispettur Keith Arnaud, it-tabib Adrian Vella kien sema' wkoll lil Fenech jgħid: 'Jekk ninżel jien ... Keith jinżel miegħi."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 February 2020