Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1206945
19 editorjal Il-bidu ta' era jew il-bidu tat-tmiem? S istema demokratika mhix sistema politika perfetta. Żbalji jsiru u l-istorja wrietna illi f 'perjodi ta' faqar u ġuħ, kif ukoll meta l-in- ugwaljanzi jirrenjaw, popli ġieli għamlu żbalji kardinali li wasslu għal inkwiet kbir mhux biss fil-pajjiż imma lil hinn. Biżżejjed niakru illi Adolf Hitler tela' fil-poter bil-vot tan-nies hekk kif il- Ġermanja kienet għaddejja minn perjodu ekonomiku ħażin u wara l-umiljazzjoni fl-Ewwel Gwerra Dinjija. L-istess Benito Mussolini li kien elett f 'qafas demokratiku u dawwar is-sistema f 'dittatura u l-Partit Iżlamiku fl-Iran taħt it-tmexxija dittatorjali u teokratika tal-Ayatollah Ruhollah Khomeini. F'ċerti pajjiżi, id-demokrazija tintuża bħala paraventu għall-kontrolli assoluti u statali fejn il-Prim Ministru u l-President ikollu poteri assoluti li joħonqu u joqtlu demokrazija, bħar-Russja, fejn il- President jikseb 76% f 'elezzjoni, riżultat li jirrifletti l-eliminazzjoni kważi kompleta ta' Oppożizzjoni reali. Minkejja kollox iżda, id-demokrazija tibqa' l-aqwa sistema mis-sistemi l-oħrajn kollha għax hija l-aktar li tagħti libertà lin-nies, jagħżlu kif jixtiequ, anke jekk dik id-deċiżjoni ma tintgħoġobx lil hinn minn dak il-pajjiż. Il-Brexit u allura d-deċiżjoni tal-poplu tar-Renju Unit li jitlaq mill-Unjoni Ewropea, għaqda ta' pajjiżi li bniet sistema illi tipproteġi b'mod massimu d-demokrazija u l-governanza, hija eżerċizzju li tiċċelebra d-demokrazija. L-għażla tal-poplu, tibqa' suprema. L-għajta għat-tieni referendum jew inkella aktar kienet tkun biss insult u daħka fil- wiċċ għal eżerċizzju demokartiku li fih in- nies ivvutaw biex il-pajjiż jitlaq mill-UE. Dan ma jfissirx imma li din mhix traġedja fuq bosta fronti, b'mod speċjali għall-Unjoni Ewropa nnifisha. Dan il-blokk se jitlef pajjiż kbir u ta' suċċess fi ħdanu, li fil-verità dejjem kellu xi it ta' relazzjoni skomda mal-UE, probabbilment għaliex kien imperu u allura s-sovranità tar-Renju kienet dejjem xi ħaġa li ħafna kienu jgħożżu. Probabbilment ukoll il-mixja lejn Ewropa iktar federali b'poteri aktar ċentrali fi Brussell bdiet issir dejjem iktar inkompatibbli mas-sentiment ta' ħafna Brittaniċi, speċjalment f 'dak li jirrigwarda l-moviment ħieles tan-nies u immigrazzjoni. Wieħed issa jrid jara kif din se tilgħab fir-realtà u jekk ir-Renju Unit hux se jkun qiegħed jagħlaq il-fruntiera tiegħu, f 'liema ehim bilaterali se jidħol u jekk l-ilmenti, uħud iġġustifikati u oħrajn le ta' Renju Unit "invadut" hux se jonqsu jew jiżdiedu. Għal Malta żgur li l-Brexit tfisser inċertezza għal numru ta' kumpaniji, kif jgħid magħna wkoll l-intraprenditur John Magro f 'paġni 12 u 13. Dan huwa ħażin, speċjalment għal dawk li jesportaw jew jimpurtaw ħafna minn dan il-pajjiż. Malta se titlef alleat, b'mod speċjali f 'dak li jirrigwarda tassazzjoni, xi ħaġa li żgur ma tistax tkun tajba għal pajjiżna hekk kif intefa' tant dawl ikrah fuqna meta qed nippruvaw nirreżistu proposti biex ir-rata ta' taxxa tkun ugwali fil-pajjiżi kollha tal-UE. Il-President Franċiż Emmanuel Macron filwaqt li qal illi l-kampanja għal Brexit kienet milmlija gideb ammetta lbieraħ illi dan huwa twissija storika għall-UE. U hekk hu. Jekk l-UE mhix se tiem li l-Brexit jista' jkun l-ewwel karta li se taqa' fid-dar magħmula bil-karti, dak li bl-Ingliż insejħu 'house of cards', allura jkun aħjar li tibda tipprepara għal aktar daqqiet, speċjalment jekk l-esperjenza tar- Renju Unit, minn issa 'l quddiem, tkun waħda tajba. Il-Brexit kellu jseħħ għax hekk ried il-poplu. Forsi għad jasal żmien fejn il-poplu tar-Renju Unit jiddeċiedi li jrid jerġa' jsemma leħnu fuq is-sitwazzjoni bl- esperjenza tar-realtà Brexit f 'moħħhom. Sa dakinhar iżda dak li ġara bejn il-Ġimgħa u s-Sibt se jibqa' traġedja fil-proġett Ewropew li bdew Robert Schuman, Alcide De Gasperi u Konrad Adenauer. Dan jista' jkun il-bidu ta' era ġdida imma jista' jkun ukoll il-bidu tat-tmiem ta' proġett li mingħajru nerġgħu nispiċċaw fil-gwerer u t-taqbid. Iż-żmien se jagħtina parir! illum • IL-ĦADD 2 TA' FRAR 2020 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Editur: Albert Gauci Cunningham