Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1206945
27 sport 'L-atletika huwa sport li jagħtik sodisfazzjon kbir' illum • IL-ĦADD 2 TA' FRAR 2020 CRISTIAN ANTONY MUSCAT Kif għażilt l-atletika fost minjiera ta' sport ieħor? L-atletika minn dejjem kienet togħġobni minn meta kont żgħira. Però, meta kont żgħira ma kellix din l-opportunità li nipprattika. Bħala taħriġ huwa iktar flessibli għax tista' tipprattikah waħdek skont il- kumdità tiegħek. Sport ieħor tkun trid tiltaqa' bħala tim biex titħarreġ. Barra minn hekk meta kont nara xi atleta jiġri kont ngħid lili nnifsi jekk forsi xi darba għad nasal li nkun bħalhom. X'ħeġġek l-iktar biex tibda tipprattika dan l-isport? Onestament, ħadd partikolari. L-iktar għax forsi kont nara xi atleti fuq it-televixin jew xi atleti fit-trakka meta kont ngħaddi min hemm. Personalment, huwa sport li jagħtini sodisfazzjon barra li jżommni attiva. Min kien dak il-persuna li ispirak biex tagħżel l-atletika? Oriġinarjament, ħadd partikolari. Però, kont nisma' reklami rigward in-nofs maratona ta' Malta u jien minn dejjem kelli x-xewqa li nagħmilha. B'hekk applikajt għaliha bħala walkathon. Imbagħad fl-istess hħn kont smajt b'xi tiġrijiet oħra bħal Ladies Edtion tal- House of Sport u applikajt għaliha u għamiltha. Kienet l-ewwel tiġrija tiegħi u minn hemm bqajt għaddejja u ma waqax. Liema unuri prinċipali rnexxielek tikseb fil-karriera tiegħek? Onestament, mhux li kelli xi ħafna unuri. Però, fl-2017 irnexxieli nikseb l-ewwel post fil-kategorija tal-età tiegħi meta għamilt il-ġirja ta' 8km ta' Smart City. Imbagħad, kelli nikseb it-tielet post fil-kategorija tal- età tiegħi fl-istaġun tal-MESA fis- sena 2018, u fis-sena 2019 irnexxieli wkoll niġi fit-tieni post fil-kategorija tal-età tiegħi fil-5km tal-MESA li saret f 'Għawdex. Fl-istaġun tal- MESA tal-2019 irnexxieli nikseb it-tieni post fil-kategorija tal-età tiegħi. Dan kollu jimmotivani iktar biex inkompli nħares 'il quddiem b'determinazzjoni kbira. Ta' kemm bdejt tipprattikka l-atletika? Jien minn dejjem kien jogħġobni dan l-isport. Erbatax-il sena ilu kont bdejt immur il-gym u kont nuża threadmill. Imbagħad sena wara ddeċidejt li ma nibqax immur l-gym u bdejt immur niġri barra fit-triq. Dan ma domtx nagħmlu, għamiltu biss għal ħames xhur. Dan ġara minħabba li kont tqila bit-tifel il-kbir. Meta kelli t-tifel kont għidt issa nerġa' nibda. Imma dejjem kont nibda għal it u nieqaf. Imbagħad kelli żewġt itfal oħra u barra minnhekk kelli bżonn nieħu ħsieb il-ġenituri tiegħi. Sadanitttant, bdejt nieħu liż-żewġt itfal il-kbar għat-taħriġ. Kont indaħħalhom f 'xi fun run 'l hemm u 'hawn u jien kont niġri magħhom. Però xorta ma kellix ċans nitħarreġ għax il- ġenituri kellhom bżonn l-għajnuna tiegħi. Sfortunatament, il-ġenituri f 'sentejn mietu t-tnejn li huma. Fl- istess ħin jien ridt nimla l-ħin li kont nagħmel mal-ġenituri b'xi ħaġa. Erba' snin ilu erġajt ippruvajt nibda u rnexxieli għax minn dakinhar 'l hawn, bqajt inħares 'il quddiem u ma waqax. Avolja ġieli ltqajt ma' problemi però dawn qatt ma qatgħuli qalbi bl-għajnuna tar-raġel u ta' xi ħbieb sinċieri li jiġru miegħi. Liema kien l-aħjar ħin tiegħek sa issa? L-aħjar ħin tiegħi f 'ġirja ta' 10km kien ta' 56 minuta u dak ta' 5km kien ta' 27 minuta. Mhuwiex xi ħin ta' barra minn hawn, però għalija huwa ħin tajjeb ħafna. Iddeskrivi l-esperjenza tiegħek meta f 'Diċembru tal-2018 ħadt sehem b'suċċess fin-Nofs Maratona ta' Pisa fl-Italja. Din kienet esperjenza indimentikabbli. Li tiġri barra minn Malta hija esperjenza li ma tinsa qatt. Hemmhekk ġrejt f 'temperatura ta' -2°C. Fil-fatt waqt il-maratona kienu qed iqassmu ħafna tejiet minħabba l-kesħa. Meta qbiżt il-linja tat-tmiem ma kellix saħħa nneħħi ċ-ċippa tal-ħin. Għażilt din il-maratona għax ħbieb tiegħi atleti kienu telgħu fis-snin ta' qabel u b'hekk kelli idea ta' x'nista' nsib. U peress li hija rotta ċatta iktar tagħmel kuraġġ biex tagħmilha. Din kienet waħda mill-ħolm li xtaqt inwettaq u rnexxieli nwettaqha u nispiċċaha b'suċċess. Il-media ttikom biżżejjed pubbliċità jew dan isir waqt kompetizzjonijiet importanti bħalm'huma l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar? Il-media sfortunatament ma tatiniex pubbliċità bħal sport ieħor. Għalkemm dan l-aħħar qed jissemma it aktar. Però, xorta hemm sport ieħor li jissemma' aktar mill-atletika. L-atletika tissemma l-iktar waqt kompetizzjonijiet kbar bħal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Il-biċċa l-kbira, kull weekend ikun hemm ġirja però sfortunatament ma tantx jissemmew. Għandek xi ħolma li tixtieq tikseb fl-atletika? Għandi ħafna ħolm, kieku f 'moħħi. Fosthom li ntejjeb iktar il-ħin u nagħmel aktar maratoni minbarra li jgħinuni niltaqa' ma' atleti minnn madwar id-dinja, u hekk naqsam esperjenzi magħhom. Ħolma kbira ħafna hi li xi darba nasal nagħmel il-maratona sħiħa ta' 42 km. X'sagrifiċċji u impenji jitlob l-isport li int tipprattikka? Kull sport fih is-sagrifiċċji u l-impenji tiegħu. Għal dan l-isport trid issib bilanċ bejn xogħol, familja u taħriġ. Trid sagrifiċċju kbir biex titħarreġ għax dan trid tagħmlu kemm fil-bard u anke fis-sħana. Personalment, inqum kmieni jew norqod tard biex nitħarreġ. Trid toqgħod attenta x'tiekol. Ikolli wkoll pika kbira miegħi nnifsi biex nikseb ħin aħjar. Is-sagrifiċċju ma nagħmlux jiena biss iżda l-familja tiegħi tappoġġjani wkoll. Għalkemm l-atleti li tikkompeti magħhom huma wkoll ħbieb tiegħek, ninsab persważ li jidħol ukoll ċertu sens ta' kompetizzjoni fejn wieħed ikun irid jikseb ħin aħjar mill-ieħor. Il-kummenti tiegħek. Kompetizzjoni jkun hemm bla ma trid, però jien u sħabi dejjem ninkoraġġixxu lil xulxin qabel kull ġirja u anke nagħmlu warming-up flimkien. Waqt il-ġirja, kulħadd jitlaq għal rasu u jien niffoka dejjem fuq il-ġirja li nkun se nagħmel, biex nikkompeti mal-ħin. Wara kull tiġrija, nistennew lil xulxin u anke xi kultant mmorru lura għal xulxin. X'kompetizzjonijiet prinċipali se tieħu sehem fihom fil-futur qrib? Fil-futur qrib għandi ppjanat li nagħmel in-Nofs Maratona ta' Malta u xi ġirjiet qosra oħra. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qegħdin jaħsbuha bis-serjetà li jibdew jipprattikaw l-atletika. Il-messaġġ tiegħi lit-tfal jew żgħażagħ hu li ninkoraġġihom biex jibdew jagħmlu dan l-isport. Huwa sport li jagħtik sodisfazzjon kbir fl- aħħar mill-aħħar u fl-istess ħin dejjem tiltaqa' ma' nies differenti u tagħmel ħbieb ġodda. Fl-istess ħin, iżżomm ruħek attiv ukoll. Graziella Scicluna - atleta li kulma jmur qed tistabbilixxi lilha nnifisha f'dan l-isport li tant tħobb, bil- futur għaliha qed jidher bħala wieħed ferm pożittiv