Illum previous editions

ILLUM 9 February 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1208898

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

28 sport IL-ĦADD 9 TA' FRAR 2020 • illum Mini-Football: White Eagles jżommu l-konsistenza White Eagles baqgħu jżommu l-quċċata tal-klassifika tal-Malta Mini-Football Assocation meta it sabu problemi sabiex jirbħu lil Buda. Min-naħa tagħhom, l-eqreb rivali tagħhom United Stars kisbu r-raba' suċċess staġjonali meta għelbu lil Titans. Rebħiet tajbin ġew irreġistrati wkoll minn Moon u Churchill Wise Guys li baqgħu jżommu pożizzjoni tajba fil-klassifika. F'din il-ħames ġurnata li ntlagħbet fil- grawnd tal-Marsa ġew skorjati 39 gowl, bl- akbar rebħa jiksbuha proprju White Eagles li għelbu lil Buda bl-iskor ta' 11-5. Dan it-tim kiseb punti massimi minn ħames logħbiet u jinsab favorit li jirbaħ l-ewwel kampjonat organizzat minn din l-assoċjazzjoni. Fil-logħba kontra Buda, huma ddominaw mill-bidu sal-aħħar bi Stefan Kujovic f 'forma mill-aqwa meta skorja tliet gowls. Mill- banda l-oħra Sinisa Simic, Nenad Nikolic u Daniel Vasic kienu awturi ta' doppjetti personali filwaqt li Nemanja Novovic u Milos Otasevic żiedu aktar gowls għal-liders tal-klassifika. Buda, li kienu qed isofru r-raba' telfa staġjonali, kellhom lil Arie Tibi li kompla jikkonferma x-xamma tiegħu għall-gowl meta għaqqad hat-trick, b'Peter Vekony u Wilhelmin Ashiaku jżidu tnejn oħra. Sadanittant United Stars kisbu r-raba' rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Titans bl- iskor ta' 5-2. Kienet logħba ferm kumbattuta biż-żewġ timijiet jirrispondu bl-aqwa mod l-attakki ta' xulxin. Leontiev Konda, Zoran Tanaskovic, Florin Manea, Ryan Xuereb u Sead Hoxha niżżlu isimhom mal-lista tal-iskorers għal United Stars. Titans irrispondew u skorjaw il-gowls ta' konsolazzjoni permezz ta' doppjetta ta' Bledi Alla. Din ir-rebħa kienet importanti għal United Stars li issa telgħu waħedhom fit- tieni post tal-klassifika, tliet punti bogħod mil-liders White Eagles. Moon kisbu t-tliet punti ferm prezzjużi wara walk-over li ħadu kontra Club de Swat. Dawn tal-aħħar għadhom mingħajr punti u din il-walk-over li taw ħalliethom waħedhom fl-aħħar post tal-klassifika mingħajr ebda punt. Ċertament li l-isbaħ logħba ta' din il- ħames ġurnata kienet dik bejn Mighty Knights u Churchill Wise Guys fejn ġew skorjati xejn inqas minn 13-il gowl. Fl-aħħar mill-aħħar kienu Churchill Wise Guys li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 7-6. L-attakkant ta' Churchill Wise Guys, Silas Caruana kien awtur ta' hat-trick filwaqt li Shaun Bonello għaqqad doppjetta. Min- naħa l-oħra Larsen Azzopardi u Leo Muscat żiedu aktar gowls għal Churchill Wise Guys. Fl-istess waqt, din kienet waħda mill- aqwa logħbiet li pproduċew Mighty Knights u kienet ħasra li ħarġu minn dan il-konfront bla punti. Massimo Grima skorja xejn inqas minn erba' gowls filwaqt li Daniel Piccinino żied ieħor għal Wise Guys. Klassifika Malta Mini-Football Association League: White Eagles 15, United Stars 12, Titans, Moon, Churchill Wise Guys 9, Mighty Knights, Buda 3, Club de Swat 0.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 February 2020