Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1208898
05 analiżi illum • IL-ĦADD 9 TA' FRAR 2020 reġjonali li għandu kontrolli biss f 'Tas-Sliema, San Ġiljan u s-Swieqi kif ukoll f 'xi partijiet f 'Għawdex. F'termini ta' sondaġġi, Delia baqa' konsistentament minn taħt fin-numri, fejn dejjem deher fdat ħafna inqas minn Muscat. F'Novembru, ftit wara r-rewwixta f 'Ħal Far u f 'waħda mill-ftit drabi illi Delia ra żieda fin-numri, Muscat kien kiseb fiduċja ta' 50.5%, filwaqt li Delia kiseb biss 21%. F'sondaġġ fl-eqqel tal-kriżi governattiva, minn dawk li wieġbu 43.1% qalu li jivvutaw lill-Partit Laburista kieku saret elezzjoni dakinhar u 27.6% lill- PN, differenza ta' 25.5%. Fl-eqqel tal-kontroversji u kriżi wkoll, Delia kien inqas popolari, kemm minn Robert Abela u anke minn Chris Fearne. Jidher għalhekk li apparti maġġoranzi interni, sa issa l-poplu dejjem ipprefera lill- Partit Laburista u l-mexxejja jew kandidati tiegħu meta mqabblin ma' Delia. Jekk jibqa' ikbar tkun id-daqqa Bl-affarijiet kif żvolġew issa, se jkun diffiċli mmens li Delia jibqa' fil-kariga u ma jniżżilx il- partit miegħu. Issa Delia għandu f 'idejh riżenji mill-aktar nies qrib tiegħu, primarjament Robert Arrigo, Kristy Debono u fuq kollox irriżenja wkoll Clyde Puli. Madanakollu, ħafna agħar minn hekk għandu ittra qawwija kontrih u ordni biex isiru laqgħat u jitneħħa t-tim ta' tmexxija kollu, minn Louis Galea, il- persuna li hu stess għażel biex issir riforma fil-partit. Il-PN taħt it-tmexxija tiegħu issa huwa marid kronikament u l-ferita tal-firda ġo fih ma tistax tkun magħluqa bih fit-tmun. Dan għaliex interessi li qed jaħdmu kontra xulxin, li qed ikunu pubbliċi dwar dan il-fatt u li ħolqu sens ta' paronoja u arja ta' suspett, ma jistgħux iħallu lill-partit jimxi 'l quddiem. Dan is-sens ta' suspett imur lil hinn min-nies fid-Dar Ċentrali u jinżel ukoll fost l-għeruq tal- partit. Il-ħsara għall-PN hija kbira Il-ħsara li saret lill-immaġini tal-PN bħala partit mifrud u mifni bi ġlied intern kompliet tissaħħaħ bil-qawwi fl-aħħar ġranet. L-istorja dejjem urietna li partit mifrud mhuwiex meqjus bħala serju u idoneu biex imexxi pajjiżna. Fil-fatt il-PN, biex nużaw lingwaġġ metaforiku, jinsab fi gwerra ċivili, xi ħaġa li l-votanti floaters qed jinnutaw filwaqt li jżommu 'l bogħod minn dak illi jidher bħala kjass fl- Oppożizzjoni. Dan kollu tellef il-kredibbilità tal-partit, xi ħaġa li se jkollu jaħdem ħafna fuqha kap ġdid jekk irid imqar jibda jnaqqas mid-distakk. Fil-ħniena ta' Robert Abela Skont l-aħħar sondaġġ elezzjoni issa tfisser telfa ta' madwar 80,000 għall-PN. Probabbilment, wara dan l-attentat biex jitneħħa Delia, dan id-distakk kiber xi ftit iktar. Ejja nkunu ottimisti u ngħidu li d-distakk ta' bħalissa jonqos bin-nofs. Dan xorta jħalli lil Delia b'40,000 vot minn taħt. Abela, konxju ta' dan, għandu allura mhux biss saħħa fil- partit tiegħu, imma jaf illi kieku kellu jsejjaħ elezzjoni fix-xhur li ġejjin, mhux biss jingħata mandat qawwi, imma jagħti daqqa lill-PN li jaf tkun mortali għall-partit kif nafuh illum u tradizzjonalment. Dan ifisser illi d-destin tal-PN fl-immedjat huwa f 'idejn Abela tant hi kbira l-mewġa kontra Delia. B'daqqa ta' pinna, il-PM kurrenti jista' jkisser l-Oppożizzjoni b'sejħa ta' elezzjoni li jikkampanja tajjeb għaliha. Għalih innifsu U fl-aħħar nett, Adrian Delia jkun jaqbillu għalih innifsu u għar-reputazzjoni tiegħu, jekk jirriżenja. Il-probabbilità hija illi jekk jitpoġġew l-ewwel erba' xenarji flimkien u jekk ma jkunx hemm problemi serji fl-ekonomija, iċ-ċans huwa illi Delia jitlef b'marġini akbar milli tilef fl- 2019 u fil-proċess mhux biss titkisser il-karriera politika tiegħu, imma jagħti raġun lil dawk kollha li llum qed jgħidu li għandu jitlaq. Aktar minn hekk ikun qed ipoġġi lill-Partit Laburista iktar viċin li jikseb iż-żewġ terzi tal- Parlament u allura li jkollu kważi poter assolut. Illum, Delia għadu fiċ-ċans illi jinnegozja ħruġ mill-partit jew inkella kariga periferali fih. Jekk jibqa' Kap u jmexxi lill- PN għal telfa li taf tkissru ma jkun għad fadallu ebda poter li jinnegozja mqar posterità għalih innifsu.