Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1206945
20 opinjoni Investigazzjoni dwar il-kuntratt ta' Konrad Mizzi H u fatt magħruf li Johann Butt- igieg, li kien imexxi l-Awtorità tal-Ippjanar, kien imbuttat 'il barra mill-kariga li kien jokku- pa mill-Ministru Ian Borg. Imma Johann Buttigieg, f 'Konrad Mizzi, dakinhar Min- istru tat-Turiżmu, sab il-ħabib proverbjali fis-suq li ffaċilita l-ingaġġ tiegħu bħala Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni (CEO) tal-Aw- torità Maltija tat-Turiżmu. Sal-waqt li Johann Buttigieg beda f 'xogħlu mal-Awtorità Maltija tat- Turiżmu, imma, Konrad Mizzi kien diġà rreżenja minn Ministru. Għalkemm din ir-riżenja kienet imħabbra wara l-laqgħa tal-Kabinett tas-26 ta' Novembru 2019, mhux ċar jekk huwa rreżenjax minn jeddu inkella jekk kienx sfurzat jagħmel hekk. Kien irrappurtat fil-media li stqarr illi fiċ-ċirkustanzi politiċi kurrenti huwa ħassu fid-dover li jirreżenja b'lealtà lejn il-poplu, lejn il-Partit Laburista u lejn il-Prim Ministru. Ikun raġonevoli kieku kellna nassumu li Johann Buttigieg kien qed jgħin lil Konrad Mizzi biex ipattihielu tal-għajnuna li rċieva mingħandu meta nhar id-9 ta' Diċembru ffirma l-kuntratt li bih Konrad inħatar konsulent mal-Awtorità tal-Ippjanar. Probabbilment li din kienet waħda mill- ewwel deċiżjonijiet li ħa fit-tmexxija tal-Awtorità tat-Turiżmu. Imma x'aktarx li ma nkunux korretti meta nassumu dan. Fil-fatt, fuq mezzi oħra tal-aħbarijiet kien issuġġerit li d-deċiżjoni biex Konrad Mizzi jinħatar konsulent ittieħdet minn Joseph Muscat innifsu, għax wara r-riżenja ta' Konrad, Joseph Muscat kien direttament responsabbli għall-Ministeru tat-Turiżmu. Bħala l-uffiċjal eżekuttiv ewlieni tal- Awtorità Maltija tat-Turiżmu, Johann Buttigieg għandu jerfa' r-responsabbiltà, avolja, probabbilment li kien qed jaġixxi fuq struzzjonijiet ta' Joseph Muscat. S'issa jmissu li ilu li tgħallem li meta l-ordinijiet tas-superjuri jkunu lleġittimi u mhux etiċi għandu d-dmir li jinjorahom. Meta l-Ministru Julia Farrugia Portelli ħabbret li l-kuntratt ta' Konrad Mizzi kien qed jitħassar, intalbet biex tispjega r-raġunijiet li kienu qed jinġiebu biex jiġġustifikaw dan. Fi tweġibitha kienet xotta u qalet li kien hemm kemm raġunijiet legali kif ukoll raġunijiet etiċi li jiġġustifikaw din id-deċiżjoni. Qagħdet lura milli tgħid iktar biex dak li tgħid ma jintużax biex jippreġudika xi azzjoni legali li setgħet tittieħed. Huwa interessantI ħafna li jkun osservat li l-Ministru Julia Farrugia Portelli ġġustifikat ir-revoka tal-kuntratt fuq raġunijiet ta' etika. Għandha raġun f 'dak li qalet, avolja hi ma ppuntat subgħajha lejn ħadd. Il-mistoqsija li teħtieġ tweġiba, għaldaqstant, hi: min aġixxa kontra kull sens ta' etika? Hemm erba' persuni li f 'dan il-każ aġixxew kontra kull sens ta' etika. Irrispettivament minn dak li jgħidu, kemm l-eks Prim Ministru Joseph Muscat kif ukoll sieħbu Konrad Mizzi rreżenjaw f 'ċirkustanzi ta' għajb u dan għal diversi raġunijiet. Kienu l-kawża ta' ħsara gravi lir-reputazzjoni ta' Malta permezz tal-involviment tagħhom fl- iskandlu tal-Panama Papers kif ukoll bħala riżultat dirett tal-irwol tal-uffiċċju tal-Prim Ministru fl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Irwol li d-dettalji dwaru għandhom qed joħorġu it it. Joseph Muscat u Konrad Mizzi huma l-ewwel fuq il-lista ta' dawk li ma aġixxewx sewwa meta taw bidu għall-proċess tal-ingaġġ ta' Konrad Mizzi li bħala riżultat tiegħu kien ser jispiċċa involut fl- organizzazzjoni li tagħha, bħala Ministru kien politikament responsabbli ġimagħtejn biss qabel. Dan mhu aċċettabbli fl-ebda pajjiż li jgħid (jew jixtieq) li t-tmexxija tiegħu titqies bħala waħda li timxi fuq il-prinċipji bażiċi ta' governanza tajba. Normalment f 'dawn il-pajjiżi jitħalla jgħaddi perjodu ta' bejn sentejn u tliet snin qabel ma biss jikkunsidraw ħatriet ta' din ix-xorta. Muscat u Mizzi ppruvaw japprofittaw ruħhom mill-fatt li r-regoli dwar l-imġiba etika ta' dawk eletti f 'karigi politiċi għadhom fil-bidu f 'Malta. Dr George Hyzler, l-ewwel Kummissarju għall-istandards fil-Ħajja Pubblika, għadu kif inħatar reċentement mill-Parlament u għadu fil-bidu tal-ħidma tiegħu. Għad irid ifassal regolamenti addattati. L-istess jgħodd għal Gavin Gulia, Chairman, u għal Johann Buttigieg CEO tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu li ma jmisshomx ħallew lil Joseph Muscat u lil sieħbu Konrad Mizzi jintimidawhom u jiddettawlhom x'jagħmlu. L-ingaġġ ta' Konrad Mizzi nżamm sigriet sakemm dan kien possibbli minħabba illi kieku dan il-fatt kien magħruf kien jinħoloq ferm iktar taħwid fil-Partit Laburista li kien għaddej bil-proċess tal-għażla ta' mexxej ġdid flok Joseph Muscat li kellu jirreżenja f 'ċirkustanzi tal-mistħija. Issa x'ser jiġri? Fil-fehma tiegħi kull min ma mexiex sewwa għandu jerfa' l-konsegwenza ta' għemilu. Huwa għalhekk li jiena tlabt lill-Kummissarju dwar l-istandards fil-Ħajja Pubblika biex dan jinvestiga l-irwol ta' Joseph Muscat, Konrad Mizzi, Gavin Gulia u Johann Buttigieg fil-każ u li bħala riżultat ta' dan jirrakkomanda x'azzjoni għandha tittieħed. IL-ĦADD 2 TA' FRAR 2020 • illum Muscat u Mizzi ppruvaw japprofittaw ruħhom mill-fatt li r-regoli dwar l-imġiba etika ta' dawk eletti f'karigi politiċi għadhom fil-bidu f'Malta Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika