Illum previous editions

ILLUM 2 February 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1206945

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 intervista illum • IL-ĦADD 2 TA' FRAR 2020 nilqgħu għall-pressjoni kbira li se toħloq' hekk kif jinnota kif anke f 'din ix-xitwa - Jannar u Frar kienu partikolarment nexfin. "Pereżempju qabel konna nużaw l-ilma baħar fil-produzzjoni tal-irkotta, illum ma tistax," irrimarka Magro. Mill-Ħanini sal-mina bejn il-gżejjer Resqin lejn it-tmiem u għal dawk il-ħafna li ma jafux, il-familja ta' Magro għandhom storja ta' negozju fit-trasport ukoll, mhux biss tal-karozzi imma wkoll ta' trasport bejn il-gżejjer Maltin. Fil-kamra fejn jiltaqgħu d-Diretturi tal-kumpanija hemm ir-ritratti tad-dgħajjes u l-vapuri kollha li kellha l-familja Magro u li kienu użati għall-ġarr tal- merkanzija u tan-nies. L-Imperial Eagle, kien iġorr lin-nies miċ-Ċirkewwa sal-Belt Valletta, il-Queen of Peace u l-Ħanini, li kienu jġorru il-merkanzija sal-Belt Valletta. U allura ma nistgħux ma nistaqsux dwar il-mina bejn il- gżejjer. Jaqbel jew le Magro? "Jiena naqbel mija fil-mija, imma daqs kemm naqbel daqstant ukoll nixtieq nara li nkunu ppreparati, jew aħjar l-istituzzjonijiet jippreparaw għal kull pressjoni li żgur se jkun hemm, biex jiżdied l-iżvilupp f 'Għawdex." Hu kompla jgħid li "apparti minn kollox wieħed irid jistaqsi jekk ma ssirx x'se jiġri. Mhux sempliċiment nieqfu f 'li naqbel jew ma naqbilx. Jiena nemmen li jekk ma ssirx f 'żewġ ġenerazzjonijiet lanqas jibqa' sostenibbli li tgħix Għawdex," jisħaq mal-ILLUM Magro. "Xogħol hawn, mela. Imma mhux sostenibbli. Dak li jkun irid jiddeverti, Malta jrid imur, jekk wieħed irid juża sptar, Malta jrid imur għax ta' Għawdex kważi klinika, jekk wieħed irid jispeċjalizza aktar fil- karriera, ħafna drabi Malta jrid imur." 'Wara kull elezzjoni nitilfu n-nies ...' U finalment. Ħafna Maltin jgħidu li Għawdex iktar minn kull distrett ieħor huwa d-distrett tan-nepotiżmu, fejn biex politiku jkun suċċess bilfors irid jaqdi lin-nies. Din iħoss li hija vera John Magro? "Li nista' ngħidlek huwa illi f 'kull elezzjoni, jitla' PN jew PL, nitilfu numru ta' nies u 90% minnhom imorru mal-Gvern jew f 'kumpaniji marbutin miegħu." Hu jkompli jgħid li din hija problema kbira. "Aħna ħaddiema ta' għarfien kbir irid ikollna u hekk qed inħarrġu, biex imbagħad dak it-taħriġ kollu, isiru ħaddiema mill- aktar kapaċi u jispiċċaw under employed. Wieħed ikun imħarreġ sew, paga tajba u jmur watchman. Dawn mhux xi ħaġa ilu, dawn issa qed jiġru mhux fil-passat biss, ix-xahar li għadda dax-xahar ..." "Jiġifieri ġejt qisek qed tikkompeti mal- Gvern?" tistaqsi l-gazzetta. "Iva u ilha għaddejja din u qed inweġġa' ħafna. Nasal ngħid illi din hija waħda mill- aktar affarijiet li qed jippreokupawna, għax qed iżżommna lura. Qed nisparaw f 'saqajna," jisħaq Magro. Huwa qal li mhux talli ma jara xejn ħażin talli jkun kuntent li persuna tipprogressa f 'ħajjitha, "imma mhux jitilqu minn hawn biex imorru f 'xogħol ħafna inqas." "Hemm bżonn insibu bilanċ għax bħalissa hemm żbilanċ kontra min iħaddem, b'din is- sitwazzjoni," itemm l-intervista John Magro. John Magro, Christian u Nicholas

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 February 2020