Illum previous editions

ILLUM 9 February 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1208898

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 9 TA' FRAR 2020 'Ma nuru ebda ħniena ma' min irid jaħbi' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM F'kummenti ma' din il-gazzetta s-Segretarju Parlamentari għall-Isports, Żgħażagħ u l-Volontarjat; Clifton Grima wissa illi fl-isport; kull min irid jaħbi mhu se jsib ebda ħniena minnu. Hu kien qed jirrispondi mistoqsijiet ta' din il-gazzetta dwar l-isport u stejjer ta' korruzzjoni, speċjalment fil- futbol. "Ħafna parlaw dwar il- korruzzjoni, jiena wieħed minn dawk illi fl-isport tkellimt u ħadt azzjoni", saħaq is-Segreatraju Parlamentari ma' din il-gazzetta f 'referenza għall-karriera li kellu fil-futbol, qabel daħal fil- politika. Mistoqsi minn din il-gazzetta x'se jiġri mill-wegħdi tiegħu biex joħloq qafas illi jipproteġi l-isport mill-korruzzjoni, Grima qal illi bħalissa qed issir ħidma biex ikun hemm entità kontra l-korruzzjoni u d-doping, billi fil-fatt tamalgama dawn iż-żewġ fatturi flimkien. Huwa qal illi hemm bżonn qawwi li fuq livell lokali l-Organizzazzjoni Nazzjonali kontra d-Doping (NADO) tingħata ħafna iktar riżorsa sabiex tkun tista' tħalli ħafna iktar frott. Filwaqt li rringrazzja lil dawk li jaħdmu fin-NADO għall-ħidma tagħhom saħaq illi ħafna iktar jista' jsir jekk il-Gvern jinvesti iktar f 'din l-organizzazzjoni. Huwa qal illi jrid jara illi l-isport, iż-żgħażagħ u l-volontarjat ikunu parti ċentrali mis-soċjetà u jisfidawha. "Hemm sfida ta' kultura u mentalità fejn jidħol l-isport," qal Grima. Din il-gazzetta tfakkru illi hemm ukoll reżistenza għall- bidla fl-isport u din tinħass meta, pereżempju, tisfida l-istatus quo billi tikxef x'inhu jiġri, kif għamlet din il-gazzetta diversi drabi. "Il-bidla ssir billi nagħmlu strutturi b'saħħtihom biex mill- età ta' tfal jkollna mentalità ġdida." Huwa jagħti eżempju tal- proġett tal-Korsa taż-Żwiemel u jgħid illi apparti l-infrastruttura, il-Gvern qed jagħmel ukoll regolatur. "Dan biex indaħħlu s-serjetà, mhux ikollna min jonfoq l-eluf biex imbagħad ma jkunx hemm livell ta' serjetà fil- proġett." Il-gazzetta tfakkru illi Gvern Nazzjonalista kien beda diversi proġetti ta' ċentri sportivi, b'wieħed minnhom ikun mibni fiż-żona tal-Ħawli, il-Birgu. Tistaqsi wkoll x'sar minnhom dawk il-proġetti. Grima jfakkar illi kien dan il-Gvern li ħallas għal dawn il-proġetti ta' Gvernijiet Nazzjonalisti. Kompla jfakkar illi l-Gvern preżenti qiegħed itejjeb l-faċilitajiet tal- basketball. Ifakkar li d-dilettanti kienu jilagħbu f 'binja antika ta' żmien l-Ingliżi, b'ilma dieħel u kesħa fix-xitwa kif ukoll sħana fis-sajf. "Irridu wkoll li jkollna investiment dirett fl-atleti tagħna permezz ta' coaching," jisħaq Grima. Huwa qal illi għalkemm dawn jistgħu jkunu proġetti żgħar, jagħmlu differenza kbira lil dawk illi jkunu qed jipprattikaw l-isport. Semma wkoll il-fatt li qed isiru proġetti ta' pixxini f 'San Pawl il-Baħar, għas-Sirens filwaqt li għaddejjin diskussjonijiet mal- klabbs ta' Marsaskala, San Ġiljan u Tas-Sliema. Filwaqt li jfakkar illi huwa wieħed minn dawk fil-Kabinett li baqgħu bl-istess portafoll u allura se joffru element ta' kontinwità, saħaq ukoll illi hemm numru ta' affarijiet li hu jixtieq illi jaħdem fuqhom. "Wieħed irid iħares lejn l-avvenimenti li se jsiru f 'pajjiżna," qal Grima illi jfakkar kif bħalissa għaddejjin kuntatti u preparazzjonijiet għal attività ta' Olimpiċi Speċjali li se ssir f 'pajjiżna. "Se jkollna mijiet ta' parteċipanti hawnhekk u b'dan irridu ngħaddu messaġġ mhux biss ta' sport imma wkoll ta' inklussività," ikompli jgħid. Finalment din il-gazzetta titlob lil Grima jispjega aħjar x'inhi r-responsabilità tiegħu fil- qasam taż-żgħażagħ. Huwa jgħid illi jixtieq li ssir ħidma mas-settur privat sabiex jinħolqu pjattaformi ġodda li jimbuttaw 'il quddiem lil żgħażagħ li jkunu waslu f 'ħajjithom u wettqu proġetti importanti. "Sa issa biex żgħażagħ li jaslu jimxu 'l quddiem b'mod sostanzjali jibqgħu pajjiżna x'qed nagħmlu? Xejn," wieġeb Grima. Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima jisħaq illi m'għandha tintwera ebda ħniena ma' min jipprova jaħbi fl- isport QED INFITTXU ... ĠURNALIST • Livell eċċellenti ta' Malti u Ingliż mitkellem u miktub • Interess fil-qasam legali, soċjali u ta' negozju • Preżenza tajba għal fuq il-mezzi soċjali u televiżivi • Kapaċità fl-użu ta' media soċjali u fotografija Il-kandidat magħżul għandu jkun lest li jitħarreġ f'ħiliet bħal HTML u InDesign filwaqt li għandu jkun lest li jintervista personalitajiet varji. Impjieg fuq bażi full-time jew part-time b'għarfien u interess b'mod speċjali lejn ġrajjiet kurrenti, politika lokali u kwistjonijiet soċjali. Il-kandidat għandu jkun kapaċi jipproduċi materjal suffiċjenti minn informazzjoni miġbura. www.illum.com.mt Min hu interessat għandu jibgħat CV fuq agcunningham@mediatoday.com.mt mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu 2020 L-applikanti magħżula ser jiġu msejħa għal intervista

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 February 2020