Illum previous editions

ILLUM 9 February 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1208898

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

18 opinjoni IL-ĦADD 9 TA' FRAR 2020 • illum Sena impenjattiva Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol K if għidt mill-bidu nett li dħalt għal din ir-responsabbiltà fis-settur tal-Edukazzjoni u Xogħol, dan huwa vjaġġ eċitanti, mimli sfidi, imma wkoll mimli sodisfazzjon. Li nżur l-iskejjel, niltaqa' mal-edukaturi tagħna u anke mal-istudenti qed ikompli jimlini b'en- tużjasmu għal dan l-impenn f 'dan is-settur. Żjarat li qed jiswew biex nara mill-qrib l-ambjent fejn jieħdu l-edukazzjoni tagħhom uliedna, u wkoll ix-xogħol tant tajjeb li qed isir mill-edukaturi u d-dedikazzjoni li għandhom għall-istudenti tagħna. Żjara li għamilt nhar il-Ġimgħa ħaditni r-Resource Centre tal-Wardija. Ċentru ta' riżorsi li jilqa' studenti ta' 16-il sena bi bżonnijiet edukattivi individwali u li lestew l-edukazzjoni sekondarja. L-iskola sservi ta' mod kif tipprovdi lill-istudenti bl-għodda neċessarja biex jimirħu fl-edukazzjoni tagħhom, isaħħu l-ħiliet ta' żvilupp u tippreparahom għal xogħol u għal ħajja aħjar. Bħala Gvern irridu nipprovdu lil kulħadd bl-opportunità li jirrikonoxxu l-ħiliet u jaħdmu fuq it-tisħiħ tagħhom. Aħna rridu niżguraw li kull student ikun inkluż u nkoraġġut biex jimmassimizza l-potenzjal tiegħu. L-għan tagħna huwa li naħdmu flimkien biex niżguraw l-ogħla livell ta' tagħlim, speċjalment billi ngħinu lill-istudenti tagħna biex jiksbu r-riżultati, filwaqt li ninkoraġġuhom biex ikomplu jimirħu fl-edukazzjoni tagħhom. Ħadt gost nara mill-qrib ix-xogħol li qed isir f 'din l-iskola li għandha programm li jiffoka fuq l-iżvilupp personali tal-istudenti, fosthom il-ħiliet ewlenija, kompetenzi soċjali u ħiliet interpersonali, u tipprepara lill- istudenti b'mod vokazzjonali billi jissaħħu l-ħiliet ta' impjieg tagħhom, kif ukoll jiġu pprovduti servizzi ta' appoġġ. Fl-iskola ltqajt mal-kap tagħha, mal- ħaddiema u mal-edukaturi li magħhom tkellimt aktar fid-dettall dwar xogħolhom, imma wkoll smajt dak li xtaqu jwassluli dwar il-ħidma tagħhom. Kien mument ħelu meta ż-żgħażagħ li jattendu dan ir-Resource Centre tal- Wardija tawni kartolina bil-kelma ank You! – Grazzi. Grazzi li rrid nestendi wkoll lil dawk kollha li jaħdmu f 'dan is-settur għad-dedikazzjoni li għandhom mal- ġenerazzjonijiet futuri tagħna. *** L-impenn tagħna huwa li nsaħħu dan is-settur. Diġà tkellimt dwar il-prijoritajiet li se nara li mmexxi 'l quddiem fis-settur tal-edukazzjoni. Imma ma jistax ikollok prijoritajiet, jekk ma jkollokx viżjoni ċara ta' fejn trid tasal. Għas-settur tal-Edukazzjoni u Xogħol għandna preċiżament viżjoni, roadmap, li biha se nkunu qed naħdmu għal din is-sena li ninsabu fiha. Ir-roadmap nista' nqassamha fuq tliet binarji. Dak li se naħdmu fuqu u li huma proġetti kapitali, dak li huwa promozzjoni tal-litteriżmu diġitali u investiment fir- riċerka u inċentivi oħra wkoll. Kull mira għandha l-importanza tagħha, li lkoll flimkien għandhom l-intenzjoni li jkomplu jsaħħu dawn iż-żewġ setturi tant importanti fis-soċjetà tagħna. Fejn jidħlu proġetti kapitali hemm l-iskola ġdida f 'San Pawl li se tibda tilqa' madwar 500 tifel u tifla u wkoll l-edukaturi li jaħdmu f 'din l-iskola. Għalhekk il-popolazzjoni tal-Qawra u San Pawl, li esperjenzat żieda kbira f 'dawn l-aħħar snin, se tibbenefika mit- tieni skola primarja fiż-żona. Apparti din l-iskola se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni fuq skejjel primarji ġodda fl-Imsida u r-Rabat Għawdex. Imma m'aħniex kuntenti biss li naraw bini ta' skejjel ġodda. Irridu naraw ukoll li ntejbu oħrajn. Matul is-snin l-iskejjel servew l-għan tagħhom imma nħossu li hemm bżonn ta' mmodernizzar. U huwa għalhekk li se naraw li l-modernizzazzjoni u l-estensjonijiet tal-iskejjel jibqgħu prijorità. Fl-2020, se jkun hemm ħidma fuq l-iskola primarja ta' Ħal Qormi u dik tar-Rabat f 'Malta. Imma wkoll xogħol ta' numru ta' blokki fl-iskola sekondarja taż-Żejtun li se jkomplu. Għandna roadmap li tinkludi wkoll aktar investiment fiż-żamma ta' faċilitajiet sportivi fl-iskejjel, swali tal-iskejjel immodernizzati, investiment fl-infrastruttura tal-IT, attrezzaturi u armar. Wara reviżjoni tal- Iskejjel tal-Istat kollha, il-Ministeru abbozza pjan ħolistiku biex jiżgura li l-istudenti u l-edukaturi tagħna jkollhom l-aħjar faċilitajiet u ambjent. Bħalissa qed jiġu identifikati sitt skejjel fil-livell sekondarju u 17-il skola fil-livell primarju biex naraw li l−ambjent tal-iskejjel ikun idoneu għall−istudenti li għandhom il-kundizzjonijiet tal-awtiżmu biex jibdew iħossuhom aktar komdi u siguri meta jkunu fl−iskola. Bħala Gvern għandna strateġija biex tħeġġeġ aktar studenti jkomplu f 'edukazzjoni ulterjuri u terzjarja. U aħna se naraw li fl-2020 ikompli x-xogħol fuq numru ta' siti fakultattivi u strateġiċi fl-Università ta' Malta, kemm f 'Tal-Qroqq u wkoll f 'Għawdex u l-kampus tal-MCAST. Dawn il-proġetti qed isiru minn fondi Nazzjonali u tal-Unjoni Ewropea. Kif għidt, il-pjan tagħna huwa wieħed ħolistiku li jara kull aspett ta' dawn is-setturi. U għalhekk ir-roadmap tħares ukoll lejn il-promozzjoni tal-Litteriżmu diġitali u investiment fir-riċerka. F'dan il-kamp rajna kif fil-bidu tas-sena skolastika 2019/2020, grupp ieħor ta' studenti tal-Year 4 li kienu jammontaw għal 4,950, ibbenefikaw mill-Iskema One Tablet per Child. Barra minn hekk, matul din is-sena skolastika l-Ministeru qed iwettaq proġett pilota fost studenti medji biex jipprevedi l-użu ta' apparat diġitali bħala għodda edukattiva fis-snin medji. Tajjeb li nfakkru li fl-2018, Malta kienet l-ewwel pajjiż li għamel użu minn blockchain fl-edukazzjoni. Huwa ta' pjaċir ngħid li din is-sena dan is-servizz se jkun disponibbli għal iktar istituzzjonijiet fosthom l-IPS, MATSEC fl-Università ta' Malta, il-Kunsill Nutarili, l-iSkills Council u l-Jobs Skills Card. Dan il-Gvern jemmen li parti importanti mix-xogħol f 'dan is-settur hija r-riċerka li ssir. U għalhekk l-għajnuna tagħna lill-akkademiċi. Din is-sena se nagħtu allokazzjoni lill-Università ta' Malta biex ninċentivaw aktar akkademiċi biex jaħdmu fuq riċerka innovattiva. Bħala parti mill-istrateġija tal-Gvern biex jippromwovi u jinkoraġġixxi l-Intelliġenza Artifiċjali, l-AI, se nniedu proġetti pilota li jaħdmu bl-AI fis-servizz pubbliku - AI in Education. Ma' dan il-pjan ta' ħidma hemm ħafna oħrajn, fosthom ħidma biex tinkoraġixxi l-mobbiltà tal-istudenti u t-tagħlim tal- lingwi barranin. Għahekk fit-tieni nofs tas-sena l-Ministeru se jniedi skema li biha kull żagħżugħ u żagħżugħa se tibbenefika sa massimu ta' €850 biex jitgħallmu lingwa barranija f 'pajjiż ieħor. Kif tħabbar ukoll, se nkomplu nagħtu importanza lil ilsiena, u nħeġġu dejjem aktar l-użu tal-ilsien Malti. Dan se nagħmluh fost oħrajn, permezz ta' investiment biex ikun hemm Spellchecker tal-Malti disponibbli għall-użu online. * * * Kulħadd f 'pajjiżna għandu dritt għall- edukazzjoni u t-taħriġ. L-impenn tiegħi huwa li nara li dan id-dritt naħdem għalih b'impenn qawwi. Impenn li huwa bbażat fuq pjan ċar imfassal propju għal dan il-għan. • Wara numru ta 'inċentivi fl-2019, biex ninkoraġġixxu stili ta' ħajja b'saħħithom fit-tfal, l-2020 se tara t-tnedija tal-linji gwida dwar il-piż tal-basktijiet tal-istudenti. Barra minn hekk, l-2020 se tara l-proċess ta' ppjanar għal tnedija ta' studju nazzjonali fost l-istudenti biex jitkejjel il-piż ta' kull student. • Il-Ministeru huwa wkoll impenjat li jipprovdi drinking fountains biex jiġi ssalvagwardjat l-ambjent u jiġi nkoraġġut xorb bnin fost it-tfal. • Għal sena oħra, l-istudenti se jibbenefikaw għax l-istipendji se jkunu qed jogħlew pro-rata (Kumpens għall-Għoli tal-Ħajja). • Fl-2020, madwar 28,000 student se jkomplu jibbenefikaw minn trasport skolastiku b'xejn. Il-Ministeru huwa impenjat li jkompli jinforza l-forniment ta' servizz ta' kwalità u jissimplifika l-proċess aktar. • Il-Ministeru huwa impenjat li jkompli jiżgura li r-relazzjoni bejn l-Edukazzjoni u l-Industrija tkun imsaħħa. Dan jista' jinkiseb billi nkomplu nnaqqsu l-Iskills Gap. Se nkunu qed naraw li nkomplu nsaħħu l-Kunsill Malti għall-Ħiliet biex niżguraw li l-esperjenza ta' xogħol u tagħlim tkun waħda aktar effettiva. Owen Bonnici

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 February 2020