Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1208898
31 sport illum • IL-ĦADD 9 TA' FRAR 2020 nilgħab barra minn Malta, neħodha, u kif' minn taħt imbagħad ingħatajna penalty. Iddeċċidejna li l-penalty nagħtih jien. Kien mument ta' tensjoni kbira għaliex li kieku ma skurjajniex, konna ninqalgħu mill-kompetizzjoni. Ħadt nifs 'il ġewwa u xxuttjajt il-ballun fit-top corner. Xħin il-ballun mess ix-xibka ridt intir bil-ferħ. Minn din il-logħba, feġġ il-laqam tiegħi tal-'Iljun' għaliex il-wirja tiegħi kienet waħda kuraġġuża. Logħba oħra li baqgħet immarkata f 'qalbi kienet dik fejn irrapreżentajt lil pajjiżi kontra l-Albanija. Din il-logħba saret Malta stess, fic-Centenary u kienet tfisser ħafna għalija li l-familja kollha, ħbieb u kowċis kienu hemm jarawna. Qatt ma ninsa l-mument li mill-pożżiżjoni ta' difensur ċentrali tlajt għall-attakk ta' corner u skurjajt b'daqqa ta' ras! Dan kien l-ewwel gowl internazzjonali tiegħi. X'tikkummenta fuq l-MFA? Tħoss li din qed tagħmel biżżejjed għall-akbar ġid tal- futbol tan-nisa f 'pajjiżna, jewt ħoss li tista' tagħmel iktar? Jiena nħoss li l-MFA għamlet ħafna xogħol favur il-futbol tan-nisa f 'pajjiżna però xorta fadal aktar xi jsir. Min- naħa l-oħra niem li pajjiżna għandu ċertu limitazzjonijiet li jżommha lura milli tagħmel ċertu passi speċjalment loġistikament. Il-fatt li din is-sena daħlet għall-ewwel darba l-kampjonat u n-knock- out tal-U15s huwa pass importanti wkoll. Din is-sena daħħlu wkoll skema sabiex min jixtieq imur jilgħab barra minn Malta, ikollu għajnuna finzanzjarja. Din l-iskema se tgħin biex jogħla l-livell f 'Malta għax iktar ma jkollna plejers li jilagħbu barra minn Malta, aktar se jogħla l-livell. Xi ħaġa oħra pożittiva li qed issir hija li qed isaħħu l-grassroots. Naħseb li għandna bżonn aktar taħriġ li jibqa' għaddej mas-sena kollha għal kull età. Tikkunsidra l-possibiltà li fil-futur tmur tilgħab ma' xi tim barra minn Malta? Bla ebda dubju. Kieku tiġi l-opportunità neħodha, u kif! Sakemm jiġri hekk, biħsiebni nkompli nistinka u navvanza għax hija l-ħolma tiegħi li nilgħab fl-ogħla livell tal-futbol tan-nisa. Kif jirnexxilek tlaħħaq mal-istudji tiegħek u mal-futbol? Sabiex tlaħħaq mal-akkademja u mal- isport trid tkun iddedikat u verament ikollok passjoni lejh. Biex inlaħħaq max- xogħol tal-iskola u mal-futbol, it-tqassim tal-ħin huwa l-iktar ħaġa essenzjali. Barra l-futbol u l-iskola, jiena ukoll black belt fix-Shotokan Karate għalhekk nippjana l-ġimgħa minn qabel sabiex inlaħħaq ma' kollox. Irrid ukoll noqgħod attenta biex niekol ikel tajjeb u norqod biżżejjed sigħat sabiex ġismi jkun jiflaħ jilgħab bl-aħjar mod f 'kull sessjoni tat-taħriġ. Importanti wkoll li nuża l-ħin tiegħi sewwa u meta ġieli jkolli aptit noqgħod fuq is-sufan, ma naqax għat-tentazzjoni u mmur nlesti l-istudju. Jien nattendi l-iskola nazzjonali tal-isport u din tgħinni ħafna wkoll għaliex meta nitlef xi lezzjoni minħabba li nkun imsiefra fuq sport, dejjem jgħinuni sabiex nirkupra dak li nkun tli. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil- futbol? Meta nħares lejn il-futur tiegħi dejjem nara l-futbol bħala l-aktar ħaġa ewlenija f 'ħajti. Meta nisma' l-innu nazzjonali u nara t-tim nazzjonali jippreparaw sabiex jilagħbu ma' xi tim kbir, dejjem tikber ir-rieda tiegħi li fil-futur inkun parti integrali mit-tim nazzjonali ta' pajjiżi. Li nkun waħda mill-ħdax fuq il-pitch f 'dak il-livell hija aspirazzjoni tiegħi. Nixtieq li nkun parti mit-tim nazzjonali li jikteb l-istorja għal pajjiżna u li nagħmlu pass 'il quddiem fil-qasam tan-nisa f 'Malta. Nixtieq ukoll li nkompli l-istudji tiegħi u mmur l-Università bbażata fuq ix- xjenza. Fil-futur jiena nixtieq li nilgħab f 'kampjonat kompetittiv fejn kull logħba hija waħda impenjattiva u jkun hemm sfidi ġodda sabiex ġimgħa wara ġimgħa dejjem inkun aħjar minn qabel. Tħoss li l-media sportiva f 'pajjiżna tesponi biżżejjed il-futbol tan-nisa? Jiena naħseb li għalkemm il-media sportiva tesponi l-futbol tan-nisa, hija limitata. Kull darba li ħadt sehem f 'tournament, dejjem kien hemm promozzjoni dwarha. Hawn aktar kuxjenza milli kien hawn fil-passat però xorta naħseb li hemm aktar xi jsir. Niġu esposti l-aktar waqt tournaments internazzjonali li fihom ikun involut it- tim nazzjonali però nemmen li għandhom jitfgħu aktar dawl fuq il-kampjonat tan- nisa fejn verament hemm logħob jaħarqu. Naħseb li għandhom ukoll isemmu aktar il-plejers prinċipali tal-futbol tan-nisa ta' pajjiżna speċjalment dawk li jilagħbu barra biex b'hekk plejers oħrajn jiġu ispirati u mmotivati aktar. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, għaddi messaġġ lil dawk it-tfajliet li qed jinteressahom li jibdew jieħdu bis-serjetà l-futbol, kif ukoll lill-ġenituri tagħhom biex iħeġġuhom jagħmlu dan. Il-futbol huwa sport sabiħ immens u ma nistax nimmaġina ħajti mingħajru għalhekk nixtieq ngħid lit-tfajliet li qed jinteressahom li jibdew il-futbol biex jagħmlu dan mill-aktar fis possibbli għax tibdlilhom ħajjithom b'mod pożittiv immens. Il-futbol, minbarra li jgħinek tħossok aħjar fiżikament, personalment inħoss li mentalment jgħin ukoll. Permezz tal-futbol donnok issib it-tieni familija, li flimkien, tagħtu kollox għal xulxin fuq l-pitch u din hija l-isbaħ ħaġa tal-futbol. Minbarra l-esperjenzi impekkabbli li jkollok, il-ħbieb li tagħmel u l-lezzjonijiet tal-ħajja li titgħallem, l-emozzjonijiet li joħorġu waqt logħba futbol huma dawk li jibqgħu f 'qalbek għal dejjem.