Illum previous editions

ILLUM 2 February 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1206945

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

26 sport 'Qed nilagħbu futbol sabiħ ... iżda rridu ninqatgħu min-naħa ta' isfel malajr CRISTIAN ANTONY MUSCAT Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Minn età żgħira dejjem kont insegwi l-futbol. Kont wieħed minn dawk li ħdmit biex tibda n-nursery ġewwa Ħal-Kirkop u bdejt nilgħab fin- nursery ukoll. Minn mindu kelli 16-il sena bdejt nikkowċja u kienet xi ħaġa li nħobb nagħmilha aktar milli nilgħab. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul l-aħħar staġun? Din hija r-raba' sena tiegħi bħala kowċ ta' Lija Athletic. L-aħħar staġun kien l-istaġun wara li ġejna relegati mill-Premier u sakemm erġajna ksbina it il-kunfidenza, batejna it però lħaqna l-għan tagħna li nispiċċaw fl-ewwel nofs tal-klassifika. Dan l-istaġun kellna bidu tajjeb u t-tim qed jilgħab futbol sabiħ. Xorta l-għan prinċipali tagħna hu li ninqatgħu min-naħa ta' isfel malajr kemm jista' jkun u nieħdu logħba logħba. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil-Premier? Sal-istaġun li għadda kont ngħid li ma naqbilx għaliex biex il- kampjonat ikun aktar kompetittiv irid ikun b'inqas timijiet. Dis-sena però t-timijiet li telgħu mill-Ewwel Diviżjoni huma kompetittivi ħafna u naħseb li l-kampjonat huwa bbilanċjat ħafna. Xorta nibqa' tal-fehma li biex il-livell jogħla, iridu jonqsu t-timijiet. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Ħadd ma jista' jinnega li m'hemmx però bħalma għidt diġà dis-sena t-timijiet li ġew promossi huma kompetittivi ħafna kemm Sirens, Gudja u Santa Luċija għamlu tibdil kbir fl-iskwadri tagħhom u hemm bilanċ tajjeb fil- kampjonat. Il-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni jkun dejjem wieħed ibbilanċjat ħafna u tista' titlef ma' kulħadd. Fil-klassifika bejn l-ewwel u l-aħħar qatt ma jkun hemm distakki kbar. Niġu issa għall-kwistjoni tal- plejers barranin fil-Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal- proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Din hija kwistjoni li mhux faċli tasal għall-konklużjoni għaliha. Jekk din il-proposta tgħaddi, jien nemmen li l-Maltin għadhom jiġu wkoll ikkunsidrati full time footballers u mħallsin ukoll ta' full time footballers bħall-barranin. Ħafna klabbs qed jeħduha mill- mod li l-Maltin saru jitolbu paga bħall-barranin u livell tal-Maltin huwa anqas minn tal-barranin. Jien bħala kowċ nista' ngħid li ċerti plejers Maltin xi kultant jiġu għat-taħriġ b'inqas motivazzjoni għaliex jekk huwa plejer ta' livell tajjeb jaf li se jilgħab mentri barrani juri aktar ħeġġa fit-taħriġ għax postu ma jkunx garantit. Però, irridu nimu wkoll li plejer Malti jiġi għat-taħriġ wara ġurnata xogħol u plejer barrani jkollu ġurnata mistrieħ. Għalhekk, mhux faċli nirrispondi jekk naqbilx jew le! Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Plejers barranin, illum il- ġurnata ġġib kemm trid però bħal f 'kollox jekk trid plejers ta' livell tajjeb, trid tħallas għalihom u s-salarji tagħhom ikunu xi it għoljin. Trid timxi skont il-baġit tal- klabb. Ħafna mill-klabbs f 'Malta llum jaħdmu bil-volontarjat u dawn in- nies jagħmlu ħafna sagrifiċċji. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal- Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni? Il-grawnds li qegħdin nilagħbu fihom dan l-istaġun huma s-Centenary Stadium, il-Victor Tedesco Stadium u l-Luxol Ground. Naħseb li l-Victor Tedesco Stadium wasal sabiex jerġa' jinbidillu l-wiċċ għaliex qed ikun hemm ħafna injuries fuqu. Il-Luxol Ground għalija mhuwiex grawnd tal-Ewwel Diviżjoni għaliex huwa żgħir fid-daqs. Is- Centenary Stadium huwa grawnd sabiħ u ta' livell għoli. Li nixtieq li jibda jsir li fix-xhur sħan tas-sajf jibda jisaqqa qabel il- logħob tal-Ewwel Diviżjoni wkoll mhux qabel tal-Premier biss. X'taħseb dwar il-kontroll tar- referis matul dan l-istaġun? Naħseb li bħala referis għandna livell għoli u f 'dawn l-aħħar snin sar titjib kbir ukoll. Referì huwa uman, jiżbalja bħal kulħadd u jrid jieħu deċiżjoni f 'sekonda. Żbalji jsiru dejjem, daqqa favur u oħra kontra. Ħadd mhu se jieħu pjaċir li tkun ilek tipprepara logħba ġimgħa, imbagħad titlia minħabba żball, però dawn huma umani bħal kulħadd. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Fil-ħajja, biex tasal xi mkien trid tagħmel is-sagrifiċċji. Bħala kowċ trid tipprepara sessjonijiet ta' taħriġ għall-ġimgħa kollha, waqt li meta ma jkollokx taħriġ u logħob, trid tmur tara lill-avversarji. Kif jirnexxilek tlaħħaq max- xogħol tiegħek u mal-futbol? Mhux faċli li trid tlaħħaq max-xogħol, futbol u familja. Toħroġ minn filgħodu kmieni għax-xogħol u tidħol lura d-dar filgħaxija fit-tard wara t-taħriġ. Trid tipprepara s-sessjoni għall- għada u tara x'mar tajjeb u x'mar ħażin fis-sessjoni ta' qabel. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Fil-futur nixtieq li navvanza aktar u forsi xi darba jiġi ċ-ċans li nkun kowċ ma' xi wieħed mit- timijiet ewlenin ta' Malta. Fil-ħajja trid tieħu kollox pass pass u żżomm saqajk mal-art. Naħseb li hija xewqa ta' kull kowċ li jkun jikkowċja fid- Diviżjoni Premier. Avolja, diġà kelli esperjenza ta' staġun meta konna ġejna promossi mill-Ewwel Diviżjoni u minn dak l-istaġun tgħallimt ħafna anke jekk ir-riżultati ma kinux dawk mixtieqa. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil- futbol. Iridu jieħdu kollox b'dedikazzjoni. Il-futbol apparti li huwa sport jedukak wkoll. Importanti li jisimgħu mill-kowċis tagħhom sabiex jaslu 'l quddiem u joqogħdu għad-deċiżjonijiet tagħhom. Biex titla' plejer tajjeb l-ewwel irid ikollok karattru tajjeb u stil ta' ħajja li jgħinek tasal fejn tixtieq. IL-ĦADD 2 TA' FRAR 2020 • illum Joseph Galea - kowċ b'esperjenza wiesgħa fil-futbol lokali li matul dan l-istaġun, qed jagħmel l-almu tiegħu kollu biex ireġġa' lura lil Lija Athletic għas-suċċess tant mixtieq, fosthom li jirritornaw jilagħbu fil-Kampjonat Premier

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 February 2020