Illum previous editions

ILLUM 2 February 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1206945

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 letteratura illum • IL-ĦADD 2 TA' FRAR 2020 Fir-rokna letterarja ta' din il-ġimgħa, Kevin Saliba jiddiskuti l-ġabra ta' poeżiji My Love Had Eyes of Blue and Dreams ta' Ġorġ Mallia mal-poeta nnifsu. Saliba bħal jeħodha mas-swidija li nebbħet dawn il-vrus viżtużi dwar imħabbiet mitlufa. B'sensiela ta' mistoqsijiet skjetti u b'referenzi pertinenti, fosthom Leonard Cohen, Nick Cave u Charlie Kaufman, Saliba bħal jinterroga lill-poeta dwar il-veri motivi u l-preżunt siwi tal-liriki sewdiena. Jixħet dubji dwar jekk fl-aħħar mill-aħħar das-swidiji kollha humiex tabilħaqq vallapena. Mallia jibqa' sod fil- fehma filwaqt li xorta jinsisti, madankollu, li fi vrusu jqim ukoll il-kulur. kreattivi mhux talli ma jkunx tmiem id-dinja, talli anzi ġieli kien kapaċi jaqtagħlhom passaġġ lejn imfakar umani perenni. Ma taħsibx, allura, li int jew jien ma nkunux tabilħaqq onesti sabarra meta ninfexxu f 'dal-għali kollu għalina nfusna? Intenni li dan kollu mhux 'self- pity'. Iva, ma tistax ma tweġġax. Kif jista' jkun titlef dak kollu li kien importanti f 'ħajtek u tibqa' miexi, stojkament, qisu qatt ma ġara xejn? Impossibbli. Kif jista' jkun li bħala persuni artistiċi nonqsu milli nimmanifestaw dak l-uġigħ fl-arti tagħna? Ma jistax ikun. Iżda s-'self-pity' hija distruttiva iżjed milli kreattiva. Tieklok minn ġewwa u jekk tintilef fiha ma tfiq qatt. Nammetti li immedjatament wara l-qtil ta' emozzjoni qawwija minn ħaddieħor, ma tistax ma tħosshiex. Iżda trid tiġġildilha, anke bl-esternalizzazzjoni artistika stess, għax dik titma' lid- dlam u maż-żmien lill-poeżija toqtolha u mhux issostnieha. Madankollu bilfors trid tgħanni d-dwejjaq fil-mument li jolqtuk jekk ma tridx li dawn jikkankraw ġo fik. Ngħid għalija l-poeżija u l-pittura narahom (u forsi hawn fejn it-tradizzjoni ma niċħadhiex) bħala katarsi. Huwa proprju għalhekk li nikteb il-lirika u xejn aktar. Dawn huma versi personali ħafna. Għall-ewwel ktibthom biex ma jinqraw minn ħadd għajr minni u l-maħbubin tiegħi. Iżda maż-żmien trabbiet fija x-xewqa li dawn iservu ta' katarsi, inkella tal- anqas ta' assoċjazzjoni ma' ħsus familjari, anke għall-qarrejja li ma kinux involuti fir-relazzjonijiet intimi li nissluhom. Fit-taħdita msemmija qabel Nick Cave jistqarr li "lkoll kemm aħna nġarrbu dak illi l-Portugiżi jsejħulu Saudade, li tista' tittraduċih bħala sens ta' tixwiq li ma jitfissirx, tixniq bla isem u oskur tar-ruħ, u huwa sewwasew das-sentiment illi jgħammar fl-isferi tal-istħajjil u tan-nebħ, u li huwa l-art għammiela tal-kanzunetta mnikkta, għax il-kanzunetta ta' mħabba hija d-dawl t'Alla, li tfernaq minn ġo ġriħitna, sa mill-qigħan tagħna." Cave hawnhekk mhux biss jirromantiċizza dal-faħam iġemmed fir-ruħ mitbugħ minnek f 'dil-ġabra, iżda saħansitra jimmistiċċizzah. Għaldaqstant mid-dlam għandu ħabta jgħaddi għad-dawl. Hemm xi xaqq dawl fin-nugrufun tal-versi tiegħek? Xi dimensjoni spiritwali? Forsi xi karba subkonxja għal tħaddina usa'? Għalija t-tama dejjem hemm, għax nemmen li d-dlam m'għandu jkun qatt l-għan ewlieni tal-poeta. Id-dlam jinstab fih inċidentalment u għalkemm, iva, jitmagħlu l-ispirazzjoni kreattiva, xorta m'għandu qatt jiġġedded biex dan id-dlam stess isir l-għan tal-eżistenza. Id-dlam jixref biss fl-assenza tal-kuluri, iżda jidhirli li huma l-kuluri (sbieħ, jgħajtu u jixagħlu) li għandhom jibqgħu l-għan aħħari. L-aħħar versi fil-ktieb My Love Had Eyes of Blue and Dreams inkitbu eżatt wara dil-firda kiefra. Voldieri sa tmiem dan il-ktieb żgur li ma kien hemm ebda xaqq ta' dawl, għalkemm fil-versi li jagħlqu l-ġabra nistqarr emozzjoni oħra – ir-rabja. Loġikament din toħroġ mill-inġustizzja sfiqa tat- tmiem ħesrem ta' mħabba kbira u minn xi daqqiet tista' tgħin fil- fejqan mid-dlam. "U r-rabja tgħin lill-għada jbexbex / bid-dawl inemnem sieket, bati, / lehma sielma jagħti / 'l ħajti miskina, / maħsuda b'sikkina / li qerdet l-imħabba minn fija. / U l-lehma ssir dija / xi darba, / li twitti lill- għada / għalija." Mela, le: nirriuta li nimmistiċizza l-uġigħ li jirriżulta mit-tmiem tal-hena. Anzi naħdem bis-sħiħ, anke permezz tal-esternalizzazzjoni artistika, biex naħarbu ħalli nfittex insib dika l-hena mill-ġdid. U dan minkejja li naf illi fl-aħħar mill- aħħar dik l-hena hija illużorja u li – kif ġara kemm-il darba f 'ħajti u kif turi sew din il-ġabra – maż- żmien kollox għad jerġa' jdur ċirku tond. Ngħid għalija, dad-diskors dan l-aħħar sar ifakkarni wkoll f 'din il-linja mill-iskript li kiteb Charlie Kaufman għall-film The Eternal Sunshine of the Spotless Mind: "tista' tħassar persuna minn moħħok. Li tħassarha minn qalbek mbagħad hija storja oħra". Qed nagħmilha apposta tal- avukat tax-xitan, iżda mhux biex immerik. Anzi, bħalek ġarrabt u ktibt. Dawn il-mistoqsijiet kemxejn HARDtalk jgħoddu għalik daqs kemm jgħoddu għalija. Qed ninterroga wkoll lili nnifsi hawnhekk: you want it darker, iżda fl-aħħar mill-aħħar, x'temmen li tista' tikseb bħala poeta għama li – għax tilef l-imħabba – tilef ukoll l-ilwien u sar iħobb l-iswed? Il-fidwa? In- nisi? Il-vendetta? Ir-riżarċiment? It-trijonf fuq il-qsim tal-qalb? Xi tama ta' mħabba ġdida? Jew inkella s-sodisfazzjon – kif darba kkummenta Kaufman innifsu – li dawk li jisfgħu f 'dad-dlam ċappa kollu forsi almenu jħossuhom xi kemxejn inqas waħidhom? Le, ma tista' tħassar qatt persuna minn qalbek. Mhux meta dik il-qalb tkun tajthielha bla kundizzjoni. Meta tkun għadek kif waqajt minn għoli kbir, impossibbli tara żmien meta se jintemm l-uġigħ. Il- konfużjoni li jġib miegħu t-tmiem taċ-ċertezza tolqotlok is-sensi kollha, tiddomina kull emozzjoni, teqred kull tama għall-futur, titfi s-sbuħija tax-xemx fi nżulha, tqarras it-togħma tal-għasel. M'għandi l-ebda xewqa ta' vendetta. Ormaj li ġara ġara. Hemm katina li torbot flimkien lil dawk kollha li jgħaddu minn dlam bħal dan, anke b'mod virtwali. Kienu ħafna li resqu lejja meta qraw il-vrus jew il-proża li ktibt jien u għaddej minn did-dalma qalila. Qaluli li fehmuni għax anke huma kienu hemm xi darba, jew għadhom hemm. Il-punt hu li l-uġigħ għat-telfa ta' emozzjoni ġenwina ma jmut qatt. Iġib ir- rabja kbira, iva, iġib dieqa enormi, iva, iġib it-telfien tat-tama u tar- rieda għall-għajxien, iva, iżda l-uġigħ innifsu hemm jibqa'. Forsi ż-żmien itaffi l-qawwa tiegħu, iżda ma joqtlux. U hemm l-għajn li taħji kliem l-għanja miktuba jew impittra. Ma jistax ikun hemm xi tama għal imħabba ġdida dment li l-imħabba l-oħra ma tissejjaħx "qadima". Il-firda ma teqridx l-imħabba. Teqred biss is-sbuħija li tagħti. Tibdel kollox f 'uġigħ. Għalhekk l-għanja tiegħi hija mnikkta, għax il-muġugħ ma jistax ma jgħidx "ajma". Ġorġ Mallia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 February 2020