Illum previous editions

ILLUM 2 February 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1206945

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 letteratura IL-ĦADD 2 TA' FRAR 2020 • illum Bħall-għama li jħobb l-iswed Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb F'din il-ġabra bżaqt minnek bosta ħsus kiebja ta' wġigħ li żammejt midfuna fik tul ħafna snin. Iżda donnu kien biss wara l-falliment tal-aħħar żwieġ tiegħek li tassew ħassejt il-ħtieġa li turi ruħek bħala poeta tal- qalb sewda. Minkejja l-qoxra mlewna, il-ġewwien muswied qatigħ. Laqatni bħal sajjetta l-vers "bħall-għama li jħobb l-iswed." Litteralment hawnhekk, bħal xi Leonard Cohen – you want it darker. X'inhi eżatt din? Flaġelazzjoni fuqek innifsek jew forsi wkoll stqarrija ta' vulnerabbiltà? Jogħġobni Loenard Cohen. Għamilt żmien nisma' lilu biss. Iżda ma nemminx fil-flaġellazzjoni tiegħi nnifsi, anzi pjuttost l-oppost. Nikteb biex inserraħ il- menti u l-qalb mid-dlam li jinfirex fihom kull darba li mħabba kbira tintemm. Iżda l-ktieb ma jiġborx fih biss versi mudlama. Ngħanni wkoll is-sbuħija tal-imħabba hi u tiorixxi. Iżda jekk il-ura tkun tant sabiħa li tgħammxek u tgħaxxqek fl-aħjar tagħha, mela s-sabta mbagħad tkun wisq akbar meta dik il-ura tinqata', tidbiel u tmut quddiem għajnejk bla ma tkun tista' tagħmel xejn biex iżżommha ħajja. Tul erbgħin sena ta' ħajja poetika, kelli dawn iż-żewġ esperjenzi kemm-il darba. Iżda, iva, din tal-aħħar kienet kbira wisq, għax ħabbejt b'qalbi, b'ġismi u b'ruħi kollha. Tajt kollox lill- imħabba u meta ntemmet ħesrem bla ma stajt inwaqqaf il-qerda ta' dak kollu li ħlomt għal ħajti – il- ġejjieni tiegħi u dak tal-maħbuba – trabba fija l-impuls biex dak illi qabel kien biss tal-maħbubin u biss għalihom, isir jappartieni wkoll lil min xtaq jaqrah u jħossu. Il-linja li kkwotajt inti hawn, minn versi miktubin fis-snin tmenin, fl-intier tagħha tgħid hekk: "Bħall-għama li jħobb l-iswed / għax qatt m'għaraf il- kuluri". Kienet miktuba fi żmien meta l-imħabba tiegħi kienet f 'deżert xott. Kont infittex u ma nsibx. U bilfors ikollok tħaddan dak li ma tridx jekk dak li trid ma ssibux. Sfajt hemm erġajt. Ikolli nħaddan is-solitudni għax dik il- persuna li ħabbejt bi mħabba tant għamja m'għadhiex preżenti. Ġaladarba tiddeskrivi l-poeżija tiegħek bħal versi liriċi, bla ma ridt moħħi mar f 'bosta liriki li wennsuni meta l-imħabbiet tiegħi sfaw nieqsa. Jien u naqra ftakart f 'bosta kantawturi li għannew dwar imħabbiet mitlufa. Fosthom il-kantawtur Nick Cave, li fl- għeluq tat-taħdita tiegħu The Secret Life of the Love Song, jiddefendi bis-sod dix-xorta ta' luttu kreattiv kontra l-qsim tal- qalb. Saħansitra jasal jistqarr illi l-fidwa mill-istess diżappunti bir- Romantiċiżmu nistgħu niksbuha biss billi nirromantiċizzaw id- diżillużjoni nfisha. Int xi tgħid? Tħoss li b'dil-ġabra lħaqt xi għamla ta' redenzjoni? Naqbel ma' Nick Cave, iżda biss sa ċertu punt. Bniedem kreattiv ma jistax ma joħloqx f 'mumenti ta' sentimenti estremi. Voldieri kemm fl-eqqel tal-estasi kif ukoll fl-abbissi tad-diqa, l-artist jimmanifesta u jesternalizza skont is-sejħa tiegħu. Jiena nikteb u npitter. Kull meta nkun għaddej minn emozzjonijiet qawwija (sbieħ jew koroh) dejjem sibt il- kreattività tisplodi u l-produzzjoni timmultiplika bil-kbir. Voldieri ma hemmx dubju li l-mewt ta' mħabba tant għażiża kapaċi ttuq dik il-kreattività u ħafna drabi taf tkun ukoll is-suġġett ewlieni tal-ħwejjeġ li jinħolqu bis-saħħa tagħha. Iżda għedt "biss sa ċertu punt" għax ma nemminx illi l-arti li noħloq f 'mumenti bħal dawn qatt tassew tkun l-għan tagħha nfisha. Cave donnu jrid jibdel dak li jkun tilef ma' dak li mbagħad joħloq. B'xorti ħażina għalija, l-arti tibqa' biss reazzjoni instigata minn xi ħaġa li ma tmut qatt. U jekk din tkun xi ħaġa negattiva, mela l-uġigħ se jibqa' hemm għal dejjem. Iva, l-arti tagħti sulliev tul żmien qasir, iżda dawn il-ħwejjeġ bħal nixxiegħa ġierja. Ras il-għajn tibqa' fissa, ma tiċċaqlaqx. Kien bit-telf tal-imħabba li l-kuluri ta' d-dinjietek żvintaw ħesrem fis-swidija. Fi vrusek saħansitra jaħbat iroxx id-dlam fuq l-ilwien tal-friefet. The very dark is changed... butterflyless dark. Lura għal-lirika, ħsus bħal dawn lili jġibuli fil-menti diversi liriki traġiċi b'enfasi fuq l-iswed: Back to Black – Amy Winehouse. Black – Pearl Jam. Addirittura The End of the World – Skeeter Davis, jekk niġu f 'dan. Intant, donnu dal-uġigħ f 'erwieħ mortali iżda

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 February 2020