Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1208898
32 aħbarjiet IL-ĦADD 9 TA' FRAR 2020 • illum Il-kandidat indipendenti Arnold Cassola qal illi kiteb lill-Kummissarji għall- Amministrazzjoni tal-Ġustizzja biex din tinvestiga l-allegazzjoni ta' Melvin Theuma - sensar fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia - illi Keith Schembri resaq għand il-Maġistrat Tonio Mizzi biex ikun irranġat ħelsien mill-arrest għal dawk akkużati bil-qtil tal- ġurnalista. "Jekk dan huwa minnu, dan jmur kontra l-Kodiċi tal-Etika tal-Ġudikatura," qal Cassola li kkwota: "Membri tal-ġudikatura ma jistgħux jiddiskutu każi li huma pendenti fil-Qorti. Fir-rispett sħiħ lejn il-libertà tal-espressjoni, il-ġudikatura għandha tevita li ssir diskussjoni fuq każi sub judice fil-preżenza tagħhom." Cassola fakkar ukoll illi l-membri tal- ġudikatura huma obbligati jgħarrfu fil-Qorti b'komunikazzjonijiet li jsiru magħhom u li jinfurmaw lill-President tar-Repubblika b'dan. Cassola jitlob li tkun investigata allegata influwenza ta' Keith Schembri fuq l-Imħallef Mizzi Raġel ta' 62 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa' f 'sit ta' kostruzzjoni fi Triq il-Belt Valletta, Ħal Qormi. Il-Ġimgħa, għall-ħabta tas-6:15 p.m il-Pulizija kienu infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza fl-imsemmija triq minħabba li kien weġġa' ħaddiem f 'sit ta' kostruzzjoni u li ttieħed l-isptar immedjatament. Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li r-raġel sofra xi ġrieħi meta waqa' minn fuq sellum. Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lil vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett. Raġel ta' 62 sena jweġġa' f'sit ta' kostruzzjoni f'Ħal Qormi