Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1208898
30 sport IL-ĦADD 9 TA' FRAR 2020 • illum 'Jekk tiġini l-opportunità li mmur nilgħab Kif nibtet fik l-imħabba lejn il-futbol? Il-futbol ilu jagħmel parti minn ħajti sa minn meta kont ta' età żgħira. Kull ċans li kien ikollna l-iskola konna nilagħbu; fil-fatt minn hemm bdiet l-imħabba kbira tiegħi lejn il-futbol. Niakar meta kont l-iskola primarja jien kont inkun tifla waħdi f 'nofs is-subien waqt xi partita futbol u dawk kienu l-isbaħ memoriji! Kull ċans li kien ikollna, konna mmorru sa Kennedy Grove u flimkien ma' missieri u l-kuġin, konna nilagħbu logħba futbol. Bħala lasti konna nużaw il-kaxxi tal-luminata, li konna nieħdu magħna. Imbagħad ġiet l-oppurtunità lil min irid, li nibqgħu wara li tlesti l-iskola u nitħarrġu taħt il-gwida tal-kowċ Ray Farrugia. Minn hemm, flimkien mal-ġenituri indunajt li għandi nibda nitħarreġ ma' klabb sabiex inkompli nipprattika dan l-isport li tant kont sirt inħobb. X'tikkummenta fuq l-aħħar staġun, kemm tiegħek personali kif ukoll tat-tim tiegħek? L-aħħar staġun kien l-ewwel esperjenza tiegħi ta' kampjonat għaliex dak iż-żmien il-league tal-U19s u tal-kbar kien jeżisti biss u sabiex tilgħab fihom ried ikollok mill-inqas 14-il sena. Kienet ħaġa kbira għalija għax qabel konna nieħdu sehem f 'tournaments biss u għalhekk kont fuq ix-xwiek biex nilgħab l-ewwel logħba tal-kampjonat. Din ġiet ftit wara għeluq snini għaliex ġurnata eżatt wara għeluq snini lgħabt l-ewwel logħba tiegħi fil- kampjonat tal-U19s u jumejn wara għamilt id-debutt tiegħi mal-kbar għal Mġarr United. Personalment l-aħħar staġun kien wieħed pożittiv għalija għax ksibt ħafna esperjenza kemm fil-logħob tal-U19s kif ukoll f 'logħbiet mal-kbar. Inħoss li tajt kontribut pożittiv għat-tim tiegħi b'mod speċjali mal-U19s għax kelli rwol importanti. Posti kien fin-nofs tal-grawnd fejn il-ħeġġa tiegħi u l-imħabba kbira tiegħi lejn il-logħba sservi bħala motivazzjoni għall-plejers ta' madwari. Kull logħba ħadtha bħala tagħlima għall-aspetti tattiċi, fiżiċi u mentali tal-logħba sabiex fuq kollox inkompli naħdem u nsir plejer aħjar. Matul l-istaġun, il-mira personali tiegħi kienet dejjem li nsir plejer aħjar għalhekk kont nistaqsi għall-pariri mingħand il-kowċis tiegħi u nagħti kulma nista' kull darba li nidħol fil-grawnd. L-aħħar staġun kien wieħed mimli tlajja' u nżul għat-tim tiegħi kemm għall-U19s kif ukoll għall-kbar. Mal-U19s tlifna t-titlu tal-kampjonat matikalment. Minkejja li qatt ma konna tlifna kontra l-Hibernians li rebħu l-kampjonat. Minkejja dan id-diżżappunt ma waqfniex hemm, u komplejna nistinkaw u naħdmu għan- knockout. Spiċċajna l-istaġun bit-tajjeb għaliex wara s-sagrifiċċji kollha li konna għamilna, spiċċajna biex irbaħna t-tazza tan-knockout. Mal-kbar però kienet storja oħra. Fl-aħħar staġun, għamilna titjib kbir għaliex ġejna t-tieni fil-kampjonat, fejn fil- istaġun ta' qabel konna ġejna fit-tielet post. Minkejja dan, ma konniex sodisfatti għaliex primarjament konna qed nimmiraw għall- ewwel post. Kif tirribatti għall-kritika li ssir minn bosta persuni mhux biss f 'pajjiżna, li l-futbol huwa addattat biss għall-irġiel u mhux għan-nisa? Fid-dinja minn dejjem kienu jeżistu dawn l-isterjotipi. M'hemm l-ebda sport fejn in- nisa u l-irġiel jikkompetu kontra xulxin u għalhekk fl-opinjoni tiegħi l-isport tan-nisa u tal-irġiel m'għandhomx jiġu kkomparati ma' xulxin anzi għandhom jiġu apprezzati invidwalment. In-nisa u l-irġiel għandhom karatteristiċi differenti u għalhekk il- futbol tan-nisa u tal-irġiel huwa differenti. Huwa propju dan li jagħmel il-futbol sport daqshekk maħbub u sabiħ. Wara kollox minkejja dawn il-kummenti li xi drabi ċerti persuni jgħaddu, meta nkun qed nilgħab u nħares madwari u nara tim sħiħ jidħak u jilgħab il-futbol bi tbissima fuq wiċċu, ma jimpurtani xejn minn dawn il-kummenti u nkompli nimtela b'iktar ħeġġa biex nilgħab il-futbol. Minkejja l-kritika xi drabi ħarxa ta'bosta persuni, jiena mara u se nkompli nagħti l-almu tiegħi għal-logħba tagħna, il- futbol femminili. X'tikkummenta fuq wieħed mill-imħuħ wara l-qawmien tal-futbol tan-nisa f ' dawn l-aħħar snin f ' pajjiżna, li huwa wkoll l-eks kowċ tat-tim nazzjonali tan-nisa, u li preżentament qed jokkupa l-kariga ta' Direttur Tekniku tal-futbol tan-nisa lokali, Pierre Brincat? Pierre Brincat huwa bniedem iddedikat immens lejn il-futbol tan-nisa u napprezza mmens dak kollu li għamel fl-aħħar snin. Huwa jaħdem bla waqfien għalina n-nisa li tant nħobbu nilagħbu l-futbol. Flimkien mat-tim tiegħu għamel passi 'l quddiem għall-benefiċċju tal-futbol tan-nisa f 'pajjiżna. Huwa għamel bosta xogħol fil-qasam tal-grassroots. Hawn ħafna aktar tfajliet li huma interessati fil-futbol permezz ta' numru ta' festivals u tournaments li qed jiġu organizzati. Huma ħadmu wkoll sabiex ikun hawn iktar kowċis femminili u kowċis bi kwalifikazzjonijiet ogħla tal-kowċing fil- futbol tan-nisa. Bħala plejer ta' 15-il sena kelli esperjenzi grazzi għan-nazzjonal permezz ta'development tournaments u European qualifiers f 'postijiet madwar id- dinja bħat-Tajlandja u l-Belarus. Meta tieħu sehem f 'dawn it-tip ta'tournaments barra minn pajjiżek veramet tara l-possibilitajiet kollha li wieħed jista' jkollu permezz tal- futbol. Il-kowċ Pierre mhux biss għena biex nikbru bħala plejers imma bħala tfajliet li nirrispettaw lil xulxin, il-klabbs u l-kowċis tagħna. Fl-aħħar mill-aħħar huwa għallimna li l-aktar ħaġa importanti hi li nieħdu gost nilagħbu u nieħdu kemm nistgħu ġid minn kull esperjenza. Hemm xi logħbiet memorabbli li jibqgħu mmarkati b' ittri tad-deheb fil-karriera tiegħek sa issa? Bla dubju waħda mill-aktar logħbiet memorabbli tiegħi kienet l-ewwel logħba internazzjonali f 'isem pajjiżi. Din kienet kontra l-Mongolia fejn irbaħna tlieta bi tnejn. Kienet logħba sabiħa ħafna fejn jien flimkien mat-tim tiegħi ssilitna għal 90 minuta sabiex ħriġna rebbieħa. Logħba oħra li tibqa'mmarkata hija dik tan-knockout (semifinali) kontra l-Luxol fejn bla dubju kienet logħba taħraq li spiċċat tmienja b'ħamsa favorina wara extra-time. Fl-aħħar minuti tal-logħba konna qegħdin Alexandra Gatt - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-futbol tan-nisa f'pajjiżna f'dawn l-aħħar snin, u li m'hemmx dubju li għandha futur mill-isbaħ quddiemha f'dan l-isport li tant tħobb